Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-kataretti? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 492 persuna li qed jistennew din l-operazzjoni għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni tal-Irkoppa (Knee replacement) – lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-irkoppa (knee replacement)? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 934 persuna li qed jistennew din l-operazzjoni għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni tal-Hip Replacement – lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-hip replacement? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 147 persuna li qed jistennew l-operazzjoni tal- hip replacement għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Sptar Mater Dei – Diabetic Foot Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mill-1 ta’ Jannar 2023 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt:
2023
Numru ta' attendenza OP MDH
Jan
609
Feb
539
Mar
631
Tnaqqis fit-teleworking għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li r-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku ser jitnaqqas għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7655.
Tnaqqis fir-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku
Question
Peress li f'Ottubru 2021 l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kien qal li r-remote working ħadem u ħadem tajjeb, tant li qal li s-Servizz Pubbliku baqa’ għaddej u ħadem b'mod normali waqt il-pandemija tal-COVID-19, jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn ser jitnaqqas ir-remote working għad-detriment ta’ ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7655.
Tnaqqis fir-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex sena ilu waqt il-kampanja elettorali kien jiftaħar bl-introduzzjoni tar-remote working u kien qal li dan irid jissaħħaħ u jitjieb għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin u issa dan ser jiġi ridott għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa? Għaliex dan ma ntqalx sena ilu, minflok li l-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku ser jiġu ingannati issa, sena wara?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jemmen bi sħiħ f’miżuri favur il-familji u favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Tant hu hekk li l-Gvern huwa meqjus bħala xempju anke għas-settur privat f’dan il-qasam.
Ir-remote working mhux biss se jibqa’ jiġi attwat imma se jkun imtejjeb fi struttura aħjar, li tinkudi titjieb ta’ miżuri oħra biex jikkumplimentaw bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
Dan kollu jwassal għal ħaddiema motivati.
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej – karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tiegħu; u/jew
b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali użata mis-Segretarju Parlamentari (Fondi Ewropej) hija BMW 520D. Din tinkera mill-kumpanija Vision Car Leasing Ltd. b’rata ta’ €32.58 (VAT eskluż) kuljum.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6193, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6192, ladarba d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 36589 li ngħatat il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Legiżlatura X1.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid x'tip ta' karozza qed tintuża u jekk il-karozza hijiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern? Jekk inxtrat, kemm inxtrat, meta u mingħand min? Jekk qed tinkera, kemm hi l-kera kuljum u mingħand min qed tinkera? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xiri jew kiri ta' din il-karozza?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-vettura tal-għamla Land Rover Discovery inxtrat b’direct order fl-2018 mingħand Muscat Motors għall-prezz ta' €36,014.00.
Użu minn servizz ta’ xufier u karozza – termination package
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termination package? Jista' jgħid minn min kien approvat, kif indikat, f’Diċembru 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Dettalji ta dak li qed tistaqsi dwaru, ingħataw fi tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7134 tal-Leġiżlatura XIV.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6207, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6206, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tiegħu; u/jew
b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali li tintuża mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru hi BMW 5 Series 530E (Plug-in Hybrid), li tinkera għal €10,950 kull sena mingħand C24M Hire and Leasing.
Ministru għat-Turiżmu — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6203, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Ministru għal Għawdex — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6201, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6198, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6195, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6214 u jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Peugeot
2008
Mikrija
18/10/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata
Peugeot
108
Mikrija
15/11/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata
Peugeot
108
Mikrija
24/10/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata