B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13013, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' amputazzjonijiet minuri huwiex fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex iżomm ir-rata ta’ amputazzjonijiet maġġuri baxxa (fil-fatt l-inqas fl-Ewropa) id-dipartiment tal-kirurġija vaskulari f’Mater Dei jagħmel ħiltu sabiex jaqbad każijiet simili minn kmieni. Dan allura jwassal biex waqt li matul is-snin naqset ir-rata ta’ amputazzjonijiet maġġuri, żdiedet minflok ir-rata ta’ amputazzjonijiet minuri għax issa l-każijiet qed jinqabdu kmieni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12662 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' każijiet ta' amputazzjonijiet tas-saqajn f'Malta hux ferm għola minn dak ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi n-numru ta' amputazzjonijiet maġġuri tas-saqajn f'Malta, huwa l-inqas minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea skont il-Graph meħuda mill-European Journal for Vascular and Endovascular Surgery Journal li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' każijiet ta' amputazzjonijiet tas-saqajn f'Malta hux ferm għola minn dak ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm massage parlours f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għat-Turiżmu u lanqas mill-entitajiet fi ħdanu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm massage parlours f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ massage parlours u għaldaqstant ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm Gentlemen’s Clubs f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13484 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm Gentlemen’s Clubs f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ Gentlemen’s Club u għaldaqstant ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rwol ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10642 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815, peress li din it-tweġiba mhijiex ċara, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex membru ta' bord jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11591, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta filfatt se toħroġ is-Sexual Health Policy il-ġdida?
Mediċina Eyelea għall-persuni li qed jitilfu d-dawl ta’ għajnejhom
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11592, minħabba li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa mhux qed jirrispondi b'mod ċar, jista' jikkonferma li hemm persuni li l-unika mediċina tajba għalihom hija l-Eyelea? Jista' jgħid ladarba jeżistu persuni li ma jistgħux jużaw mediċina oħra, x'suppost jagħmlu dawn il-persuni li bħalissa qed iduru fuq il-Malta Community Chest Fund għall-għajnuna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-Avviż Legali 448 ta’ 2018 f’każ li konsulent mediku jħoss illi pazjent jista' jibbenifika minn mediċina partikolari li ma tkunx fuq il-formolarju tal-Gvern, l-istess konsulent jista' jagħmel sottomissjoni lill-Exceptional Medicinal Treatment Committee, u jkun dan il-kumitat tekniku li jiddeċiedi dwar il-każ.
Nisa tqal bid-Dijabete Type 1 li ma ġewx offruti l-Constant Glucose Monitor waqt it-tqala
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11593, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm diskriminazzjoni bejn nisa tqal li mhux kollha ġew offruti l-għażla li jużaw il-Continuous Glucose Monitor?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11593.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11601, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika b'mod ċar meta ser toħroġ l-istrateġija l-ġdida tad-dijabete li skadiet tliet snin ilu? Jista' wkoll jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid:
a. liema miri tal-Istrateġija 2015-2020 intlaħqu;
b. liema miri tal-Istrateġija 2015-2020 ma ntlaħqux; u
ċ. meta se jiġi ppubblikat ir-rapport fuq l-effetti tal-Istrateġija 2015-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Istrateġija 2015-2020 intlaħqu dawn il-miri:
a. Kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa mmirati speċifikament għal pazjenti dijabetiċi.
Ġie ppubblikat ktejjeb mid-direttorat tal-promozzjoni tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mad-Dijabetes Education Unit fl-MDH u huwa disponibbli online, Diabetes Living life to the full, b’informazzjoni dwar kif timmaniġġja aħjar id-dijabete.
Żieda fl-awareness dwar il-fatturi ta' riskju għad-Dijabete tat-Tip 2 u kampanji ta' promozzjoni tas-saħħa biex jippromwovu ikel tajjeb għas-saħħa u jżidu l-eżerċizzju fl-etajiet kollha.
Kura aħjar tal-pazjent fil-komunità billi jinfetħu drittijiet ta' preskrizzjoni lit-tobba għal medikazzjoni dijabetika tal-iskeda V u t-tobba privati jistgħu jaraw l-investigazzjonijiet li jordnaw fuq myHealth
Investiment fl-ittestjar tal-Point-of-Care sabiex il-pazjenti jagħmlu t-testijiet tad-demm tagħhom immedjatament u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jużaw din id-data biex jiggwidawhom aħjar, mingħajr ma jkollhom għalfejn iġibu lill-pazjent lura għal żjara oħra għar-riżultat.
