Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi qed joffri l-Gvern fil-Kura Primarja għall-pazjenti bid-Dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Primary HealthCare għandha:
1. Klinika tad-Dijabete f’kull Ċentru tas-Saħħa f’Malta, mmexxija min tabib tal-familja u infermiera.
2. Kliniċi speċjalizzati ġewwa Ċentri tas-Saħħa għall-pazjenti li jirrikjedu aktar kura ntensiva fid-dijabete, mmexxija min żewġt Speċjalisti fid-Dijabete u endokrinoloġija.
Speċjalisti li joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħalissa kemm hemm speċjalisti li qed joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete kif ġej:
a. fiċ-ċentri tas-saħħa f’Malta;
b. fl-Isptar Mater Dei;
ċ. fl-Isptar Mount Carmel;
d. fir-Residenza San Vincenz de Paul;
e. fl-Isptar Karin Grech;
f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u
g. fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi speċjalisti li qed joffru servizz lill-pazjenti bid-dijabete huma skont it-tabella t'hawn taħt. Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu dwar SVPR lill-Ministru kkonċernat.
Primary Healthcare
2 Health Specialists in Diabetes and endocrinology
Mater Dei Hospital
7 Consultants and 7 Resident Specialists
Gozo General Hospital
6 General Medicine Consultants
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħalissa kemm hemm pazjenti bid-dijabete li qed jingħataw servizz kif ġej:
a. fiċ-ċentri tas-saħħa f’Malta;
b. fl-Isptar Mater Dei;
ċ. fl-Isptar Mount Carmel;
d. fir-Residenza San Vinċenz de Paul;
e. fl-Isptar Karin Grech;
f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u
g. fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti bid-dijabete li qed jingħataw servizz huma skont it-tabella t'hawn taħt. Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu dwar SVPR lill-Ministru kkonċernat.
Ċentri tas-Saħħa
15,840
Sptar Mater Dei
7,923
Sptar Ġenerali Għawdex
1,445
San Pawl il-Baħar — studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9728 u jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar (żona Telgħet ix-Xemxija u Triq il-Mistra)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet qed iħarsu b’mod ħolistiku lejn iż-żona biex tiġi indirizzata is-sitwazzjoni tat-traffiku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9790 u jgħid, sena b’sena mill-2012 sal-2023, kemm kien hemm każijiet ta’ dan il-mard trażmess sesswalment f’pajjiżna:
a. Chlamydia;
b. Gonorrhea;
ċ. Syphilis;
d. HPV;
e. Hepatitis;
f. HIV/Aids;
g. Monkeypox;
h. Public Lice;
i. Scabies; u
j. Genital Herpes?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rwol ta' individwu
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815, peress li din it-tweġiba mhijiex ċara, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex membru ta' bord jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Minħabba li l-aħħar (u l-unika) Sexual Health Policy għal Malta ġiet ippubblikata fl-2010, u minħabba li d-Deputat Prim Ministru fl-2022 (fil-mistoqsija parlamentari 24093) kien qal li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq in-National Sexual Health Survey li se jifforma l-bażi tas-Sexual Health Strategy ġdida u aġġornata, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tiġi ppubblikata s-Sexual Health Policy il-ġdida?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-riċerka saret bejn Ottubru 2022 u Jannar 2023. Il-miżuri proposti bħalissa għaddejjin minn evalwazzjoni finanzjarja biex jiġi żgurat li l-miżuri proposti jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod sostenibbli.
Mediċina Eyelea għall-persuni li qed jitilfu d-dawl ta’ għajnejhom
Question
Minħabba li hemm diversi persuni li għandhom kundizzjoni f’għajnejhom u li qed jitilfu d-dawl t’għajnejhom u l-unika mediċina li taħdem fuq il-kundizzjoni t’għajnejhom hija l-Eyelea, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn mhux qed jipprovdi din il-mediċina allavolja hemm tobba u speċjalisti tal-għajnejn li qed jinsistu li l-Eyelea biss hija s-soluzzjoni għal dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-kundizzjoni tal-mascular digeneration apparti l-mediċina Bevscizumab żdiedet ukoll il-mediċina Ranibizumab fuq il-formularju tal-Gvern.
