Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara ta’ Matteo Renzi għall-konferenza “The Welfare State and Welfare Services: Present Challenges, Future needs” biex tfakkar il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Laqgħa mal-European Network on Independent Living (ENIL) fi Brussell
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8070, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa li kellha mal-European Network on Independent Living (ENIL) fi Brussell?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-minuti rigward il-laqgħa li bħala Ministru kelli fi Brussell mal-European Network on Independent Living (ENIL) fl-24 ta’ Marzu 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8171, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-atleti li fil-fatt ħadu l-għajnuna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nserraħ ras l-Onor. Interpellanta li l-atleti, li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-logħob tal-GSSE, se jkunu qed jibbenefikaw mill-fondi msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8171, ninfurmaha li l-istess atleti għadhom mhux magħżula.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders li ħarġu s’issa marbuta mal-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar? Għal kull direct order jista' jindika lil min ingħatat (entità jew individwu) u kemm hu l-valur ta' kull direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Dettalji
Ammont
Urban Valley
€ 118.60
Antvin Monsigneur
€ 900
Mario Bonnici
€ 127
Kinetic
€ 550
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: the Ombudsman and the Commissioner for Education send report to the House of Representatives” datat 5 ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8010, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-ekwivalenti tal-mediċina Eyelea ġew approvati imma mhux il-mediċina Eyelea? Jista' jgħid ukoll x'suppost jagħmlu dawk il-pazjenti li taqbel magħhom il-mediċina Eyelea biss (u mhux l-ekwivalenti) u ma jifilħux jixtruha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha b’mod aktar li jinftiehem.
Sistema ta’ remote working għall-ħaddiema tas-servizz u s-settur pubbliku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8009, jista' l-Prim Ministru jgħid id-dokument 'Manual on Work-Life Balance Measures' għal liema ħaddiema japplika? Jista' jagħti lista tal-uffiċjali tas-settur pubbliku li għalihom japplika dan id-dokument?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li d-dokument imsemmi japplika għal ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.
Laqgħa mal-European Network on Independent Living (ENIL) fi Brussell
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk nhar l-24 ta' Marzu 2023 kellhiex laqgħa mal-European Network on Independent Living (ENIL) fi Brussell? Tista' tgħid x'ġie diskuss f'din il-laqgħa? Tista' tgħid jekk ġiex diskuss il-proġett Reach li kellu jsir fin-Naxxar? Tista' tgħid jekk l-ENIL urewx it-tħassib serju tagħhom dwar dan il-proġett? Wara din il-laqgħa, il-Ministeru u l-Gvern ħadu deċiżjoni fuq x'għandu jsir mill-proġett Reach fin-Naxxar u jekk dan hux se jitkompla fuq il-pjan oriġinali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-laqgħa li saret mal-European Network on Independent Living (ENIL) kienet kollha kemm hi ffukata fuq ir-riforma li qed jaħdem fuqha l-Gvern rigward il-kunċett tal-assistenti personali.
Il-Gvern qed jara li kull pass li jagħmel fil-qasam tas-settur tal-persuni b’diżabilità jkun jissodisfa l-prinċipji tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8023 u jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-fondi tal-NTSF li suppost kienu allokati għall-isportivi Maltin, b’mod speċifiku għall-federazzjonijiet sportivi b’rabta mal-GSSE Malta 2023? Jista’ jikkonferma li dawn il-fondi allokati jammontaw għal madwar €5 miljun? Jista’ jindika min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Sport
Ammont
Atletika
€ 576,250
Basketball
€ 553,000
Judo
€ 330,250
Rugby
€ 305,000
Sailing / Ibburdjar
€ 380,000
Shooting / Sparar
€ 582,500
Squash
€ 275,000
Swimming/ Għawm
€ 319,000
Table Tennis
€ 392,000
Tennis
€ 450,000
Servizzi ta Nutritionist, (training) Strength & Conditioning, Psychologist Services, Administrative Costs and Bonuses (jitqassam bejn l-għaxar assoċjazzjonijiet)
€ 747,500
Sptar Mater Dei – Diabetic Education Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Education Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei fix-xhur li talbet hi huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
OP attendenza
Jannar
403
Frar
286
Marzu
398
Sptar Mater Dei – Diabetic Point of Care Clinic – persuni li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Point of Care Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li ma teżistix Diabetic Point of Care Clinic hemm 20 pazjent dijabetiku li jużaw dan is-servizz fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-fondi tal-NTSF li suppost kienu allokati għall-isportivi Maltin, b’mod speċifiku għall-federazzjonijiet sportivi b’rabta mal-GSSE Malta 2023? Jista’ jikkonferma li dawn il-fondi allokati jammontaw għal madwar €5 miljun? Jista’ jindika min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei – Diabetic Foot Ward – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Ward fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Ward fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża.
