Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumitat Parlamentari għad-Dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Gvern irrifjuta li f’din il-leġiżlatura fil-Parlament jitwaqqaf il-Kumitat Parlamentari għad-Dijabete bħalma kien hemm fil-leġiżlatura preċedenti meta f’pajjiżna hemm madwar 10% tal-popolazzjoni bil-kundizzjoni tad-Dijabete, jiġifieri madwar 50,000 persuna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Parlament Malti diġà għandu Kumitat Permanenti għas-Saħħa li għandu l-vires li jittratta s-suġġett li semmiet hi.

Nuqqas ta’ protezzjoni ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għan-nuqqas ta’ protezzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li wassal biex inqatlet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru 943 fis-Seduta Numru 60 tat-23 ta’ Novembru 2022.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to address at the policy level the significant barriers and difficulties encountered by victims who are in Gozo in the area of protection and support, as well as investigation and prosecution. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to ensure that the Interministerial Committee holds regular consultations with civil society and that, more generally, the Maltese authorities support co-operation with all non-governmental actors and ensure their participation in the design of policies, legislative changes and programmes”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern Malti jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-vittmi li jgħixu f’Għawdex. Infurmat li minbarra s-servizzi ġeneriċi li jipprovdu l-Ministeru għal Għawdex permezz tas-Social Work Unit, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità fetħet uffiċju f’Għawdex sabiex tassigura li l-Għawdxin li jisfaw vittma tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jkunu jistgħu jaċċessaw s-sapport wiċċ’imb’wiċċ li joffru l-aġenzija. Matul l-2021, il-professjonisti fil-fergħa Għawdxija tal-FSWS irċivew taħriġ fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, inkluż taħriġ fuq l-għodda għall-assessjar ta’ riskju bl-isem ta’ DASH Risk Assessment Tool. Dawn il-professjonisti jikkollaboraw mad-Domestic Violence Unit fuq konsultazzjoni u riferimenti skont il-ħtiġijiet tal-vittma u viċi-versa. Ġewwa Għawdex hemm ukoll servizz t’emerġenza ta’ ħidma soċjali għal barra l-ħinijiet tax-xogħol. Il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi Għawdxin għandhom relazzjoni ta’ ħidma b’saħħitha mal-Pulizija t’Għawdex. Hemm ukoll servizzi ta’ ħidma soċjali fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu fil-qrib ma’ ħaddiema soċjali oħrajn. Ta’ kull xahar, il-Kummissjoni issejjaħ laqgħa għall-membri tal-kumitat interministerjali. Kull kwart tas-sena, entitajiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika jiġu mistiedna għal din il-laqgħa, fejn il-parteċipanti kollha jkollhom l-opportunità sabiex iressqu punti saljenti għad-diskussjoni. Fl-2022 ġew organizzani tlieta minn dawn il-laqgħat bejn il-membri tal-kumitat interministerjali u l-entitajiet non-governattivi. Il-Kummissjoni wkoll taħdem fil-qrib ma’ professjonisti minn entitajiet non-governattivi sabiex tiddisinja u twassal taħriġ, b’rikonoxximent għall-għarfien esperjenzali tagħhom u l-valur ta’ dan l-għarfien li jista’ jitwassal għand il-professjonisti li jattendu it-taħriġ.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to put in place a dedicated, transparent and accountable public procedure under which all NGOs that provide specialist support services to victims of all forms of violence against women and their children can compete for and request sustainable and long-term funding. Such procedure should place due emphasis on their experience and track record in providing such services. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to remove mandatory referrals from Agenzija Appogg to access domestic violence shelters, including by offering women victims of domestic violence the possibility to self-refer.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm diversi ftehimiet minn NGOs f’Malta u Għawdex li għandhom Public Social Partnership (PSPs) mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li jindirizzaw direttament jew indirettament vjolenza domestika jew tipi oħra ta’ vjolenza. Dawn joffru servizzi varji bħal xelters għal min hu vittma ta’ vjolenza domestika u għal min m’għandux saqaf fuq rasu għax jispiċċaw vittmi ta’ xi tip ta’ vjolenza oħra. Dawn joffru servizzi terapewtiċi u pariri professjonali lilhom u anke lil dawk li b’xi mod ikunu vittmi ta’ abbuż/attakk sesswali. Dawn l-NGOs jieħdu fondi pubbliċi permezz ta’ ftehimiet ma’ l-istess Ministeru. Ma dawn l-NGO’s issir ħidma wkoll minn entitajiet fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to set up separate bodies, on one hand for the co-ordination and implementation of policies and measures, and on the other hand for their monitoring and evaluation, in order to ensure objectivity. It further encourages the Maltese authorities to increase the funding available to the Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence and provide for budgets with a longer time frame than is currently the case, to enable the commission to plan its activities in a more sustainable and effective manner”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-GREVIO stabbiliet żewġ rakkomandazzjonijiet. L-ewwel rakkomandazzjoni issejjaħ għat-twaqqif ta’ żewġ korpi separati wieħed (1) għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u (2) l-moniteraġġ u l-evalwazzjoni. Infurmat li l-awtoritajiet Maltin dak iz-zmien wieġbu lil GREVIO li mhuwiex rakkomandabbli