Nisa tqal bid-Dijabete Type 1 li ma ġewx offruti l-Constant Glucose Monitor waqt it-tqala
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn kien hemm nisa tqal u bid-Dijabete Type 1 li ma ġewx offruti l-Constant Glucose Monitor fit-tqala filwaqt li kien hemm oħrajn li ġew offruti dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-politika tad-dipartiment tas-Saħħa dwar il-Continuous Glucose Monitor hi illi persuni sa 35 sena u nisa tqal bid-dijabete ta’ tip 1, meta jkun hemm talba klinika, jingħataw monitor mingħajr ħlas.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - impjegati fis-Servizzi Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma għandi l-ebda lista xi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9720, jista'd-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni b'Type 1 Diabetes f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-persuni qed jużaw CGM għax għandhom età sa 23 sena jew għax huma ommijiet tqal dijabetiċi
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi minn Setttmbru ta’ din is-sena l-iskema tal-Continuous Glucose Monitors mingħajr ħlas ġiet estiża sa l-eta ta’ 35 sena.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9721, jista' l-Ministru jiċċara jekk fil-fatt ix-xogħol tal-ilqugħ tal-ilma sarx minn xi entità oħra (mhux Infrastructure Malta) jew fil-fatt ix-xogħol (fil-parti indikata ta' Labour Avenue (Naxxar) ma sar minn ħadd dejjem għad-detriment għar-residenti tat-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi għamlu xogħol tal-ilqugħ tal-ilma fiż-żona indikata.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9722 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fi Triq is-Salina, fin-Naxxar, meta beda dan ix-xogħol u meta se jitlesta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel dan il-proġett b’investiment ta’ €3.5 miljun biex ittejjeb sostanzjalment in-netwerk ewlieni tad-distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li jforni eluf ta’ klijenti f’lokalitajiet differenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dan il-proġett huwa meħtieġ biex jissodisfa t-talbiet attwali u futuri tal-ekonomija u l-popolazzjoni li qed tikber ta' dan ir-reġjun.
Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta’ mejn ta’ 8 kilometri li jwassal l-ilma min-Naxxar sas-Salini. Dan ix-xogħol inbeda f’Mejju u ninsab infurmata li fi żmien relattivament qasir tlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-mejnijiet u saħansitra preżentament inbeda wkoll l-asfaltar ta’ Triq is-Salina. Ta’ min isemmi li l-Korporazzjoni, flimkien mal-entitajiet l-oħra konċernati, ħadet id-deċiżjoni li minflok tieqaf matul l-istaġun turistiku, tibqa’ tiela’ bix-xogħol lejn in-naħa t’Alla u Ommu sabiex it-triq setgħet tkun aċċessibbli għall-pubbliku qabel il-bidu tas-sena skolastika. Dan il-mejn qed jiġi kkummissjonat u ser jibda jopera qabel l-aħħar tas-sena.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9724 u 9725, jista' l-Minsitru jgħid jekk Transport Malta hux qed tagħmel studju fuq Traffic Management f'żoni oħra ta' Malta? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx xi entità oħra tal-Gvern li qed tagħmel studju fuq traffic management f'Malta u Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immaniġġar tat-traffiku huwa funzjoni li Transport Malta teżerċita fuq bażi kontinwa. Barra minn dan, Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ xi kunsilli lokali sabiex dawn jagħmlu l-istudji neċessarji fuq proġetti proposti min-naħa tagħhom.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretjaru Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9887.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm installat 17-il defibrillator, 13 qegħdin ġo entitajiet u erbgħa qegħdin ġo dipartimenti differenti hekk kif mniżżel fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fejn hemm defibrillator huma San Vinċenz de Paule, Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità u l-Awtorità tal-Mediċina.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-individwu li għalih qed issir referenza mhuwa fuq l-ebda bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Parlamentari, kif ukoll dak Ministerjali.