Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-proposti għall-Baġit 2023, imressqa mis-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), liema proposti ġew inkorporati fid-dokument finali tal-Gvern u liema tħallew barra?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022:
(i) kemm saru laqgħat tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); u
(ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) bejn l-2013 u l-2022 kif ġej:
Sena
Numru ta’ Laqgħat
2013
20
2014
24
2015
20
2016
17
2017
9
2018
10
2019
12
2020
17
2021
16
2022
10
Total
155
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – National Health ICT Infrastructure
Question
Peress li l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020), fis-sezzjoni “Diabetes Information System” tirreferi għall-bżonn li jkun hemm “A high quality electronic health record for all patients with diabetes as part of the national health ICT infrastructure” u “The setting up of a call and recall system for setting appointments for eye and foot screening”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu dawn iż-żewġ inizjattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġi żviluppat il-programm. Il-Kura tas-Saħħa Primarja qed taħdem bil-ħsieb li tintroduċi kunċett ta’ servizz one-stop fl-istess jum fejn pazjent li jbati mill-kundizzjoni tad-dijabete jkun jista’ jirċievi reviżjoni medika ħolistika minn tim immexxi minn multidixxiplinarju.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – investment in upgrading of the orthotic and prosthetic facility
Question
Peress li l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) (Pg 49) issemmi “Investment in upgrading of the orthotic and prosthetic facility will take place as part of the overall investment in the rehabilitation facility through a public-private partnership.” u “Investment in training of human resources will also be addressed as a priority for the strengthening of the multi disciplinary team for diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal dan l-investiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Orthotics u l-Prosthetics Unit (OPU) kien wieħed mill-ewwel proġetti li għamlu Steward Health Care. It-tim tal-OPU jinteraġixxi ma’ diversi professjonisti minn entitajiet tas-saħħa oħra permezz ta’ tim multidixxiplinarju biex jipprovdi kura ħolistika lil-pazjent. Fl-2021, Steward Health Care Malta investiet f’software ġdida għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti fl-OPU. Il-personnel kollu huwa mħarreġ u ċċertifikat fil-qasam tal-kompetenza tiegħu
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete — pubblikazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, issa li għaddew kważi tliet snin mill-aħħar Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020), fiex waslet l-istrateġija l-ġdida u meta se tiġi ppubblikata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa mistenni li l-istrateġija tiġi ffinalizzata u ppubblikata għal konsultazzjoni fl-2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Annual Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei mis-sena 2013 sas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Sptar Mater Dei — Clinical Performance Unit Annual Report
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Clinical Performance Unit Annual Report tal-Isptar Mater Dei mis-sena 2013 sas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninformal lill-Onor. Interpellant illi dan ir-rapport qatt m’eżista.
Sptar Mater Dei — Monthly Hospital Activity Report
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Monthly Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għal kull xahar tas-sena 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to equip the police with the knowledge and powers to respond promptly and appropriately to all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention. In particular, the Maltese authorities should:
a. pursue plans to set up a specialist unit on domestic violence, extending its remit where possible to other forms of violence against women such as FGM and forced marriage;
b. remind police officers of their due diligence obligation to immediately respond to, prevent and protect women from all forms of violence covered by the Istanbul Convention and apply the related sanctions for failure to do so;
c. secure innovative ways to eliminate the substantial barriers to reporting encountered in Gozo;
d. take measures to ensure that the prosecutorial competence of the police does not represent in practice a barrier to reporting for victims.”,
jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Korp tal-Pulizija wettaq din ir-rakkomandazzjoni hekk kif sussegwentement għar-rakkomandazzjoni relatata ma’ din il-mistoqsija, f’Ottubru tas-sena 2020 twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fil-Korp tal-Pulizija. Din it-taqsima hija ġestita minn uffiċjali mħarrġa għal dan il-għan. L-uffiċjali li jifformaw parti minn din it-taqsima huma kollha mħarrġa f’dan il-qasam u ġew magħżula minħabba l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom, biex ikunu jistgħu jwettqu dawn id-doveri. Biex dan seta' jitwettaq, dawn l-uffiċjali ġew preparati u ngħataw taħriġ estensiv dwar kif jindirizzaw din il-problema soċjali ta’ proporzjon sinifikanti, b’enfasi dwar is-sensittività u l-bżonnijiet uniċi li jitlob dan ix-xogħol, kif ukoll biex jifmhu x’inhuma l-obbligazzjoniiet tagħhom u l-metodoloġiji li jużaw waqt li jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip ta’ abbuż. Dan anke b’enfasi ta’ kif jistgħu jipprevenu dawn l-abbużi meta l-każ jippermetti. Huma wkoll konxji dwar l-elementi legali f’dan ix-xogħol u d-doveri li kull meta jkun hemm provi ammissibbli biżżejjed, jaraw li jittieħdu proċeduri fil-Qrati kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. L-istħarriġ ġie estiż għal uffiċjali oħra li jaħdmu f-taqsimiet u diviżjonijiet barra mit-taqsima msemmija, u dan jinkludi uffiċjali li huma stazzjonati f’Għawdex, li għalihom saret referenza fir-rakkomandazzjoni. Dawn ta’ l-aħħar ukoll jifmhu dak li huwa essenzjali biex bl-aħjar mod ikunu f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb il-vittmi, kull meta jsir rapport magħhom u jaċċertaw li ma jkun hemm ebda ostakoli għal dawk il vittmi li jersqu biex jitolbu l-assistenza tagħhom. Sintendi, filwaqt li l-Pulizija f’Għawdex taħdem fil-qrib ma' professjonisti f’dan il qasam bħall-FSWS u NGOs oħrajn, bħalma jagħmlu kollegi tagħhom f’Malta, it-taħriġ ser ikompli u jevolvi aktar fix-xhur li ġejjin. Kull uffiċjal hu konxju mir-responsabiltajiet tiegħu prinċipalment li jipproteġi il-vittmi u l-familjari tagħhom u jagħmel dak kollu possibbli, biex titnaqqas il-vjolenza.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-Abbozz ta’ Liġi Nru 28 li hu għamel l-Ewwel Qari tiegħu nhar il-21 ta' Novembru 2022, sar qabel ma ġie diskuss u/jew approvat mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista? Jista’ jikkonferma li fil-fatt nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2022, il-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Gvern iltaqa’ fil-binja tal-parlament biex jiddiskuti dan l-Abbozz u li f’din il-laqgħa ma kienx hemm qbil unanimu fuq l-Abbozz kif ippreżentat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hi żbaljata fl-asserzjoni tagħha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitkompla r-rollout tal-Constant Glucose Monitors u jiċċara jekk dawn il-pazjenti hux se jingħataw il-monitor biss jew hux se jkollhom is-servizz ta’ Remote Patient Monitoring ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun hemm aktar twessigħ (rollout) tas-sistema tal-Continuous Glucose Monitors.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – surveillance system to monitor diabetes
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 65) tgħid li “Our overall goal is to promote research into all aspects of diabetes and build an appropriate surveillance system to monitor diabetes incidence and prevalence as well as to document intermediate and terminal outcomes in order to continuously improve the quality of service for persons with diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’sar f’pajjiżna biex tinħoloq “an appropriate surveillance system to monitor diabetes”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħatar żewġ konsulenti ġodda speċjalizzati fid-dijabete biex jaħdmu fis-settur tal-Kura Primarja. Dan sar biex jitnaqqas id-dewmien u l-istennija minn meta pazjent jinstab li qed ibati bid-dijatete sa meta jara għall-ewwel darba speċjalista fl-isptar. Il- konsulenti qed jaraw anke pazjenti li jkunu identifikati li ma jkunux għadhom dijabetiċi imma jkunu f’risku imminenti li taqbadhom id-dijabete f’qasir żmien, dik li nsejħulha pre-diabetic stage jew impaired glucose tolerance.
Infetħet ukoll ‘Foot clinic’ ġo B’Kara health center. Health centers prinċipali ġew mgħammra b’retinal scanner bil-għan li l-pazjenti jistennew inqas biex jirċievu dawn is-servizzi.
