Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8544 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Promotion from associate to full Professor and extension of appointment beyond statutory retirement age” datat 6 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8545 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not fully accepted: unfair treatment during a scholarship interview” datat 24 ta’ Jannar 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (jew parti minnhom) ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8546 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Gwida/Policy dwar il-Work-Life Balance għall-ħaddiema fis-Settur Pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8536 dwar it-tħaddim tal-Manual on Work-Life Balance, peress li s-Settur Pubbliku mhuwiex is-settur privat, jista' l-Prim Ministru jgħid xi gwida jew policy qed jagħti l-Gvern lis-Settur Pubbliku? Jista' jgħid jekk għandux ikun il-Gvern li jixpruna t-tħaddim ta' dan l-istess manwal?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 8536.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8548 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on works carried out by the Government in Comino” datat 18 ta’ Mejju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għall-kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. Tant hu hekk, li fid-dawl ta’ żviluppi ġodda wara li ħarġet l-Opinjoni Finali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ikkunsidrat ir-rakkomandazzjoni u qiegħda timplimentahom.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8549 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: unfair treatment by the Planning Authority in the processing of a minor amendment” datat 7 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għal kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. F’dan il-każ l-Awtorità ma qablitx mal-interpretazzjoni ta’ kliem tekniċi li ppubblika l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-Opinjoni Finali, peress li dawn l-interpretazzjonijiet kienu ilhom jiġu attwati minn meta ġiet iffurmata l-Awtorità tal-Ippjanar u ġew konsolidati u kkonfermati f’diversi deċiżjonijiet tagħha.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8550 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following an alleged irregular approval of a structure on a pavement in Sliema” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għal kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. F’dan il-każ l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet dwar din l-applikazzjoni bl-istess mod li ddeċidiet dwar bosta applikazzjonijiet simili.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8551 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following the rejection of representations by the Planning Authority” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-każ jirreferi għall-istadju ta’ meta l-applikazzjoni tkun waslet quddiem il-Bord għad-deċiżjoni. Din il-proċedura ilha stabbilita minn mindu ġiet iffurmata l-Awtorità tal-Ippjanar fl-1992. L-Awtorità tal-Ippjanar tħoss li s-sistema tagħti biżżejjed lok u opportunità biex rappreżentazzjonijiet bil-miktub jiġu mressqa għall-kunsiderazzjoni tal-Bord.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8552 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendation not implemented: Investigation following a complaint alleging irregular acceptance of a development in St Julians” datat 17 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għall-kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. Tant hu hekk, li fid-dawl ta’ żviluppi ġodda wara li ħarġet l-Opinjoni Finali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ikkunsidrat ir-rakkomandazzjoni u qiegħda timplimentahom.

Naxxar – Triq Sir Harry Luke — asfaltar tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun konkluż ir-resurfacing ta’ parti minn Triq Sir Harry Luke, fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, fi Triq Sir Harry Luke, Naxxar, għaddejjin b’xogħlijiet ta’ trinek taħt is-superviżjoni ta’ arkeologu, kif irrakkomandat mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, kif ukoll ma’ kuntrattur speċjalizzat maħtur mill-entità tal-ilma sabiex jitneħħa materjal eżistenti ta’ asbestos. Bħalissa għaddej xogħol f’parti tat-triq bejn Ta’ Ħaġrat u Triq Fisher, fejn hu previst li jingħata l-asfalt lejn l-aħħar ta’ Lulju.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – ċerimonja tal-ftuħ — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tan-nefqa ppjanata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern alloka 1.2 miljun Ewro f’fondi lill-Kumitat Olimpiku Malti. Infurmat li dawn il-fondi għandhom jiġu allokati kemm għaċ-ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-għeluq, il-kanzunetta tal-logħob, mużika waqt il-premjazzjonijiet, filming u muntaġġ, u ċerimonji oħra allokati mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – ċerimonja tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar se ssir fuq il-Fosos u mhux fi spazju sportiv bħal pereżempju l-Marsa jew Ta’ Qali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Persważ li l-Onor. Interpellant taqbel miegħi li mhux se nindaħal lill-Kumitat Olimpiku fl-organizazzjoni tal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Persważ ukoll li l-Onor. Interpellant taqbel miegħi li l-post magħżul huwa xena ikonika Maltija li żgur se tkun apprezzata madwar il-pajjizi li jaraw dan l-avveniment.

