Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Broadcasting Services — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15153, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskali/gradi tal-ħaddiema impjegati mal-Public Broadcasting Services (PBS) u kemm hemm ħaddiema f’kull skala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni hi skond kif gej: Management 29 Grade 7 13 Grade 6 30 Grade 5 15 Grade 4 13 Grade 3 14 Grade 2 3 Grade 1 1 Sales Executives 4

Public Broadcasting Services — Servizz ta’ produzzjoni ta’ programmi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Public Broadcasting Services (PBS) li huma responsabbli direttament mill-produzzjoni ta’ programmi fuq TVM u l-istazzjonijiet tar-radju minbarra l-aħbarijiet? Jekk iva, jista’ jindika liema huma dawn il-programmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-informazzjoni relattiva hi skond kif gej: TV · Glen Falzon - Insights · Liam Carter – Id-Dar Maltija · Owen Galea – Id-Dar Maltija · Ruth Amaira - Résumé · Fiorella Pace - Résumé · Maria Muscat - Kuxjenza · Gordon Bonello – Backstage.tv · Charles Dalli – Moħħok Hemm Radju · Simon Pisani – Aġenda Rock, Mu¿ika u Sport · Adrian Gatt – Ten2One · Gordon Caruana - Tifkiriet · Marc Alan Spiteri Stafrace – Eve o’ Clock · Albert Gauci Cunningham – Vi jew Va · Arthur Caruana – Drivetime · Carlo Borg Bonaci – Magic AM

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm minn dawn il-każijiet daħlu taħt l-influwenza tad-droga u liema droga; b. kemm daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol; u ċ. kemm daħlu taħt l-influwenza tad-droga u tal-alkoħol flimkien?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga , jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel; u b. kemm minnhom kienu taħt it-18-il sena, kemm kellhom bejn id-19 u t-30 sena, kemm kellhom bejn 31 u 55 sena u kemm kellhom aktar minn 56 sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Crisis Support tal-Employee Support Programme

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15155, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu użu mill-Crisis Support tal-Employee Support Programme mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li servizz ta’ ‘crisis support’ huwa terminu speċifiku li jfisser każijiet ta’ saħħa mentali urġenti eż. Attentat ta’ suwiċidju. L-Employee Support Programme (ESP) mhuwiex servizz ta’ ‘crisis support’ minħabba li mhuwiex drop-in service (24/7). L-ESP joffri ‘crisis intervention’ li, kif spjegat fuq il-website esp.gov.mt, huma sessions dedikati lil dipartimenti wara inċidenti kritiċi jew trawmatiċi ez. Sessions offruti lil uffiċjali tal-korpi dixxiplinati. L-ESP joffri wkoll servizzi ta’ sapport aktar ġenerali li huma l-ewwel kuntatt tal-impjegat mal-ESP. Hawnhekk, l-impjegat jiddiskuti mal-professjonist l-issue li għandu (kemm jekk hija personali jew relatata max-xogħol tiegħu) u jibda jingħata għajnuna kif meħtieġ.

Ħaddiema — Sapport psikoloġiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li kienu riferuti għal sapport psikoloġiku mill-Managers jew Kapijiet tad-Dipartimenti fejn jaħdmu mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li għamlu użu bla ma kienu riferuti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Sena Nru Totali ta’ Klijenti Voluntarju Formali Riferuti mill-Medical Board 2013 141 N/A N/A N/A 2014 139 N/A N/A N/A 2015 108 N/A N/A N/A 2016 163 N/A N/A N/A 2017 184 149 35 N/A 2018 239 195 44 N/A 2019 310 262 48 N/A 2020 348 306 42 N/A 2021 429 357 55 17 2022* 400 343 50 7 2023 430 385 40 5 *2022 – Totali aġġornati mir-ripsota mogħtija għal PQ Nru 4240 minħabba li data tal-aħhar tas-sena kienet għadha qed tiġi aġġornata meta il-PQ ġiet imwieġba.

Ħaddiema li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15157 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Sena Numru ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ġew riferuti 2018 204 2019 193 2020 146 2021 179 2022 136 2023 105 Ninsab nfurmat ukoll li l-Bord Mediku beda jaqa’ taħt il-People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fis-sena 2018.

Employee Sapport Programme – Taħriġ offrut lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15158 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mogħti lili fuq l-Mejda tal-Kamra.

Employee Sapport Programme — Taħriġ fis-suicide prevention

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15159 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fis-suicide prevention offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15600.

Employee Sapport Programme — Taħriġ fil-mental health awareness

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15160 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fil-mental health awareness offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15600.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika- Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15204.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15193.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550 u 14901 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Karin Grech — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551 u 14902 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15194.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lok- Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.