Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Dijabete — Kumplikazzjonijiet f’saqajn minħabba neuropathy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, bejn l-2013 sal-2022, kemm kien hemm pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba kumplikazzjonijiet f’saqajhom minħabba neuropathy ikkawżata mid-Dijabete? Kemm kienet il-medja ta’ kull sena fit-tul ta’ ġranet li dawn il-pazjenti kienu taħt kura fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – MIU 1 — twieqi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il tieqa hemm ġewwa l-MIU1 li jagħtu għal barra u li minnhom il-pazjenti jistgħu jittawlu għal barra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-MIU 1 m’ hemmx twieqi li jgħatu għall barra

Sptar Mater Dei – MIU 1 – sodod, toilets u showers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sodda hemm ġewwa l-MIU1? Jista' jgħid kemm-il toilet u shower hemm disponibbli għall-pazjenti li hemm ġewwa l-MIU1?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- MIU1 fiha 29 sodda u fiha hemm 3 toilets u 3 showers.

Mediċini Brolucizumab (Beovu), Aflibercept (Eylea) u/jew Ranibizumab (lucentis)

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1367, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm progress fid-dħul Brolucizumab (Beovu), Aflibercept (Eylea) u/jew Ranibizumab (Lucentis) fuq il-formolarju tal-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat tekniku li jirrakkomanda dawk il-mediċini li jiġu approvati biex jidħlu fil-formularju tal-gvern alloka l’fondi meħtiega għalihom biex jiġu mixtrija.

Formolarju tal-Mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ġie aġġornat il-formolarju tal-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Formolarju jiġi aġġronat kontinwament.

Sptar Mater Dei – robots tal-mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm robots tal-mediċini fl-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom qed jintużaw u kemm minnhom mhux qed jintużaw imma mimlijin bil-mediċini li nħarġu mill-pakketti tagħhom u għaldaqstant issa mhux possibbli li tkun magħrufa l-iskadenza ta’ din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 2 robots ċentrali fl-Ispiżerija u 6 oħra fis-swali. Id-data ta’ skadenza ta’ mediċini f’dawn ir-robots hija magħrufa. Hemm ukoll 21 smart cabinets fis-swali tal-operazzjonijiet li jintużaw regolarment.

Direttorat tal-Informazzjoni tas-Saħħa — Rapport annwali tal-imwiet f’pajjiżna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-imwiet f’pajjiżna maħruġ mid-Direttorat tal-Informazzjoni tas-Saħħa u tar-Riċerka għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li r-rapporti tas-snin 2020, 2021 u 2022 qegħdin jinħadmu, qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokument bl-informazzjoni mitluba minnha tas-snin 2018 u 2019.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete — pubblikazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4561, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’se jiġri mill-punti mill-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) li ma twettqux? Dawn se jidħlu bħala parti mill-Istrateġija l-ġdida jew qed isir xi tip ta’ eżerċizzju biex jiġi identifikat dak li ma sarx u ssir ħidma parallela mal-istrateġija l-ġdida biex din il-ħidma ssir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija 2016-2020 biex tara liema azzjonijiet ġew implimentati u liema le u biex jibdew it-tħejjijiet għall-istrateġija li jmiss.

Orthotics u l-Prosthetic Unit — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4560, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm fil-fatt hemm ħaddiema speċjalizzati fl-Orthotics u l-Prosthetics Unit (OPU)? Kemm hemm persuni ġodda qed jitħarrġu biex jaħdmu f’dan id-dipartiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi hemm għaxar ħaddiema speċjalizzati fl-Orthotics u l-Prosthetics Unit. Sitta minn dawn huma Technicians u dawn kontinwament jirċievu taħrig professjonali minn Prosthetics by MCOP International Orthotics by Ottobock UK u Aliotta Orthopaedic Centre Sicily

Awtorità tal-Medicini – lista ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-mediċini li ġew fast-tracked mill-Awtorità tal-Mediċini mill-1 ta’ Novembru 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jindika d-data tal-fast-tracking, l-isem tal-mediċina u jindika l-isem tal-kumpanija li timporta din il-mediċina jew is-CPSU skont il-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Sptar Mater Dei – Antibiotic Augmentin u Clindamycin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Jannar 2023 fl-Isptar Mater Dei ma kienx hemm antibiotiċi tat-tip Augmentin u Clindamycin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-antibiotiċi Co-Amoxiclav u Clindamycin kienu disponibbli f’Mater Dei fid-dati msemmija minnha.

Sptar Mater Dei – Canteen li qed tintuża bħala Ward

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-ispazju li kien jintuża bħala canteen tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei u sar ward għal żmien il-peak tal-pandemija tal-COVID-19, reġa’ beda jintuża bħala ward fil-ġimgħa ta’ bejn is-16 u l-20 ta’ Jannar 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi spazji fl-isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar snin ġew attrezzati bħala swali , inkluz l-ispazju li semmiet hi, sabiex jiġi evitat illi pazjenti jiġu trattati fil-kuruturi kif kien jiġri taħt amministrazzjoni oħra.

Mediċini out of stock — rapport

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta’ kull ġimgħa (ġimgħa b’ġimgħa) tal-mediċini out of stock mis-7 ta’ Novembru 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra lista ta mediċini out of stock kif mitluba minnha.

Lista ta’ Mediċini out of Stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn, wara li saret pressjoni mill-Oppożizzjoni, ippubblika r-rapport tal-mediċini out of stock fid-9 ta’ Jannar 2023 iżda ma reġax ippubblika r-rapporti tal-ġimgħat ta’ wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5472.

Ministeru għat-Turiżmu — Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4644, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha mitluba u jgħid min ħa kull kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Entità Numru ta’ Advisors Valur FTZD 1 €40,518 FTZD 1 €18,140 MFC 1 €52,080 MFC 1 €10,038 MFC 1 €3,332 MFC 1 €33,600 MTA 1 €20,000

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4852, jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-servizz ġie estiż biss għal dawk li għandhom 22 u 23 sena? Meta se jkompli r-rollout għal dawk ta' 24 sena u akbar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rollout ser ikompli fiż-żmien li ġej.

Ministeru għat-Turiżmu — advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3191, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' kull kuntratt u jispeċifika min ħa dan il-kuntratt u kemm kien l-ammont (valur) tad-direct order u/jew kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2018, l-ispiża tal-advisors fl-entitajiet kienet is-segwenti: Entità Numru ta’ Advisors Valur FTZD 2 €58,658 MFC 4 €99,050 MTA 1 €20,000 ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1309 li tpoġġa fis-Seduta 73 tal-10 ta' Jannar 2023 )

Kumitat Parlamentari għad-Dijabete

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4541, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dan ifissirx li l-Gvern biddel il-ħsieb fuq il-bżonn ta' sottokumitat għad-dijabete? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-Leġiżlatura preċedenti kien hemm sottokumitat iżda issa l-Gvern qed jirrifjuta li jwaqqaf is-sottokumitat tad-dijabete f'din il-Leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4541.