li dawn iż-żewġ irwoli jiġu separati. Minnflok, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tieħu miżuri sabiex tassigura evalwazzjoni oġġettiva tal-effettività tal-miżuri tal-politika, d-dispożizzjonijiet tas-servizzi u d-dispożizzjonijiet leġislattivi. Dan jinkludi rapporti ta’ progress li jsiru kull kwart tas-sena fuq l-implimentazzjoni tat-tieni strateġija nazzjonali mingħand il-partijiet ikkonċernati (stakeholders), moniteraġġ bi-annwali fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GREVIO mill-awtoritajiet rilevanti, rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali. Matul is-sena li ġejja, il-Kummissjoni qed tippjana li tikkummissjona awditjar estern u indipendenti sabiex tevalwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Barra minn hekk, il-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-ġbir tad-data qegħdin jiġu mtejba sabiex jinformaw l-iżvilupp tal-politika u d-dispożizzjonijiet tas-servizzi. It-tieni rakkomandazzjoni tal-GREVIO ssejjaħħ għall-żieda fil-fondi disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u li jingħataw budgets li jservu għall-perjodu itwal sabiex tiġi assigurata l-effettività u s-sostenibbiltà. L-awtoritajiet Maltin imbagħad ikkommettew li jinvestu aktar fondi u riżorsi umani sabiex tissaħħaħ il-Kummissjoni. Skont l-estimi finanzjarji t’hawn taħt, il-budget għall-Kummissjoni żdied minn meta seħħet l-evalwazzjoni tal-GREVIO. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li t-tielet stratġija nazzjonali li jmiss dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika tkopri perjodu ta’ 4 sa 5 snin. Ukoll, għall-ewwel darba f’ħafna snin, fl-2020, jiġifieri il-Kummissjoni attwali hi l-ewwel waħda illi għandu Kummissarju appuntata biex taqdi dmirijietha fuq bażi full time. Il-Kummissjoni inkwistjoni għandha wkoll premises ġodda minn fejn topera, b’impjegati u professjonisti ingaġġati full time fiha.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 – rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to ensure the comprehensive collection of disaggregated data in relation to all forms of violence covered by the Istanbul Convention at all stages of criminal justice (from reporting, to investigation, to the opening of criminal proceedings and their outcome), disaggregated by sex, age, type of violence and the relationship of the perpetrator to the victim. Such data should be co-ordinated and comparable so that cases can be tracked at all stages of the law-enforcement and judicial proceedings. To this end, GREVIO encourages the Maltese authorities to issue guidelines on data collection for the police and justice sectors. Such steps would allow the Maltese authorities to assess the effectiveness of the criminal justice system and to study the factors that lead to low prosecution and conviction rates and to take legislative and policy measures to address these”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija tinŻamm informazzjoni fil-format ta’ statistika elettronika, li fost ħafna elementi li jinġabru meta jkun sar rapport dwar kull tip ta’ vjolenza f’każi ta’ vjolenza domestika, jinkludu wkoll, id-dettalji li huma indikati fir-rakkomandazzjoni ma’ din il-mistoqsija. Dawn id-dettalji jiġu rreferuti wkoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatiska.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602, 3249 u 3781 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1172 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 76 tas-16 ta’ Jannar 2023)

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3779, peress li din ir-risposta mhux qed twieġeb il-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsijiet parlamentari 2594, 3246 u 3779 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa' taħtu ta' kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li minkejja l-mistoqsija kif mitluba ġiet imwieġba, qiegħed nifhem li l-Onor. Interpellanta qegħda titlob lista ta’ kuntratti għal-servizzi. Għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista provduta lili minn kull entità ta' kuntratti/direct orders ta’ servizzi ġodda u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022

Ministeru għas-Saħħa – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3392, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3394, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3391 ta' din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3393, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru tiegħu jew taħt xi enetità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi ghat-twegiba moghtija għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 3391.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3391 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3391.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3407 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 3391.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2600, 3247 u 3780 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtha ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej. Ladarba dan ikun lest, tingħata l-informazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3391.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2594 u 3246 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjiegi ta’ konsulenti fl-entitajiet huma skont il-Business and HR Plans tal-istess entitajiet rispettivi, hekk kif ikunu approvati ċentralment.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2600 u 3247 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtha ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602 u 3249 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.