Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6218, tista’ l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija (a) u tgħid mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nxtraw l-ebda karozzi għas-Segretarjat Privat tal-Ministru.

Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tagħha

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6199, ladarba l-Ministru ddikjarat li mhux qed tuża s-second car, tista’ tgħid kemm hu l-allowance li qed tieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Ministru għall-Anzjanità Attiva — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6209, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Ministru għall-Ġustizzja — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6208 u jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali li nuża jien hija ta’ Volvo XC60, li tinkera mingħand Gauci Automobiles għal €12,711.84 fis-sena. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma nagħmilx użu minn second car.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozza uffiċjali u allowance fuq is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6196, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tagħha? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tagħha; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tagħha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għamla tal-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali hijaBMW X3 XDrive 30e Plugin-Hybrid. Ma kienx hemm ħruġ ta’ tender u din il-karozza tinkera mingħand Burmarrad Commercials għal €43 kuljum (VAT mhux inkluż). Ninfurmak ukoll li s-Segretarju Parlamentari ma tagħmilx użu minn second car.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6194, jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas kuljum għall-kiri ta’ din il-karozza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali li nuża qed tinkera b’rata ta’ €34.83 (eskluż VAT) kuljum.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6194, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Rapport “The drug situation and responses in Malta 2022”

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport “The drug situation and responses in Malta 2022”?

Response (FALZON, MICHAEL)

Waqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li r-rapporti msemmija huma wkoll aċċessibbli online għal kulħadd fuq is-sit elettroninku tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Nazzjonali - ‘The Drug Situation and Responses in Malta 2022’ kif ukoll kopja tar-Rapport ‘Key Issues Drug Situation in Malta 2022’.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6195, jista’ l-Ministru jgħid mingħand min qed tinkera l-karozza tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali tal-Ministru tinkera mingħand MSG Car Hire.

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6202, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tagħha? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għamla tal-vettura hija Volvo XC60 Plugin Hybrid. Il-proċess tal-akkwist tal-vettura sar kollu fil-parametri tar-regolamenti maħruġa mis-Settur Pubbliku favur enerġija nadifa li jindikaw preferenza għal vetturi hybrid jew electric. Il-karozza hija mikrija mingħand Garden of Eden bil-prezz ta’ €45 kuljum, VAT mhux inkluż.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6200 jista’ l-Ministru jgħid jekk ħariġx tender u mingħand min qed tinkera l-karozza msemmija? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni fuq it-tieni karozza li juża bħala Ministru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħarġu l-ebda tenders għall-għażla tal-karozza. Il-Ministru m’għandux it-tieni karozza.

Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6197 jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali tiegħu u mingħand min hi mikrija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali u l-karozza hi mikrija mingħand Hertz United Garage.

Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6197, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6196 jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali tiegħu u mingħand min hi mikrija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nħarġitx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali. Din qed tinkera mingħand South Lease Ltd.

Pulizija – standard operating procedures għall-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika li l-Gvern wiegħed fl-2017 għadhom ma ġewx in vigore sitt snin wara?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika msemmija mill-Onor. Interpellant, dawn jinsabu fi stadju avvanzat u huwa previst li dawn ikunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant infurmat illi mis-sena 2017 indikata mill-Onor. Membru, dwar proċeduri fuq każi ta’ vjolenza domestika hemm diversi linji gwida li nħarġu mill-Pulizija anke kull meta kien hemm reviżjoni tal-liġijiet relatati. Dawn il-linji gwida kienu anke jinħarġu fis-snin ta’ qabel is-sena 2017, u komplew jiġu mġedda matul iż-żmien.

DASH multidisciplinary risk assessment team

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-DASH multidisciplinary risk assessment team li tħabbar fl-2018 għadu ma nħatarx u mhux jiffunzjona?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-DASH huwa risk assessment tool utililzzat minn risk assessors u professjonisti dwar vjolenza domestika, u mhux multidisciplinary risk assessment team. Il-multidisciplinary risk assessment team (MARAM) jipproċessa każijiet fejn l-instrument jindika li hemm riskju għoli. L-użu ta’ dan l-instrument kif ukoll il-multidisciplinary risk assessment team jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ Ministeru ieħor.

Użu minn servizz ta’ xufier u karozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux biss qed jagħmel użu mis-servizz ta’ xufier u karozza, imma għandu wkoll it-tieni karozza (second car) u li din qed tintuża mill-mara tiegħu? Jista’ jgħid jekk din it-tieni karozza tinkludix ukoll is-servizz ta' xufier u/jew security imħallsa mill-Gvern? Jista' jgħid x'tip ta' karozza qed tintuża u jekk il-karozza hijiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern? Jekk inxtrat, kemm inxtrat, meta u mingħand min? Jekk qed tinkera, kemm hi l-kera kuljum u mingħand min qed tinkera? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xiri jew kiri ta' din il-karozza? Kemm qed jitħallas ix-xufier u/jew security fix-xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

L-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament għandu l-użu tat-tieni karozza li hi l-istess waħda li kienet tintuża meta kien fil-kariga (bla xufier) u dan skont it-termination package approvat f’Diċembru 2019.

Prim Ministru – karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6191 u jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Preżentement qed tintuża l-vettura tat-tip Evoque indikata fit-tweġiba Parlamentari 21501 mwieġba fil-leġiżlatura numru XIII.