Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Għeluq tal-Psychiatric Ward

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ngħalqet il-Psychiatric Ward fl-Isptar Mater Dei? Kemm ilha magħluqa? Meta se terġa’ tinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll il-pazjenti li għandhom bżonn servizz li kien qed jingħata fil-Psychiatric Ward fl-Isptar Mater Dei, issa fejn qed imorru biex jieħdu l-kura meħtieġa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li jkollhom bzonn kura psikjatrika, apparti s-servizzi li jingħataw mill-isptar Monte Carmeli jistgħu jirċievu servizzi minn : ● Community Mental Health Multidisciplinary services to deliver care, treatment, and therapy within the home environment. 6 community mental health clinics (Qormi, Floriana, Paola, Cospicua, Mtarfa, Qawra) ● Community Rehabilitation Centres 5 CMHRCs (Cospicua, Floriana, Paola, Qormi, Zejtun) ● Hostels and Community Homes Projects in collaboration with Richmond Foundation, and Fondazzjoni Suret il-Bniedem. These homes encourage independent living within the community. ● Outreach teams Consists of nurses and care workers, in collaboration with social workers, occupational therapists, community agencies, psychologists and psychiatrists. ● Crisis Resolution Home Treatment (CRHT) A specialist mental health team. ● Emergency Psychiatric Service National Helpline 1579 operates 24/7 and provides free emotional support, advice, and practical guidance to those in need. Established and professional units operating within educational facilities such as the University of Malta and MCAST provide professional support to enhance the wellness of UM staff and students. For emergency cases, an emergency psychiatric Service operates at the Emergency Department at Mater Dei Hospital on a 24/7 basis, and the Crisis Resolution Home Treatment team provides timely psychiatric care, collaborates with caregivers, and offers follow-up Services in the community. Speciality Services ● University Mental health services ● Addiction Service ● Eating Disorders Service ● Electro-convulsive Therapy ● Geriatric Mental Health Services ● Neuropsychiatry Services ● Perinatal Mental Health Services ● Psychiatry Liaison Service ● Transcranial Magnetic Stimulation (TMS) Service

Każijiet ta’ mard sesswali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena mill-2012 sal-2022, kemm kien hemm każijiet ta’ dan il-mard trażmess sesswalment f’pajjiżna: a. Chlamydia; b. Gonorrhea; ċ. Syphilis; d. HPV; e. Hepatitis; f. HIV/Aids; g. Monkeypox; h. Public Lice; i. Scabies; u j. Genital Herpes?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Att biex jirregola organizzazzjonijiet ta’ intrapriża soċjali u l-amministrazzjoni tagħhom – twettiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu għadda l-Att tal-2022 imsejjaħ “ATT biex jirregola organizzazzjonijiet ta’ intrapriża soċjali u l-amministrazzjoni tagħhom” fi Frar tal-2022: a. xi twettaq minn dak li hemm miktub f’din il-liġi; b. meta twaqqaf ir-Regolatur ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Intrapriża Soċjali; u ċ. kemm ġew irreġistrati intrapriżi soċjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

San Pawl il-Baħar — Studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar (Kennedy Grove, Triq ir-Ramel, Triq il-Mosta u Triq Burmarrad)?

Response (FARRUGIA, AARON)

F'dan ir-rigward ittieħdu traffic counts fl-istess żona u dawn jinkludu nformazzjoni fuq in-numru ta' vetturi li jivvjaġġaw fid-direzzjonijiet differenti taI-istess junction.

Mellieħa — Studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fil-Mellieħa fiż-żona tal-Għadira?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Għadira qed isir investiment li kien nieqes għal diċenji ta' snin, biex inkun eżatt 40 sena. Investiment ta' aktar minn €8 miljun biex b'kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra tal-gvern nagħtu dehra aħjar, servizzi msaħħa u fuq kollox iżjed sigurtà lil min juża din iż-żona tant frekwentata. Il-flow tal-karozzi tħalliet għaddejja waqt li qed isiru ix-xogħlijiet u għaldaqstant wieħed jifhem li għal ħinijeit twal it-toroq ma kinux miftuħa kollha fl-intier tagħhom bl-inkonvenjent kollu li dan iġib miegħu. Infrastructure Malta qed jagħlqu dan il-proġett u f'każijiet ta' bżonn il-proġett hu ddisinjat biex tintu¿a tidal lane.

