Prim Ministru – karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għamla tal-karozza uffiċjali hija Mercedes Benz E220 D u din hija leased. Din il-lease ġiet mirbuħa b’tender pubbliku. Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx second car.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru għandu karozza tat-tip Mercedes Benz (E220d AMG Line Saloon). Infurmat li din il-vettura hija mikrija bi ftehim ma’ Burmarrad Commercials Ltd datat nhar it-12 ta’ Frar 2019, liema ftehim huwa validu għal 60 xahar. Infurmat ukoll li r-rata tal-kera hija Eur 28 (VAT eskluż) kuljum.
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx second car kif suġġerit minnha.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali li nuża hija leased. Wara li nġabru l-kwotazzjonijiet, l-aħjar offerta kienet tal-kumpanija GAUCI AUTOMOBILES, fejn magħhom sar il-kuntratt (Vehicle lease agreement) fit-28 ta’ April 2022. Il-karozza hija VOLVO XC60 PHEV.
Ma teżisti ebda karozza oħra li hija second car.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-procurement KOLLU li għamel il-Ministeru għas-Saħħa mis-7 ta’ Marzu 2020 (il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19) sal-lum, u jinkludi l-isem ta’ kull item, il-valur tal-procurement u mingħand liema kumpanija/entità nxtara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq in-Naxxar, Birkirkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol finali tal-asfalt u line markings fi Triq in-Naxxar, B’Kara hu previst li jkun lest sal-aħħar ta’ Frar 2023, dejjem jekk it-temp jippermetti. Ix-xogħol kien jikkonsisti fi bdil ta’ footpaths, installazjoni ta’ linji ġodda ta’ telekomunikazzjoni taħt l-art, trinek ġodda għall-provista tal-elettriku, installar ta’ main lines ġodda tal-ilma potable u esegwiet tiswija neċessarja fis-soqfa tas-sistema tad-drenaġġ eżistenti kif ġie mitlub mill-entitajiet ikkonċernati.
Wara taħdidiet li saru bejn l-Aġenzija u s-sidien tal-ħwienet, intlaħaq ftehim sabiex ix-xogħol matul din il-medda jieqaf fix-xahar ta’ Diċembru u jerġa' jibda f’Jannar biex b’hekk ikun hemm aċċess komdu għall-ħwienet fil-perjodu ta’ festi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-aħħar saff ta' tarmak u meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet kollha fi Triq in-Naxxar, Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll meta bdew dawn ix-xogħlijiet, x’tip ta’ xogħol sar u x’ħoloq id-dewmien fix-xogħol?
Tħassir ta’ appuntamenti għall-PET Scans minħabba t-terremot li seħħ fit-Turkija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba t-terremot fit-Turkija ta’ nhar it-Tnejn, 6 ta’ Frar 2023, kellhom jitħassru numru ta’ PET scans għaliex ir-radioactive isotope ma setgħax jiġi trasportat? Jista’ jgħid kemm-il PET scan ġew ikkanċellati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda każ ta’ PET scan ma ġie kkanċellat, waqt illi xi wħud ġew posposti għal gimgħa oħra.
Apparat tas-Cyclotron li jintuża għall-kura tal-kanċer
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li s-Cyclotron li kien fil-kaxxi fil-Life Sciences Park u li ġie jiswa miljuni ta’ ewro u li fil-fatt jista’ jintuża fid-djanjożi u l-kura tal-kanċer, għadu ma bediex jintuża? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Life Sciences Park – apparat tas-Cyclotron li jintuża għall-kura tal-kanċer
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li s-Cyclotron li kien fil-kaxxi fil-Life Sciences Park u li ġie jiswa miljuni ta’ ewro u li fil-fatt jista’ jintuża fid-djanjożi u l-kura tal-kanċer, għadu ma bediex jintuża? Jekk dan huwa minnu, tista’ tispjega għalfejn?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm hemm pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni marbuta ma’ ksur tar-riġel (jew parti minnha) u/jew tad-dirgħajn (jew parti minnhom)? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet li ilhom jistennew:
(a) bejn jum u tlett ijiem;
(b) bejn tlett ijiem u ħamest ijiem;
(ċ) bejn ħamest ijiem u ġimgħa; u
(d) aktar minn ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjonijiet marbuta ma' ksur kif imsemmi minnha u li ilhom jistennew kif mistoqsi minnha huma 7. Tnejn minnhom minħabba raġunijiet ta' saħħa ma tistax issirilhom l-operazzjoni għalissa, każ ieħor li mhux urġenti ma tistax issir għalissa minħabba raġunijiet kliniċi u erba' każi li ilhom 24 u 36 siegħa li l-operazzjoni pprogrammata għal din il-ġimgħa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-binja li kienet tintuża bħala l-kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa hijiex qed tintuża minn Steward Health Care jew mid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa qed tintuża mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta ġie ppubblikat il-Patient's Charter f'pajjiżna fl-2016, kemm kien hemm ilmenti marbuta mad-drittijiet u dmirijiet elenkati f'dan iċ-Charter, sena b'sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2016 sas-sena 2023 kien hemm 85 ilment marbuta mad-drittijiet u dmirijiet elenkati fil-Patient Charter.
Servizz Pubbliku u Settur Pubbliku — ħaddiema bir-remote working/teleworking
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5491 u jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, li jaħdmu fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur pubbliku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bir-remote working fis-Servizz Pubbliku huwa kif ġej:
Nisa: 706
Irġiel: 312
Filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bit-teleworking fis-Servizz Pubbliku huwa dan :
Nisa: 1065
Irġiel: 347
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 5489 u 5125, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispeċifika meta se jsir ir-rollout għaliex "fiż-żmien li ġej" hija vaga wisq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5125.
Sptar Mater Dei — MIU 1 - Standards Ewropej u Internazzjonali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5487, u peress li ma rrispondiex il-mistoqsija parlamentari 5488, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-MIU 1 mhijiex tal-istandard Ewropej u internazzjonali għax fil-fatt hija kuridur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5487, minħabba li fir-risposta l-Ministru ma rreferiex għall-MIU 1 bħala sala u semma swali oħra, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dan iffissirx li l-MIU 1 fil-fatt mhijiex sala?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.