Imnedija klinika ta’ qabel id-dijabete fil-kura Primarja għall-immaniġġjar ta’ pazjenti b’tolleranza indebolita tal-glucose biex inaqqas l-iżvilupp tad-dijabete.
Kidney clinic fil- Primary Healthcare għall-iskrinjar tad-- diabetic nephropathy.
Introduzzjoni ta' mediċini ġodda għad-dijabete.
Żieda fin-numru ta’ sticks u siringi għall-monitoraġġ tal-glucose fid-demm.
Tnedija u espansjoni tal-Continuous Glucose Monitors.
Tnaqqis fin-numru ta’ ammissjonijiet fl-isptar minħabba l-hypoglycaemia.
F’Mater Dei infetħu kliniċi ta’ tranżizzjoni għal pazjenti pedjatriċi ta’ bejn l-14 u t-18-il sena biex ittaffi t-tranżizzjoni mid-dijabete pedjatrika għal dik adulta u tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura.
Investiment fir-reklutaġġ ta’ HR ġodda – tobba b’interess speċjali fid-dijabete u speċjalisti involuti fil-ġestjoni tad-dijabete.
Investiment fit-taħriġ – grupp ta’ tobba rċevew kors ta’ taħriġ ta’ sena f’Mater Dei biex jispeċjalizzaw aktar fid-dijabete.
It-tisħiħ tas-sistemi tal-IT b’rekords elettroniċi tal-pazjenti fil-kura Primarja u Dashboard fl-Isptar Mater Dei.
Investiment fi screening għall-kumplikazzjonijiet għad-dijabete – Infetħet klinika tas-saqajn fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ B’Kara.
Ftuħ ta’ Sala fi ħdan l-Isptar Mater dei biex tingħata kura aħjar, dedikata għall-pazjenti li jiżviluppaw problemi tas-saqajn biex ikun hemm tnaqqis fin-numru ta’ amputazzjonijiet tas-saqajn.
Ħidma interministerjali speċjalment mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiġi promoss stil ta’ ħajja sana fl-iskejjel biex titnaqqas l-obeżità fit-tfal.
b. Xi wħud mill-miżuri ma ġewx implimentati minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li wasslet biex ħafna mill-istaff jissejħu fuq dmirijiet relatati mal-Covid. Dawn huma:
Il-Programm Nazzjonali ta' screening għad-Dijabete
Reġistru Nazzjonali tad-Dijabete
Edukazzjoni għall-istaff fl-iskejjel biex jittrattaw emerġenzi dijabetiċi
Post-partum formalizzat għal pazjenti li jbatu mid-dijabete waqt t-tqala
Reklutaġġ ta' aktar infermiera speċjalizzati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11602 rigward anomaliji b’mediċini fuq il-Formolarju li huma indikati għal kundizzjoni, imma jkunu tajbin għal kundizzjonijiet oħrajn iżda ma joħroġx permess li jingħataw, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-protokolli hux ser jinbidlu, speċjalment għaliex ser ikunu qegħdin jibbenefikaw aktar pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li deċiżjonijiet dwar it-twessigħ ta' protokolli għal mediċini disponibbli fuq il-formularju jittieħdu fil-livell tekniku u permess ta’ health technology assessment.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – defibrillators
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9887, jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn id-defribillators?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dawn id-defibrillators jinsabu fl-entitajiet li ġejjin; IFE, FES, FTS, Education Malta, MCAST, UoM, Sport Malta, u MCST.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - defibrillators
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9954, jista' l-Ministru jikkonferma li dan ifisser li fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m'hemm l-ebda defibrillator?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12128.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10159, peress li din ngħatat f'Ġunju 2023, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sa Ġunju 2023 kemm kien hemm persuni b'Type 1 diabetes f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom kienu qed jużaw Constant Glucose Monitors (CGM) għax kellhom età sa 23 sena jew għax kienu ommijiet tqal? Jista' jgħid ukoll, minn Ġunju sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm żdied in-numru ta' persuni li qed jużaw is-CGM għax huma sal-età ta' 35 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa Ġunju 2023 kien hemm 324 persuni b'Type 1 diabetes li kienu qed jużaw il-CGM. Minn Ġunju sa Settembru kien hemm żieda ta’ 166 pazjent li qed jużaw il-CGM.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10162, jista' l-Ministru jispeċifika ma' liema kunsilli lokali qed isiru d-diskussjonijiet fuq l-immaniġġar ta' traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nfurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq l-immaniġġjar tat-traffiku mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar kif ukoll mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.