2023
admissions
Jan
59
Feb
51
Mar
52
Sptar Mater Dei – Paediatric Diabetes/Endocrine – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Paediatric Diabetes/Endocrine fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Paediatric Diabetes/Endocrine fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
Numru ta' attendenza OP MDH*
Jan
139
Feb
127
Mar
142
Sptar Mater Dei – Tissue Viability Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tat-Tissue Viability Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tat-Tissue Viability Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
Attendances
JAN
463
FEB
415
MAR
494
Sptar Mater Dei – Diabetic Pregnancy Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Pregnancy Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Pregnancy Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
Attendances
JAN
45
FEB
24
MAR
23
Sptar Mater Dei – Diabetic Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
Numru ta' attendenza OP MDH*
Jan
985
Feb
748
Mar
826
Sptar Mater Dei – Diabetic Clinic (Juvenile) – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic (Juvenile) fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt.
2023
Numru ta' attendenza OP MDH*
Jan
21
Feb
9
Mar
13
Sistema ta’ remote working għall-ħaddiema tas-servizz u s-settur pubbliku
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7655, filwaqt li l-Prim Ministru qal li s-sistema tar-remote working kienet se titjieb permezz tal-policy l-ġdida u peress li jidher li r-reazzjoni tal-ħaddiema kienet waħda bl-oppost ta’ dak li qal il-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu għax mhux qed iħossuhom motivati, jista’ l-Prim Ministru jiċċara jekk din il-policy hux se tapplika wkoll għal dawk il-ħaddiema b’kuntratt permanenti ma’ Fondazzjonijiet, Aġenziji u/jew Awtoritajiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-prattiċi moderni tax-xogħol għas-Servizz Pubbliku mħabbra mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għandhom l-għan li jassiguraw sostenibbiltà, flessibbiltà u effiċjenza. Irridu nibqgħu nimmotivaw u ngħinu lill-ħaddiema, fl-istess ħin li noffru servizz ta’ eċċellenza lill-pubbliku.
Jien infurmat li dawn l-inizjattivi tħabbru wara konsultazzjoni wiesgħa, inkluż mal-livelli diversi tat-tmexxija, kif ukoll ma’ unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema. L-għan hu li prattiċi ta’ Reduced Hours, Flexitime, Flexi-week u Remote Working jissaħħu b’mod strutturat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal, u dokumenti oħra relatati li huma diġà disponibbli għall-pubbliku.
Attachments:PQ 8009-Linji Gwida għal prattiċi moderni fuq il-Post tax-Xogħol.pdfPQ 8009- Lejn Bilanċ Aħjar Bejn ix-Xogħol, il-Ħajja u l-Familja.pdfPQ 8009-Manual on work-life balance measures.pdf
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li, kuntrarju għall-parir tal-Kummissarju tas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-mediċina Eylea mhux talli mhijiex disponibbli kif indikat mill-istess Kummissarju tas-Saħħa, talli għadu lanqas biss ħareġ it-tender biex tinxtara din il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medicina Eyelea jew l-ekwivalenti tagħha ġiet approvata u t-tender fil-fatt diġà ħareġ.