Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistrazzjoni ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru jew is-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien kinux infurmati li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irreġistra l-kumpanija eżattament kif beda l-involviment tiegħu fil-Ministeru għas-Saħħa, jiġifieri f’Mejju 2014?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Rappurtaġġ minn kumpanija

Question

⁠Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienx jirrapporta direttament lill-Eks Ministru li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll jew lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

FMS – Dokumenti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt talab għal, jew ġabar, jew ingħata dokumenti u materjal ieħor mill-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), liema materjal ittieħed mill-istess individwu lil hinn mill-uffiċċji msemmija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u FMS – Relazzjoni ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar in-natura tar-relazzjoni bejn is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u uffiċjali oħra fil-Ministeru għas-Saħħa, fosthom is-Segretarji Permanenti, u l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) bejn Mejju 2014 u Frar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Proġett tal-Outpatients

Question

⁠Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intalabx għan-nom tal-Ministru għas-Saħħa, sabiex jitkellem jew jinnegozja ma’ kuntratturi jew negozjanti, jew ‘service providers’ Maltin u barranin, dwar il-proġett tal-Outpatients?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – Xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħol li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ⁠kien qed jagħmel għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024, u jekk dan ix-xogħol kienx jinkludi wkoll ix-xiri ta’ servizzi ta’ ‘body leasing’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

PBS — Multa

Question

Peress li l-Public Broadcasting Service (PBS) instab ħati u weħel multa mill-Awtorità tax-Xandir, jista' l-Ministru jgħid min se jħallas din il-multa, jekk hux il-PBS jew il-persuni responsabbli, jiġifieri ċ-Chairman jew l-Editur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-PBS se tkun qed timxi mal-proċedura li dejjem ġiet adoperata.

Malta Eurovision Song Contest — Udjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-festival tal-Malta Eurovision Song Contest tal-2025 hux ser isir fl-istudio tal-Public Broadcasting Service (kif sar din is-sena) jew f’post ieħor li jippermetti l-preżenza ta’ udjenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS illi f’dan l-istadju, l-PBS qed taħdem bis-sħiħ biex tħejji ruħha għal parteċipazzjoni fl-ESC fl-iSvezja f’Mejju li ġej. Intant infurmat li dettalji rigward MESC 2025 jitħabbru aktar ‘il quddiem. Kif diġà pronunzjajt ruħi pubblikament il-component ta' udjenza hi meqjusa element li għandu jkun hemm għall-edizzjonijiet futuri.

Malta Eurovision Song Contest 2024 – għotjiet għall-produzzjoni ta’ videos tal-kanzunetti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16172, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kantanti li kellhom joħorġu l-flus minn buthom biex iħallsu iktar mill-€5,000 mogħtija lilhom biex jipproduċu video ta’ kwalità? Jista’ jgħid ukoll kemm fil-fatt kienet in-nefqa ta’ kull kantant/a jew grupp?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS tat għotja ta’ €5,000 lil kull finalist kif stabbilit fir-regolamenti ppublikati ferm qabel, biex b’hekk kull finalist kellu l-opportunita li jipproduċi music video. Din hi bla dubju ta’ xejn inizzjattiva sabiħa li ħalliet il-ġid. Intant infurmat li stante li l-aspett artistiku huwa suġġettiv u kull infieq huwa relattiv, il-PBS ma tissindikax in-nefqa ta’ dak li jkunu jixtiequ jipproduċu l-artisti għall-interpretazzjoni tagħhom dment li dak li jkun qed isir ikun f’konformità mar-regolamenti.

PBS – Multa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16169, jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed iħallas il-multa ta’ €930 wara li l-PBS instab ħati ta’ żbilanċ mill-Awtorità tax-Xandir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-PBS se tkun qed timxi mal-proċedura li dejjem ġiet adoperata.