San Pawl il-Baħar — Studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar (żona Telgħet ix-Xemxija u Triq il-Mistra)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Magħtab, Naxxar – Ecohive – pjanti

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti u pjani marbuta mal-Ecohive fil-Magħtab, fin-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri li l-pjan tal-ECOHIVE huwa parti mill-pjan tal-immaniġġjar tal-iskart, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5820.

Magħtab, Naxxar – Ecohive – inċineratur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa ppjanat li jiġi installat l-inċineratur fl-Echohive fil-Magħtab, fin-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ din is-sena l-WasteServ għandha tikkonkludi l-kuntratt mal-operatur li se jibni u jħaddem l-impjant. Filwaqt li l-iskavar huwa kważi lest, ix-xogħol tal-bini u l-kummissjonar tal-impjant mistenni jieħu 42 xahar.

Magħtab, Naxxar – Ecohive – studji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar studji marbuta mal-impatt ambjentali tal-inċineratur li se jiġi installat fl-Echohive fil-Magħtab, in-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, minħabba l-volum kbir ta’ karti biex jiġu stampati d-dokumenti kollha mitluba, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sommarju tal-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali kif ukoll qed ngħaddilha soft copy tad-dokumenti kollha.

Constant Glucose Monitors

Question

Fid-dawl li s-servizz tar-Remote Patient Monitoring għall-persuni kollha bid-dijabete Type 1 ma ġiex estiż sas-sena 2022 kif kien imwiegħed fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22817 tat-13-il Leġiżlatura u fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19, 4555 u 4852 ta’ din il-Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jestendi dan is-servizz jew tal-inqas l-użu ta’ Continuous Glucose Monitors għall-persuni kollha bid-Dijabete Type 1 f’pajjiżna kif indika li se jiġri fit-tweġibiet kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-CGM għad-dijabetiċi tat-Tip 1 qed jiġi estiż sena wara sena. Din is-sena s-servizz ġie estiż biex jinkludi ommijiet tqal dijabetiċi.

Naxxar – Triq il-Labour – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol sar fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq il-Labour, fin-Naxxar, biex jilqa’ l-ilma tax-xita, partikolarment fiż-żona ta’ ħdejn il-bandli u b’mod partikolari ftit ’l isfel min-niżla ta’ Villa Mdina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta kienu jibdew minn Labour Avenue kantuniera ma’ Triq l-Imdina, fin-naħa ta’ isfel, u għalhekk din il-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għal xogħlijiet li saru minn din l-Aġenzija.

Naxxar – Triq is-Salina – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fi Triq is-Salina, fin-Naxxar, meta beda dan ix-xogħol u meta se jitlesta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9722 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Bajja tax-Xemxija – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fil-Bajja tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, meta beda u meta se jitlesta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq xogħol fit-triq ta’ mal-bajja tax-Xemxija fejn qed isir intervent ta’ restawr tas-sistema tal-ilma li twassal mill-Wied tal-Pwales għall-baħar. Ix-xogħol beda fil-bidu ta’ Marzu u mistenni jitlesta fix-xahar ta’ Lulju.

Naxxar — Studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona tan-Naxxar (Triq San Pawl u Triq M. Murray)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta mhix konxja li qed isiru studji fuq ‘Traffic Management’.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8545, 8758 u 9158 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not fully accepted: unfair treatment during a scholarship interview” datat 24 ta’ Jannar 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (jew parti minnhom) ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx injorati, anzi ġew attwati ħlief għar-rakkomandazzjoni biex jiġu rrekordjati l-intervisti.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8546, 8759 u 9159 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx injorati iżda ma ġewx aċċettati. Skont il-PSMC taqsima 6.2.3.1, mhux permess li ħaddiema fuq career break jitħallew jaħdmu mal-privat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9195 jista' l-Ministru jikkonferma li minn meta wieġeb il-mistoqsija parlamentari 16743 tal-Leġiżlatura XIII m'għaddewx ħlasijiet jew donazzjonijiet eċċ. lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li nikkonferma li minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari 16743 tal-Leġiżlatura XIII m'għaddewx ħlasijiet jew donazzjonijiet eċċ. lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9196 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatat lili mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9197 tista' l-Minsitru tispeċifika jekk ingħatawx donazzjonijiet lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament mill-entitajiet li jaqgħtu taħtha fil-Leġiżlaturi preċedenti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi ma taw l-ebda donazzjoni lill-fondazzjoni msemmija separatament fil-leġiżlaturi preċedenti.