San Pawl il-Baħar — studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10287, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qed tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tat-traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin saru diversi proġetti madwar Malta u Għawdex sabiex jittaffa t-traffiku u l-konġestjoni li dan iġib miegħu, inkluż il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, Luqa Junction Project, l-Underpass f’Santa Luċija, il-Marsa Junction, Central Link. L-underpass tal-MFSA huwa wkoll proġett maġġuri f’dawn l-aħħar ħames snin.
Proġetti tal-ferry landing li sar f’Bormla, dalwaqt f’Tas-Sliema, u bix-xogħlijiet għaddejin f’Buġibba huma alternativi oħra sabiex jonqos it-trasport tal-art.
Dawn il-proġetti huma akkumpanjati minn miżuri biex kemm jista jkun jitnaqqsu l-ammont ta’ karozzi mit-toroq tagħna. Eżempju prattiku ta’ dan huwa l-inċentiv li l-Gvern offra biex persuna tkun tista tibdel il-karozza tagħha ma’ mezzi aktar sostenibbli ta’ transport bħal muturi jew roti. Dawn l-għotjiet kienu akkumpanjati minn investimenti fl-infrastruttura li jħeġġu aktar nies biex jagħmlu l-qabża meħtieġa. Eżempju ta’ dan huwa l-ħolqien ta’ numru ta’ bus lanes f’numru ta’ proġetti infrastrutturali flimkien mat-tħabbira tal-ewwel network ta’ active mobility routes li għall-ewwel darba se jagħti lill-pajjiż rotot stabbiliti u sikuri għal mobilità aktar attiva.
Sar investiment bla preċedent fit-trasport pubbliku, fejn permezz ta’ investiment ta’ 20 miljun ewro, żdiedu mal-flotta 30 karozza tal-linja elettrika li qed isarrfu f’aktar minn 400 vjaġġ addizzjonali kuljum. Dan, flimkien mal-fatt li qed jinbnew ferm aktar mollijiet biex titjieb il-konnettività bil-baħar, speċjalment fiż-żona tal-port il-kbir, turi l-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ mezzi alternattivi ta’ transport lil hinn mill-vetturi personali.
Fl-aħħar żmien kien hemm ukoll żieda fl-infurzar u fil-preżenza ta’ enforcement officers jigwidaw it-traffiku. Dan qed isir f’postijiet strateġiċi fejn l-Awtorità għat-Trasport hija konxja mill-fatt li f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata jinġema’ t-traffiku. Permezz ta’ cameras imqabbdin mal-control room flimkien mal-preżenza ta’ aktar enforcement officers fit-toroq, qed jiġi aċċertat li l-fluss tat-traffiku ikun immaniġjat bl-aħjar mod possibli.
Tul il-perjodu tal-back-to-school, ittieħdu numru ta’ iniżjattivi inkluż servizz ta’ tow truck b’xejn li l-iskop tiegħu huwa li ma jħallix karozzi li jkunu waqfu, fin-nofs, iżda minflok iressaqhom fil-ġenb sakemm dawk ikunu jistgħu ikomplu bit-triq tagħhom. Qed issir ħidma ukoll biex jitnaqqas it-traffiku fil-ħinijiet magħrufin bħala l-peak-hour, billi ċertu servizzi jiġu staggered. Hawnhekk, saret diskussjoni intensiva mal-imsieħba soċjali kollha li joperaw f’diversi industriji differenti.
Dawn il-miżuri kellhom u mistennija jkollhom impatt fuq it-traffiku f’diversi żoni inkluż dik indikata fid-domanda 10287.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10367, minħabba li l-informazzjoni mitluba mhijiex kompleta, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta t-tabella li tinkludi kull sena mill-2012 sal-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni addizzjonali li talbet hi qed tidher fit-tabella hawn taħt:
ID
2012
2013
2014
2015
2016
2017
Chlamydia
139
143
108
155
270
297
Gonorrhoea
29
61
53
66
74
106
Syphilis
35
39
55
41
40
62
Hepatitis B
18
15
22
19
34
25
Hepatitis C
24
14
14
11
13
18
HIV
31
36
40
59
58
45
Monkeypox
0
0
0
0
0
0
Scabies
72
145
164
165
105
146
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Defibrillators
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9871, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx defibrillatoras fil-mużewijiet u f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi s-segwenti lista hija tas-siti u mużewijiet li fihom defibrillator:
· Haġar Qim & Mnajdra Archaeological Park
· Forti Sant' Anġlu
· Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija
· Il-Katakombi ta’ San Pawl
· Forti Sant' Iermu
· Il-Palazz tal-Gran Mastru
Intant, għall-bqija tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmilha lill-Ministeru kkonċernat.