Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-hydropool li nfetħet fir-Residenza San Vinċenz de Paul f’Novembru 2021 ilhiex magħluqa sena minħabba ħsara? Jista’ jgħid ukoll x’inhi din il-ħsara u meta hemm il-ħsieb li terġa’ tinfetaħ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sezzjoni tal-idroterapija hemm żewġ pools, waħda kbira u waħda żgħira. Bħalissa l-kbira qed tintuża u ma hemm ebda ħsara fiha. Il-pool iż-żgħira ilha wieqfa minn Frar ta’ din is-sena għaliex kien hemm leak tal-ilma. Saru x-xogħlijiet kollha meħtieġa, inkluż it-tibdil tal-liner fil-balance tank, tiswija tal-leak eċċ u l-pjan huwa li terġa’ tibda tintuża fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ każijiet ta’ virginity testing f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin? Lil min saru dawn ir-rapporti? X’azzjoni ttieħdet fuq dawn ir-rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li sal-lum dan l-att ma kienx illegali, u għaldaqstant informazzjoni ta' dan it-tip ma tinżammx. Huwa l-pjan tal-Gvern li jressaq abbozz ta' liġi li jikkriminalizza l-ittestjar tal-verġinità.
Konferenza Nazzjonali dwar is-Social Work – Social workers li attendew
Question
Fid-dawl li nhar il-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2023, id-Dipartiment tal-Politika u l-Ħidma Soċjali fl-Università ta’ Malta organizza Konferenza Nazzjonali dwar is-Social Work, f’għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tad-Dipartiment u peress li numru ta’ social workers impjegati mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali kellhom jieħdu ġurnata leave biex attendew għal din il-konferenza għax il-Fondazzjoni ma kkunsidratx din il-konferenza bħala importanti biżżejjed biex tkun kunsidrata bħala ġurnata ta’ xogħol, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Fondazzjoni li ngħataw permess biex jattendu din il-konferenza bħala ġurnata ta’ xogħol u kemm kien hemm li kellhom jieħdu ġurnata leave biex jattendu għal din il-konferenza? Jekk il-Ministru jirriżultalu li l-Fondazzjoni għamlet distinzjoni bejn min seta’ jattendi l-konferenza bħala ġurnata ta’ xogħol u min kellu jieħu ġurnata leave, jista’ jgħid xi kriterji ntużaw biex saret din id-distinzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data msemmija ma saret l-ebda Konferenza Nazzjonali kif qed jingħad mill-Onor. Interpellant imma Konferenza bit-titlu ta’: Sharing the Social Work Journey: From education to practice, together. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot minn web page, fejn juri li mkien ma kien qiegħed jindika li din kienet Konferenza Nazzjonali.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda talba minn l-ebda impjegat/a sabiex jingħatalhom permess sabiex jattendu din il-konferenza b’mod li din ma titnaqqasx mill-vacation leave tiegħu/tagħha. Lanqas ma kien hemm xi talba uffiċjali minn xi entità biex min ried jattendi jingħata permess li jattendi b’dan il-mod. Kull min attenda għamel hekk fuq l-inizjattiva tiegħu/tagħha.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena infurmat li li kieku kien hemm talba f’dan is-sens, il-management kien jikkunsidraha favorevolment.