Dawn il-konsulenti, flimkien ma’ dawk ta’ Mater dei, malli jiltaqgħu ma’ pazjenti dijabetiċi qegħdin jirreferuhom kollha mal-ewwel għand il-podoliġista u l-oftalmologu, ħalli jekk ikun hemm xi riskju ta’ komplikazzjonijiet jinqabdu mal-ewwel.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-ispeċjalisti kollha tas-saħħa pubblika, anke dawk fi ħdan id-Direttorat għall-informazzjoni dwar is-Saħħa, kienu involuti fl-isforz kontra l-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar xhur beda ezerċizzju ta' linkage bejn numru ta' reġistri eżistenti sabiex tinħoloq l-istatistika meħtieġa u din tkun ikkunsidrata u inkluża fit-tieni strateġija tad-dijabete.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – reġistru tal-pazjenti
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 66) tgħid li “There is a pressing need to establish the necessary infrastructure for surveillance of diabetes at a national level. Whilst for other chronic illnesses such as cancer, the existence of a truly national register for the past twenty years has allowed the reasonably accurate monitoring of incidence and outcomes this has yet to be developed for diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-reġistru ta’ pazjenti bid-Dijabete hekk kif kien ippjanat fid-Dokument tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4556.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – specific health literacy programme for persons with diabetes
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) (Pg 31) bħala azzjoni importanti fl-implimentazzjoni tagħha twiegħed “Development and implementation of a specific health literacy programme for persons with diabetes”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet din l-azzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diversi programmi u inizjattivi huma disponibbli biex iżidu l-litteriżmu dwar is-saħħa fost persuni li jgħixu bid-dijabete. Ktejjeb dettaljat dwar l-għajxien bid-dijabete għadu kif ħareġ u huwa disponibbli online fuq www.healthpromotion.gov.mt. Helpline dwar in-nutrizzjoni huwa disponibbli. Appoġġ huwa disponibbli mit-Taqsima tal-Edukazzjoni tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei minn infermiera tad-dijabete. Fis-sena 2022, kampanja nazzjonali ta’ informazzjoni ffukat fuq zokkor moħbi fl-ikel.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to collect disaggregated data on:
a. the number of protection orders issued in the context of civil proceedings;
b. the number of temporary protection orders issued, their violations and the sanctions imposed as a result of such violations in cases of violence against women;
c. the number of protection orders issued in the context of criminal proceedings, including the number of violations and sanctions imposed as a result of such breaches and the number of cases where the woman was re-victimised or murdered because of such breaches;
d. data on the number of decisions on custody/visitation/residence of children that have expressly taken into account reports of domestic violence;
e. whether victims of all forms of violence use the remedies available to address the authorities’ failure to diligently prevent, investigate and punish acts of violence covered by the scope of the Istanbul Convention;
f. the number of cases in which women victims of violence have claimed and have obtained compensation either from the perpetrator or the state for offences covered by the Istanbul Convention; and
g. access to social services and to health care with respect to other forms of violence against women under the convention, other than domestic violence.”,
jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru ssegwi l-andament ta’ rapport imsemmi, liema rapport hu implimentat jew qed jiġi implimentat fl-intier tiegħu minn diversi entitajiet ta’ Ministeri differenti. F’dan il-għan infurmat illi dan il-Ministeru jkollu disponibbli dawk li huma ta’ materja penali. Dawn huma:
SenaOrdnijiet ta’ Protezzjoni (Sezzjoni Kriminali)Ordnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja (Sezzjoni Kriminali)
202013150
202110332
2022102 sal-aħħar ta’ Settembru40 sal-aħħar ta' Settembru
Infurmat ukoll illi fir-rigward tal-punti l-oħra l-vittmi huma indirizzati mill-istess entitajiet governattivi illi jaħdmu fis-settur. Infurmat ukoll li data oħra tinġabar mill-awtoritajiet tas-Saħħa.
It-tweġibiet fuq imsemmija qed jingħataw skont l-informazzjoni li ssegwi il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.
Mistoqsijiet ulterjuri għandhom jiġu mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to equip the police with the knowledge and powers to respond promptly and appropriately to all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention. In particular, the Maltese authorities should:
a. step up initial and in-service training on all forms of violence against women for all police officers who directly or indirectly receive/investigate such offences. Training should in particular: - address all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention; - address the concept of power and control and the need to adequately record patterns of abuse in the context of domestic violence; - instruct on how and where to receive reports and interview the victims in a manner that prevents secondary victimisation; - sensitise and prepare police officers to deal with reports from women who are in a particularly vulnerable situation such as women with disabilities and women in prostitution;
b. provide guidelines/protocols specifying how to proceed in cases of domestic violence, including cases of psychological violence and other forms of violence against women. Such protocols/guidelines should in particular address how to build a case fit for prosecution and cover, inter alia, how to comprehensively collect all relevant evidence in addition to the victim’s statement or, in cases of rape, in addition to the forensic evidence lifted from the victim.”,
jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fejn rapporti relatati ma’ vjolenza domestika qed jiġu proċessati minn din is-sezzjoni speċjalizzata, komposta minn uffiċċjali mħarrġa għal dan il-għan. Din it-taqsima titmexxa b’koordinament ma’ aġenziji oħra, li b’diversi modi jagħtu servizzi tagħhom, lill-vittmi u lill-familjari ta’ dawn l-abbużi. Infurmat illi biex dan jiġi aċċertat u msaħħaħ, hemm linji gwida (SOPs) li jinħarġu lill-Pulizija regolarment.
