Crisis Support tal-Employee Support Programme — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu użu mill-Crisis Support tal-Employee Support Programme mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-ESP joffri servizz aktar ġenerali ta' crisis intervention u sapport ġenerali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li kienu riferuti għal sapport psikoloġiku mill-Managers jew Kapijiet tad-Dipartimenti fejn jaħdmu mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li għamlu użu bla ma kienu riferuti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk ittieħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: the Ombudsman and the Commissioner for Education send report to the House of Representatives” datat 5 ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rakomandazzjonijiet fuq il-każ imsemmi ma ġewx injorati iżda ma ġewx aċċettati.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14545 u jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema amministrattiva CPAS, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023 jinsabu fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14549 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14550 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14551 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14542, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-familja tal-mejjet (next of kin) ma ġewx infurmati b'din l-investigazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-investigazzjoni hija waħda interna intenzjonata sabiex tistabbilixxi l-fatti u tidentifika jekk hux il-lok li jiġu riveduti l-proċeduri eżistenti. Ovvjament il-familjari kienu infurmati bl-incident u l-kawza tal-mewt. Ninforma lill-Onor Interpellant li l-operat tal-Bord hu wieħed indipendenti u għalhekk f’dan l-istadju l-Ministeru m’għandux tagħrif aktar x’jirrapporta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13358, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-familja ma ġietx infurmata li għaddejja inkjesta fuq il-mewt tal-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-investigazzjoni interna għadha għaddejja u l-Bord maħtur għadu qiegħed jisma’ diversi xhieda.
Infermiera u qwiebel bi dual jew concurrent appointment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera u qwiebel bi dual jew concurrent appointment mill-25 ta’ Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ntalbu jagħżlu liema appointment iridu jżommu wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel f’Settembru 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fost l-infermiera kien hemm 14-il dual appointment. Fost il-qwiebel, kien hemm 4 dual appointments.
Kollha ġew mitluba biex jagħżlu wara li ġie iffirmat il-ftehim settorali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel ta’ Settembru 2023, sarx kalkolu ħażin fiż-żieda, it-tnaqqis u d-differenza fl-allowances marbuta mal-overtime tal-istess infermiera u qwiebel, liema kalkolu żbaljat wassal biex numru konsiderevoli ta’ infermiera u qwiebel spiċċaw ħallsu taxxa ferm għola minn dik li normalment iħallsu?
Sptar Mater Dei – Persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li daħlu fl-emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei – Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi li daħlu fl-emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, ġurnata b’ġurnata, kemm daħlu persuni fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei minħabba problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat, it-total ta’ persuni li daħlu fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei minħabba problemi ta’ saħħa mentali u psikjatriċi hu ta’ 170.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Psychiatric Unit fl-Isptar Mater Dei għadux magħluq? Jekk iva, meta għalaq u għalfejn, u jekk le, meta għalaq u meta reġa’ nfetaħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789 li għamlet hi stess.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kundizzjonijiet qed tintuża l-Observation 1A fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Observation 1A fl-Isptar Mater Dei qed tintuża għall-żewġ għanijiet:-
1. Spazju ta’ ħames sodod qed jiġi użati ghall-pazjenti sabiex jigu ccekjati qabel jiġu ammessi mill-A&E
2. Spazju ta’ ħames sodod qed jiġi użat bħala
holding bay
għall-pazjenti li għandhom bżonn superviżjoni elevata, sakemm sodda
inpatient adegwata tiġi identifikata