Pazjenti li jużaw il-mediċina Eyelea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid dawk il-pazjenti li ma jistgħux jużaw mediċina oħra ħlief l-Eyelea u ma jifilħux jixtruha, x’suppost jagħmlu biex ma jitilfux il-vista t’għajnejhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender biex tinġieb u tibda tintuża mediċina ekwivalenti għall-Eyelea ġie aġġudikat.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-bidu ta’ Mejju 2023 kien hemm madwar 30 mediċina essenzjali out of stock? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li hemm dawn il-mediċini out of stock u x’qed jagħmel il-Gvern biex isolvi din il-problema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 24 mediċini bħalissa out of stock: 8 mediċini huma affettwati bi kwistjoni ta’ provenjenza. 3 mediċini huma affettwati minn recall 7 mediċini huma affettwati minn kunsinna li ttardjat. 6 mediċini qed nistennew il-kunsinna.

Lista ta’ mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-lista ta’ mediċini out of stock mhux qed toħroġ kull ġimgħa kif kien isir sas-7 ta’ Novembru 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ mediċini out of stock baqgħet tkun ippubblikata b’mod regolari. L-aħħar li kienet ippubblikata kien fil-15 ta’ Mejju.

Naxxar – Xogħol fi Triq Jules Verne

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tlestiex ix-xogħol tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’parti minn Triq Jules Verne, fin-Naxxar, u meta se jkun konkluż ir-resurfacing tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ix-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta huwa parti minn proġett li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ittejjeb is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb lill-klijenti tat-tramuntana ta’ Malta. Ninsab infurmata li x-xogħol relatat mat-tqegħid ta’ mejnijiet huwa lest u t-tqegħid tal-asfalt huwa mistenni li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.

Naxxar – Xogħol fi Triq Bradford

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tlestiex ix-xogħol tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’parti minn Triq Bradford, fin-Naxxar, u meta se jkun konkluż ir-resurfacing tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lestiet ix-xogħol li kien fil-kompitu tagħha fit-triq indikata u r-resurfacing se jkun qed isir minn Infrastructure Malta.

Naxxar – Xogħol fi Triq Sir Harry Luke

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tlestiex ix-xogħol tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’parti minn Triq Sir Harry Luke, fin-Naxxar, u meta se jkun konkluż ir-resurfacing tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ix-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta huwa parti minn proġett li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ittejjeb is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb lill-klijenti tat-tramuntana ta’ Malta. Ninsab infurmata li x-xogħol relatat mat-tqegħid ta’ mejnijiet huwa lest u t-tqegħid tal-asfalt huwa mistenni li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.

Naxxar – Ċentru tad-Distribuzzjoni tad-Dawl

Question

Filwaqt li d-distribution centre tad-dawl fiż-żona tan-Naxxar qed jitqies bħala bżonn imma r-residenti ma ġewx informati fuq dak li l-Gvern qed jippjana li jagħmel, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan dettaljat ta’ dak li beħsiebu jagħmel il-Gvern? Tista’ tgħid kemm se jkun kbir dan id-distribution centre? Tista’ tgħid jekk hux se jkun f’żona residenzjali? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata tas-sit fejn ġej id-distribution centre tad-dawl fin-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Dan iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni huwa parti mill-investiment totali ta’ €90 miljun li l-Enemalta ser tkun qed twettaq fuq medda ta’ sitt snin biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku madwar il-pajjiż. Għalkemm il-pjanijiet dettaljati tiegħu għadhom qed jitħejjew, huwa previst li dan ser isir b’investiment ta’ €12-il miljun. Infurmata li wara li ġew ikkunsidrati diversi siti mal-Awtorità tal-Artijiet, instab li l-aktar post adattat u ideali huwa fi Triq San Pawl, kantuniera ma’ Triq San Timotju u triq ġdida, li huwa 'l bogħod mit-toroq distributorji. Is-sit li qed inpoġġi pjanta tiegħu (site plan) fuq il-Mejda tal-Kamra huwa madwar 1,954 metru kwadru u dan intgħażel ukoll wara li ġew ikkunsidrati diversi aspetti tekniċi fil-kuntest li l-cables minn dan iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni eventwalment iridu jitqabbdu man-network tal-elettriku fin-Naxxar.

Naxxar – Triq Jules Verne — asfaltar tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun konkluż ir-resurfacing ta’ parti minn Triq Jules Verne, fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8598 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.