Infurmat wkoll li l-Korp tal-Pulizija joffri taħriġ lill-membri tiegħu dwar kif jitrattaw vjolenza domestika. Dan it-taħriġ jingħata matul il-kors ta’ reklutaġġ tal-pulizija, dan barra taħriġ speċifiku għall-membri oħra tal-Pulizija f’kull rank, li jkunu diġà ġew stazzjonati fid-Distretti u xi Sezzjonijiet oħra tal-Korp jew dawk li jkunu qed jitħarrġu għal promozzjonijiet f’karigi għola, u dan anke fid-dawl tar-rakkomandazzjoni msemmija f’din il-mistoqsija. Din ir-rakkomandazzjoni ngħatat il-piż kollu mistħoqq, tant li mis-sena 2020 kompla jissaħħaħ it-tagħlim biex membri tal-Korp ikomplu jestendu l-għarfien tagħhom f’din il-materja, fejn ir-rispons diġà wera titjib konsiderevoli li wassal biex l-uffiċċjali jkunu aktar konxji min-neċessitajiet tal-vittmi ta’ dawn ir-reati u s-support mistenni lejhom. Apparti dan kollu diġà beda l-ippjanar għall-aktar taħriġ fuq vjolenza kontra n-nisa u suġġetti relatati għas-sena 2023.
Dwar l-investigazzjonijiet, f’kull każ, l-uffiċċjali investigattivi mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom bir-reqqa, anke bl-assistenza tat-taqsima forensika fejn il-każ ikun jitlob speċjalment f’każi ta’ stupru. Fejn ikun hemm provi ammissibbli biżżejjed, jaraw li jittieħdu proċeduri fil-Qrati kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. Dan barra xogħol ieħor ta’ sostenn pro-attiv lejn il-vittmi, skont in-natura tar-rapport li jkunu qed jirregistraw. Kif ingħad drabi oħra, il-Pulizija hija kommessa li tagħmel minn kollox biex tnaqqas dawn il-każi kontra kull persuna vulnerabbli.
Fl-2022, il-Gender based and domestic violence unit attendew u pparteċipaw wkoll f’ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li ġew organizzati mill-Kummissjoni matul is-sena. Is-suġġetti li ġew indirizzati jinkludu: il-forom differenti ta’ vjolenza li jiġu indirizzati mill-Konvenzjoni t’Istanbul; il-kunċett ta’ kontroll u poter; il-bżonn li jkun hemm rikordju ta’ sensiliet t’abbuż fil-kuntest ta’ vjolenza domestika u li l-professjonisti jkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ vittmi vulnerabbli. Parteċipanti f’dan it-taħriġ inkludew professjonisti mill-GBDVU, fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, professjonisti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, mill-Ministeru għas-Saħħa, min-National School Support Services, mid-Dipartiment għall-Probation u Parole, mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali u minn entitajiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika sabiex nippromovu kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.
Fis-sena 2023, l-Kummisjoni tippjana li żżid u ssaħħaħ dan it-taħriġ multiagency abbażi tal-evalwazzjoni li ssir wara kull sessjoni ta’ taħriġ.