Attwalment, l-FSWS taf biss b’erba' (4) ħaddiema soċjali li infurmaw lill-management li kienu se jattendu għal din il-konferenza. Waħda infurmat lid-Direttur tagħha li ġiet mistiedna biex tieħu sehem f’wieħed mill-panels, u għal dan żgur ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni. It-tlieta l-oħra talbu li r-registration fee għall-parteċipazzjoni tagħhom titħallas mill-Continuous Professional Development Allowance (CPD) tagħhom kif huma intitolati bil-Ftehim Kollettiv. Tajjeb li jingħad li dan is-CPD Allowance ġie introdott fil-Ftehim Kollettiv propju għal avvenimenti bħal dawn u dan għax nemmnu bis-sħiħ fit-taħriġ kontinwu tal-ħaddiema soċjali u l-professjonisti l-oħra fi ħdan l-FSWS sabiex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, mill-2009 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ħarġu inviti biex nisa jagħmlu l-Breast Screening? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom aċċettaw l-istedina u għamlu t-testijiet tal-Breast Screening? X’kienet l-età ta’ dawn in-nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
YEAR
WOMEN ATTENDED
Ott – Diċ 2009
654
2010
5, 690
2011
5, 385
2012
5, 594
2013
7,169
2014
9, 072
2015
11,524
2016
9,224
2017
13,190
2018
13, 772
2019
13, 293
2020
7,287
2021
12,702
2022
11,645
2023 ( Jan – Ott)
11, 448
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa jistennew biex jirċievu invit biex jagħmlu t-testijiet tal-Breast Screening?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qegħdin jintbagħtu appuntamenti lin-nisa li twieldu fl-1972 u fl-1973. Għad fadal 2,682 persuna li twieldet fl-1972 u 4,001 li twieldet fl-1973.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13367, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se joħroġ it-tender u fejn se jimbena l-canteen għall-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender se joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13368 u jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spiżjara u/jew pharmacy technicians li għalqu s-60 sena u li għalqu l-61 sena fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minnhom li qegħdin fuq “long sick leave”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mater Dei hemm 5 Senior Pharmacy Technicians u 1 Principal Pharmacy Technician li għalqu 60 sena. Hemm 1 Senior Pharmacy Technician li qiegħed fuq long sick leave.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fi żmien li l-Isptar Karin Grech kien taħt it-tmexxija ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) u Steward inżammux l-istess standard operating procedures bħalma jsir fi sptarijiet oħra li huma immexxija mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk record keeping u statistika humiex aġġornati fis-servizzi kollha offruti fl-Isptar Karin Grech?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi żmien li l-isptar Karin Grech kien taħt it-tmexxija ta’ Vitals Global Healthcare u Steward inżammu l-istess standard operating procedures bħalma jsir fi sptarijiet oħra li huma immexxija mill-Gvern.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-canteen li ttieħdetilhom biex saret ward?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser isir xogħol sabiex ikun ippublikat tender sabiex jinbena canteen ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5820, tista’ l-Ministru tgħid min kien responsabbli għall-iskavar tas-sit tal-impjant tal-Ecohive? Tista’ tgħid ukoll kemm ħareġ materjal minn dan l-iskavar, x’sar minnu dan il-materjal u x’valur għandu dan il-materjal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 867. Infakkar li l-proġett Ecohive li qed tieħu ħsiebu l-WasteServ huwa l-ikbar investiment li qatt sar f’pajjiżna fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Bħala parti min dan il-proġett, s’issa tneħħew madwar 8,902 metru kubu ta’ materjal. Il-kejl kollu ta’ dan ix-xogħol sar b’surveys in situ u dan sabiex jkun evitat ir-riskju ta’ żbalji jew fatturi oħrajn li jistgħu jagħtu totali mhux korretti. Infakkar ukoll li l-kuntratt relattiv għadu attiv u l-ammont finali jkun ikkonfermat meta jittieħed l-aħħar survey.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk infetħitx inkjesta fuq il-kawża tal-mewt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, meta nfetħet? Jekk le, hemm ħsieb li din l-inkjesta tinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ li semmiet hi qed jiġi investigat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali għas-sena 2021 u għas-sena 2022 u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippublikati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hekk kif ir-rapporti annwali mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-snin 2021 u 2022 jiġu preżentati lili, inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min għandu aċċess għal-lista tal-mediċini out of stock? Jista’ jgħid ukoll għalfejn tneħħiet is-sistema online li kienet qed tintuża sa ftit xhur ilu?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk waslulux rapporti ta’ bullying tal-istaff fl-Isptar Karin Grech li saru lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)? Jekk iva jista’ jgħid x’sar fuq dawn ir-rapporti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm każ wieħed ta’ bullying u nħareġ warning bil-miktub.
Sptar Mater Dei — Nuqqas ta’ spiżjara speċjalizzati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fl-Isptar Mater Dei hemm nuqqas serju ta’ spiżjara speċjalizzati biex iħalltu l-kimoterapija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li fl-Isptar Mater Dei hemm jaħdmu 51 spizjar, hemm 18 il-compounder jagħtu servizz fit-taqsima li semmiet hi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spiżjara u pharmacy technicians jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u jekk dan in-numru hux biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm suppost li jkun l-istaff complement tal-ispiżjara u pharmacy technicians fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 83 Spiżjara u Pharmacy Technicians jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Farmaċija fl-Isptar Mater Dei.