Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717 u 18153 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293, 17646, 17794 u 18169 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293, 17646 u 17794 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Proġett tal-Outpatients

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17792, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Outpatients li suppost kien qed jaħdem fuqu s-sid tal-kumpanija msemmija? Jista’ jgħid ukoll jekk l-individwu kienx impjegat direttament fuq livell personali jew jekk kienx qed jagħti servizz f’isem il-kumpanija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16352.

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4110.

Kuntratt ta’ xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17647, dwar il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid meta; i. skada l-kunratt; ii. meta beda l-kuntratt; u iii. kemm-il darba ġġedded?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17714 ma ssemmiet ebda inizjattiva preventiva fis-settur tad-droga, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir min-naħa ta’ prevenzjoni sabiex inqas persuni jispiċċaw jirrikorru għas-servizzi ta’ Emergenza fl-Isptar Mater Dei?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Sptar Karin Grech — Hospital Activity Report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902, 15495, 16645, 17299 u 17715 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901, 15494, 16644, 17300 u 17716 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301 u 17717 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

FMS – Dokumenti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17289 u 17578 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt talab għal, jew ġabar, jew ingħata dokumenti u materjal ieħor mill-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), liema materjal ittieħed mill-istess individwu lil hinn mill-uffiċċji msemmija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux infurmat li s-sid tal-kumpanija li qegħda ssir referenza għalih ġabar u/jew ingħata dokumenti u materjal ieħor.

Ministeru għas-Saħħa u FMS – Relazzjoni ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17290 u 17579 u jagħti dettalji dwar in-natura tar-relazzjoni bejn is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u uffiċjali oħra fil-Ministeru għas-Saħħa, fosthom is-Segretarji Permanenti, u l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) bejn Mejju 2014 u Frar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li is-sid tal-kumpanija li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant, kien konsulent għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u l-2019. Bejn l-2020 u l-2023 kien ingaġġat mal-FMS bħala Project Manager.

Proġett tal-Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17291 u 17580 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intalabx għan-nom tal-Ministru għas-Saħħa, sabiex jitkellem jew jinnegozja ma’ kuntratturi jew negozjanti, jew ‘service providers’ Maltin u barranin, dwar il-proġett tal-Outpatients?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-sid tal-kumpanija li għalih qed tagħmel referenza l-Onor. Interpellant kien il-Project Manager tal-proġett tal-Outpatients għan-nom tal-FMS.

Ministeru għas-Saħħa – Xogħol minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17292 u 17581 u jagħti dettalji dwar ix-xogħol li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ⁠kien qed jagħmel għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024, u jekk dan ix-xogħol kienx jinkludi wkoll ix-xiri ta’ servizzi ta’ ‘body leasing’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kuntratti ta’ xogħol tas-sid tal-kumpanija li qed tagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant ma kienx jinkludi ‘body leasing’.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293 u 17646 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kuntratt ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17294 u jgħid jekk il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u/jew mas-sid tagħha li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll, għadux għaddej? Jekk iva, jista’ jgħid sa meta huwa validu? Jekk le, meta ntemm u jekk intemmx għax skada jew għal xi raġuni oħra, u x’inhi dik ir-raġuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-kumpanija u/jew is-sid tagħha li qegħda tagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, mgħadux għaddej għax il-kuntratt definit skada.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17441, u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17286, li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 16926, 16927 u 16928, jista’ l-Ministru jgħid, x’qed isir biex tiġi indirizzata ż-żieda allarmanti tan-numru ta’ persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif kien minn dejjem, is-servizzi tad-DETOX fl-isptar San Luqa, u l-In-Patient Detox (Dar l-Impenn) u is-Servizz ta’ Rijabilitazzjoni (Kommunità Santa Marija); l-aħħar żewġ servizzi jingħataw mill-kumpless tal-Isptar Santa Marija f’Ħal-Farruġ; u li lkoll kemm huma jiffurmaw parti mill-kullana ta’ servizzi offruti mill-Aġenzija Sedqa f’ ħdan l-FSWS, huma ghal kollox servizzi li persuna taċċessa volontarjament. Minn dejjem kienu hekk. Bħalma huma volontarji wkoll s-servizzi offruti mill-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam, il-Caritas u Oasi. Ħadd ma jista’ iġiegħel lil ħadd sabiex jirrikorri għall-għajnuna offruti minn dawn is-servizzi u ma hemm l-ebda liġi li tobbliga lil persuni biex ifittxu għajnuna minn dawn is-servizzi. Nafu li l-kollegi tagħna li jaħdmu fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei jagħtu l-parir lil dawn il-pazjenti biex ifittxu l-għajnuna. Hemm ħaddiema soċjali ukoll li jaħdmu fl-isptar, li lir-rwol tagħhom hu li jfehmu lill-pazjenti dwar is-servizzi kollha li jeżistu u jgħinuhom jagħmlu l-ewwel kuntatt mas-servizzi li jeżistu. Min-naħa tal-Aġenzija Sedqa, kull min għandu bżonn l-għajnuna jista’ jiġi ġewwa 2, Braille Street, St Venera, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta' wara nofsinhar, mingħajr appuntament, u jiltaqa’ ma’ tim multi-dixxipplinarju ta’ professjonisti li jgħinuh ifassal pjan ta’ azzjoni biex isolvi l-problema tiegħu.

Sptar Karin Grech — Hospital Activity Report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902, 15495, 16645 u 17299 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901, 15494, 16644 u 17300 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.