Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru fejn hemm defibrillators huma: Agency for the Welfare of Asylum Seekers, Correctional Service Agency, Detention Service​s Agency, Local Enforcement System Agency, Residency Malta Agency, Korp tal-Pulizija, Forzi Armati ta’ Malta, Protezzjoni Civili.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9882.

Ministeru għat-Turiżmu — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet fi ħdan il-Ministeru hemm total ta’ 7 defibrillators.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fejn hemm defibrillator?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: MINISTERU/DIPARTIMENT/ENTITANUMRU TA DEFIBRILLATORS Air Malta13 Contracts1 FIAU1 Jobsplus2 MFSA3 NSO/MSA1 Treasury1

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 62 defibrillator.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li għandhom defibrillator huma. Kordin Grain Terminal Malta Business Registry INDIS Malta Communication Authority Malta Gaming Authority eSkills Malta Digital Innovation Authority Malta Government Technology Investments Freeport National Foreign Direct Investment Screening Gaming Malta

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewopej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-binja fejn jinstabu l-uffiċċji tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programmi (EUPA) hemm defibrillator.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fejn hemm defibrillator?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fejn hemm defibrillator huma il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) u l-Aġenzija Sapport. Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat preżentement għandu żewġ defibrillators (AED), wieħed fiċ-ċentru għall-Volontarjat Valletta, u ieħor fiċ-ċentru għall-Volontarjat B’Kara, filwaqt li l-Aġenzija Sapport għandha defibrillators fiċ-ċentri ta’ matul il-jum, residenzi, community hubs u l-uffiċini kollha tagħha.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Entitajiet MTIP GHRC Infrastructure Malta Transport Malta MATS

Ministeru għal Għawdex — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninsab infurmat li l-Gozo Channel (Operations) Limited għandu sitt defibrillators; wieħed fuq kull vapur u wieħed f’kull terminal.

Ministeru għas-Saħħa — Defibrillators

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi defibrillators jinstabu f’kull Berġa u Health Centre tal-Kura Primarja, f’MDH , f’KGH, St. Luke’s Hospital, FMS, GGH , MFH u NBTS.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet segwenti għandhom defibrillators: · Pjazza Teatru Rjal · Fondazzjoni Ċentru Kreattivita · Heritage Malta · Malta Philharmonic Orchestra · Teatru Manoel · Public Broadcasting Services Intant, infurmat illi Saint John’s Co-Catherdal Foundation qegħdin fil-proċess li jixtru defibrillators.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fl-entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tas-Segretarju Parlementari m’hemmx defibrillator.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm defibrillator wieħed (1) installat f’Palazz Spinola, San Ġiljan.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent, b’kollox hemm 21 defibrillator f’diversi binjiet minn fejn joperaw diversi dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Il-lista ta’ fejn qegħdin dawn id-defibrillators huwa kif elenkat hawn taħt: 1. Palazzo Ferreria, Valletta (Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal) 2. Community Birgu (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 3. ACT Head Office, Msida (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 4. Community Valletta (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 5. Community Qawra (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 6. Sedqa Detox – G’Mangia (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 7. CPS Head Office (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 8. FSWS Head Office (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 9. Appoġġ Support Line 179 (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 10. Appoġġ Head Office (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 11. FSWS Head Office (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 12. Gozo Xewkija (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 13. Gozo Branch, Għajsielem (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 14. Gozo Community Marsalforn (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 15. Gozo Community Victoria (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 16. Sedqa Dar l-Impenn (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 17. Sedqa Head Office, (3 Braille Street) St Venera (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 18. Sedqa Head Office, (4 Braille Street) St Venera (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 19. CPS Children's House (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 20. Komunità Santa Marija, Ħal-Farruġ (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) 21. Community Fgura (Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li taħt id-dekasteru tiegħi hemm defibrillator wieħed.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.