Kopja tat-tabella ta’ dan it-taħriġ qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 4548 domestic violence training 2020 to 2023 papers laid.pdf
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to set up a state-wide, round the-clock helpline dedicated to all forms of violence against women capable of providing counselling to victims, with due respect for the confidentiality and anonymity of all callers and operated by trained staff.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li barra s-servizz offrut mill-Aġenzija Appoġġ, hekk kif tħabbar fil-Budget għas-sena 2023, is-servizz ser ikun ikkumplimentat mill-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità (Victim Support Agency) fejn se tkun qed twaqqaf il-linja ewlenija ewropea ta’ sapport għall-vittmi tal-kriminalità – 116 006. Sabiex il-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar, din il-linja se topera fuq l-istess pjattaforma tal-179 fejn t-talbiet ta’ assistenża u sapport jkunu kkordinati aħjar permezz tal-kolloborazzjoni bejn il-professjonisti mħarrġa miż-żewġ entitajiet. Dan is-servizz se jkun offrut b’xejn u jingħata b’mod kunfidenzjali. Is-servizz jinkludi informazzjoni ġenerali ta’ sapport, kif ukoll riferti għall-aktar informazzjoni dettaljata, sapport emozzjonali, gwida legali u servizzi oħra li l-aġenzija għall-vittmi tal-kriminalità toffri minn zmien għal żmien. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mill-Ministru responsabbli mill-Aġenzija Appoġġ.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to introduce dedicated services for children who are victims or witnesses of all forms of violence against women, such as age-appropriate psychosocial counselling and experts trained in interviewing children, providing due regard to the best interests of the child.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to take a number of priority actions in the area of custody and visitation rights to ensure the safety of victims and their children and to break the cycle of power and abuse exercised by the perpetrator”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kummissjoni tikkommetti li twassal seminar ta’ taħriġ ta’ ġurnata lill-membri tal-ġudikatura fl-2023. Dan is-seminar ser jindirizza d-drittijiet ta’ kustodja u viżitazzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tal-vittmi u t-tfal tagħhom u sabiex tkisser iċ-ċiklu ta’ poter u abbuż li hu eżerċit mill-awtur tar-reat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tkun qed tesplora mezzi sabiex tassigura l-analiżi sistematika tad-deċiżjonijiet fuq kustodja/viżitażżjoni/residenza f’każijiet fejn hemm suspett ta’ vjolenza domestika, kif ukoll sabiex tiġi mtejba l-komunikazzjoni bejn il-qrati ċivili u kriminali. Dan għandu jassigura li rapporti ta’ vjolenza domestika jiġu kkunsidrati meta jsiru deċiżjonijiet ta’ kustodja mill-partitajiet relevanti. Dan ser isir fil-kuntest tat-tielet strateġija nazzjonali u l-pjan t’azzjoni fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika li ser jiġu mnedija s-sena d-dieħla.
Aktar informazzjoni tista' tiġi provduta mill-Ministri kkonċernati.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to take appropriate measures to investigate, prosecute and punish acts of sexual harassment and to ensure the collection of data in order to assess the effectiveness of the response of the criminal justice system in this area, relying on proposals made in this report under Article 11.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kull każ dwar fastidju sesswali li jiġi għal konjizzjoni tal-Pulizija jiġi investigat u l-persuni suspettati jitressqu l-Qorti f’livell distrettwali. Fejn minn investigazzjonijiet ta’ dawn il-każi jirriżulta li jkun hemm involuti persuni vulnerabbli, minuri, jew persuni b’xi diżabilità jew indebolimenti fiżiku ieħor, uffiċjali mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji li għandhom għarfien u esperjenzi investigattivi għolja fuq reati sesswali aktar serji, jiġu involuti wkoll. Dan biex ikun ggarantit l-aħjar rispons li jista' jingħata wara li tinġabar kull forma ta’ evidenza. L-uffiċjali tal-pulizija jingħataw taħriġ dwar l-approċċ f’investigazzjonijiet ta’ rapporti ta’ fastidju sesswali u reati relatati li huma fost l-aktar sensittivi, biex barra li jkunu kapaċi jiġbru evidenza ta’ kull forma dwar l-allegat reat, ikunu konxji wkoll bil-mod kif jipproteġu lill-vittma li tkun esperjenzat trawma sinifikanti wara l-każ ta’ fastidju sesswali li tkun għaddiet minnu. F’diversi każi minħabba l-kondizzjoni emozzjonali tal-vittma, il-Victim Support Unit li hija parti mill-Victim Support Agency, tiġi involuta wkoll u dan biex testendi l-assistenza professjonali minn uffiċjali tagħha lil dawn il-vittmi, fejn diversi drabi jkunu talbu l-għajnuna ta’ dawn l-entitajiet, minn barra l-Korp. Barra minn dan, qed isiru arranġamenti biex data dwar fastidju sesswali tkun tista tinġabar elettronikament.