Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900 u 15493 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901 u 15494 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902 u 15495 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Fid dawl li fl-10 ta' Ottubru 2023, ħarġet sejħa interna għall-applikazzjonijiet għal seba' karigi fil-Public Broadcasting Services (PBS) kif ġej:
Head of News Editorial - Manager II
Head of News Resource Manager - Manager II
News Duty Manager - Manager I
Court Affairs Coordinator
Parliamentary Affairs Coordinator
Radio Station Content Coordinator
Senior Video Journalist,
jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm, għal kull waħda minn dawn il-karigi?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-proċess għadu għaddej u kif ġie diversi drabi stabbilit f’diversi risposti parlamentari preċedenti (eż. mistoqsija parlamentari 13645 tal-Leġiżlatura IX jew mistoqsija parlamentari 13642 tal-Leġiżlatura X) ma jkunx idoneu u għaqli li tingħata informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15164 u jgħid, sena b’sena, mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq minor amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ minor amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13368 u jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15183 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġejja:
Entitajiet fi ħdan l-entitajiet taħt il-Ministeru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva:
Irġiel
Nisa
Total
Full-Time
3,910
6,308
10,218
Part-Time
50
176
226
FlexiTime
59
117
176
Flexiweek
3
10
13
Reduced Hours
35
750
785
Extended Remote Working
28
202
230
Remote Working
49
210
259
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15184 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min fil-PBS ħa d-deċiżjoni li ma jixxandarx dritt għal risposta kif titlob il-liġi mitlub mill-Partit Nazzjonalista, nhar it-Tnejn 5 ta’ Frar 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS li d-dritt ta' risposta xxandar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-PBS informa lill-ħaddiema tal-PBS li biħsiebu jagħmel tibdil strutturali fil-binja ta’ TV House biex is-sena li ġejja jkunu jistgħu jiġu akkomodati udjenzi ta’ madwar 250 persuna? Jekk iva, jista’ jikkonferma li l-imsemmija binja hija skedata minħabba l-valur storiku tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS illi kull żvilupp li jsir fil-bini tal-PBS isir skond il-liġijiet vigenti u jkun munit b'permessi tal-ippjanar appożiti.
Malta Eurovision Song Contest 2024 – Għażla tal-kantanti u kanzunetti finalisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Camp li permezz tiegħu saret l-għażla tal-kantanti u l-kanzunetti finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest 2024? Min kienu l-persuni involuti fit-tmexxija ta’ dan il-Camp u kemm ġie jiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellanta ghat-tweġiba li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numruu 16361, ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Intant infurmat ukoll mill-PBS li saret sejħa pubblika għal 21 post fil-Malta Eurovision Music Camp b’aġġudikazzjoni ta’ ġurija internazzjonali u sussegwentament ammont ta’ parteċipanti applikaw b’kanzunetti mill-kamp għal Malta Eurovision Song Contest 2024.
Intant infurmat illi minn dawk li applikaw għaddew 10 kanzunetti għas-semifinali.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għal kull Diċembru bejn l-2013 u l-2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Naxxar – Xogħlijiet — distribuzzjoni tal-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fi Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq E. Bradford fin-Naxxar humiex marbuta max-xogħlijiet tal-Enemalta u d-distribuzzjoni tal-elettriku? Tista’ tgħid ukoll, liema huma t-toroq kollha li se jiġu affettwati minn xogħlijiet marbuta mad-distribuzzjoni tal-elettriku fin-Naxxar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol li qed tirreferi għalih huwa parti mix-xogħlijiet li qegħdin isiru mill-Enemalta b’rabta mal-iżvilupp taċ-ċentru tad-distribuzzjoni ġdid, li minnu se jinħarġu 9 feeders ġodda biex inkomplu nsaħħu d-distribuzzjoni tal-elettriku mhux biss fin-Naxxar imma anke fil-lokalitajiet tal-madwar. Enemalta diġà poġġiet aktar minn 18-il kilometru mit-30 kilometru ta’ cables meħtieġa biex jissuplixxu dan iċ-ċentru tad-distribuzzjoni u biex iwassal l-elettriku f’diversi substations fin-Naxxar, il-Mosta, Ħal Għargħur u żoni oħra fil-qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ Traffic Management marbut max-xogħlijiet li se jkunu qed isiru fit-toroq tan-Naxxar u l-Mosta minħabba d-distribuzzjoni tal-elettriku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi għax-xogħlijiet relatati mad-distribuzzjoni tal-Enemalta ħarġu bil-kundizzjonijiet tat-Traffic Management Standard.
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex ix-xogħol fuq Triq Leli Falzon fin-Naxxar, immexxi minn Infrastructure Malta issa ilu għaddej għal aktar minn sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Leli Falzon fin-Naxxar kienu jinvolvu kordinazzjoni bejn diversi entitajiet, inkluż il-Kunsill Lokali li provda tibdil tad-disinn taż-żona msemmija; mal-Korpororazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, u l-Enemalta. Ix-xogħol inkluda tħaffir ta’ trinka u tibdil tal-main tad-drenaġġ u t-tappieri; trinek tas-servizzi tal-ilma fuq iż-żewġ naħat fil-konnessjonijiet għad-djar u tibdil ta’ bankini fuq żewġ naħat. Fuq talba tal-Kunsilli Lokali, sar tibdil fil-wesgħat tal-bankini, xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ servizzi relatati mad-dawl taż-zebra crossings u żoni ta’ planters bil-ħamrija għat-tħawwil propost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Malta Eurovision Song Contest 2024? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' kif intefqu l-flus mill-Public Broadcasting Services, liema xogħol sar mill-ħaddiema tal-PBS u liema minn kuntratturi? Jista’ jgħid ukoll liema nefqa saret wara sejħa pubblika u liema minn direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS illi l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Nirrimarka li din hi linja ta' tweġibiet li ġiet ġustament adopterata taħt iż-żewġ gvernijiet - ara pereżempju t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18023 tal-Leġiżlatura XI.
Employee Sapport Programme – Taħriġ fl-emotional aspects of retirement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15161 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fl-Emotional Aspects of Retirement offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali u finanzjarji tal-Public Broadcasting Services (PBS) li ma ġewx ippreżentati lill-Parlament għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2021, 2022 u 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Intant infurmat mill-PBS li s-sena 2023 qiegħda tiġi awditjata.