Karozzi tal-Gvern — Linji gwida fuq l-użu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kap taċ-Ċivil ippubblikax il-linji gwida fuq l-użu tal-karozzi tal-Gvern kif kien rakkomandat mill-Kummissarju għall-Istandards u jekk dawn jinkludux linji gwida lill-Ministri u Membri tal-Kabinett? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġew ippubblikati? Jekk le, meta se jiġu ppubblikati?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern jevalwa r-rakkomandazzjonijiet kollha li jsirulu mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri diġà jipprovdi l-gwida neċessarja fuq standards bħas-sens ta' servizz, id-diliġenza u l-kontabbiltà.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jimpiega advisors skont il-PSMC (Public Service Management Code).

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 15184 u 16046 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Uffiċjali Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-Ministru Transport, l-Infrasttrutura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Irġiel Nisa Total Full Time 747 124 871 Part-Time 0 0 0 Flexitime 111 58 169 Flexiweek 0 2 2 Reduced Hours 0 9 9 Extended Remote Working 22 50 72 Remote Working 26 18 44 Entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ministru Transport, l-Infrasttrutura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Irġiel Nisa Total Full Time 772 254 1026 Part-Time 9 0 9 Flexitime 91 39 130 Flexiweek 68 36 104 Reduced Hours 1 7 8 Extended Remote Working 1 2 3 Remote Working 18 64 82

Dijabete — Major amputations

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15165 u jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq major amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ major amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15168 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Ministeru li jinkludi DCS, IMU, PDPI, Office of the PS, PDPI, Parliamentary Secretary, Minister’s Secretariat, Restoration and Culture Directorate Restoration Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 149 56 205 Part-Time 0 3 3 Flexitime 17 16 33 Flexiweek 6 1 7 Reduced Hours 0 1 1 Extended Remote Working 8 10 18 Remote Working 15 25 40 Entitajiet fi ħdan l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 537 344 881 Part-Time 11 11 22 Flexitime 194 134 328 Flexiweek 0 0 0 Reduced Hours 6 22 28 Extended Remote Working 7 11 18 Remote Working 121 130 251 Department of Local Government Irġiel Nisa Total Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 28 35 63 Part-Time 2 2 4 Flexitime 0 6 6 Flexiweek 0 2 2 Reduced Hours 0 1 1 Extended Remote Working 3 7 10 Remote Working 1 0 1

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15964 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm minn dawn il-każijiet daħlu taħt l-influwenza tad-droga u liema droga; b. kemm daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol; u ċ. kemm daħlu taħt l-influwenza tad-droga u tal-alkoħol flimkien?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tad-droga, tal-alkoħol u tad-droga u tal-alkoħol flimkien, mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023, huwa kif ġej: a. 67 attendenza taħt l-influwenza tad-droga b. 183 attendenza taħt l-influwenza tal-alkoħol c. 28 attendenza taħt l-influwenza tad-droga u tal-alkoħol flimkien

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15965 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga , jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel; u b. kemm minnhom kienu taħt it-18-il sena, kemm kellhom bejn id-19 u t-30 sena, kemm kellhom bejn 31 u 55 sena u kemm kellhom aktar minn 56 sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn 1 – 31 ta’ Diċembru 2023, fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei daħlu 217 raġel u 61 mara taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga. L-etajiet ta’ dawn il-persuni kienu kif ġej: Età Numru ta’ attendenzi < 18 12 19-30 65 31-55 145 >56 46 Unspecified 10

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15966 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għal kull Diċembru bejn l-2013 u l-2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga għal kull Diċembru bejn l-2018 u l-2022 tinsab hawn taħt: Sena Numru ta’ Attendenzi 2022 223 2021 149 2020 99 2019 160 2018 189

Malta Eurovision Song Contest 2024 – għotjiet għall-produzzjoni ta’ videos tal-kanzunetti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull kantant finalist tal-Malta Eurovision Song Contest ingħata €5,000 biex jipproduċi video tal-kanzunetta? Jista’ jgħid jekk hux possibbli li jsir video ta’ kwalità b’€5,000?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li r-risposta hija fl-affermattiv. Intant, infurmat ukoll li dawn il-music videos illum huma pubbliċi.