Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li l-Outpatients jiġi trasferit għall-Isptar San Luqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb il l-Outpatients jiġi trasferit għall-campus tal-Isptar San Luqa wara li jsir r-refurbishing neċessarju biex il-post ikun tal-ogħla livell u isir pjan komprensiv loġistiku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet biex tinbena ward ġdida fl-Isptar Mount Carmel? Jista’ jgħid ukoll x’se jsir mill-pazjenti li qed jiġu kkurati f’dan l-ispazju u fejn se jiġu trasferiti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemmx applikazzjonijiet biex jinbnew wards ġodda li qatt qabel ma kien hemm fl-Isptar Mount Carmel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18148 u 18461 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17647, dwar il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid:
i. meta skada l-kunratt;
ii. meta beda l-kuntratt; u
iii. kemm-il darba ġġedded?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qatt ma’ kellu kuntratt mal-kumpanija msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717, 18153 u 18463 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293, 17646, 17794, 18169 u 18576 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament kienu approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa.
Il-Mosta — Skola taż-Żokrija u Skola Lily of the Valley - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu skola skola, fl-iskejjel taż-Żokrija u Lily of the Valley, li huma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina, it-tnejn fil-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmijja qed jattendu 1,111 -il student.
Fid-dawl li wieħed mill-pilastri tar-riforma fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li l-Gvern nieda f'Ġunju tal-2023, jgħid: “Tisħiħ tal-kapital uman: L-istrateġija ser tassigura li l-uffiċjali fi ħdan id-Direttorat ikunu mħarrġa, u mogħtija r-riżorsi kollha meħtieġa biex jaqdu l-obbligi preżenti, kif ukoll dawk addizzjonali fil-futur”, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali mit-tnedija tar-riforma sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm telqu jew tneħħew ħaddiema mill-imsemmi Direttorat, u dawk li daħlu jaħdmu fid-Direttorat xi kwalifiki kellhom u/jew x’taħriġ ingħatalhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol relatat mas-sigurtà tal-ikel hux se jitneħħa minn taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u se jaqa’ taħt ir-reponsabbilità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk numru ta’ Spetturi tas-Saħħa hux se jkunu mitluba jmorru jaħdmu mal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali minħabba li hemm il-pjan li titwaqqaf awtorità tal-ikel u li dawn l-ispetturi jkunu jiffurmaw parti minnha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid hux lest? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jkun lest sa meta jiftaħ l-imsemmi ċentru f’Mejju 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, jinsab fl-aħħar stadju fejn qed isiru xi testijiet tas-sistemi sabiex jinħarġu ċ-ċertifikazzjonijiiet neċessarji qabel ma jibda’ jopera.
Jista’ l-Minstru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana li jittrasferixxi d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar San Luqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda pjan biex d-Dipartiment tal-Emerġenza jiġi ttrasferit fl-Isptar San Luqa. Anzi rrid nefasizza li t-tmexxija tal-Isptar Mater Dei qed jaħdmu flimkien mal-FMS biex jiffinalizzaw pjanijiet sabiex tiġi estiża l-footprint tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei sabiex jiġu rdoppjati n-numru ta’ cubicles fejn idewwu l-pazjenti.
B’referenza għall-permess numru PA/00317/24, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-Iskola Primarja tan-Naxxar u kemm huwa ppjanat li jdum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmijja mistennija jibdew matul l-2025, filwaqt li l-iskola mistennija tiftaħ il-bibien tagħha matul l-2027.
B’referenza għall-permess numru PA/00317/24, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jmorru skola t-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tan-Naxxar sakemm jitlesta x-xogħol fuq il-bini tal-imsemmija skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-arranġamenti kollha sabiex l-istudenti u l-istaff kollu tal-iskola msemmija jiġu rilokati fin-Naxxar stess.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18148 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17647, dwar il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid meta;
i. skada l-kunratt;
ii. meta beda l-kuntratt; u
iii. kemm-il darba ġġedded?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18149 u ċjoè: Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17714 ma ssemmiet ebda inizjattiva preventiva fis-settur tad-droga, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir min-naħa ta’ prevenzjoni sabiex inqas persuni jispiċċaw jirrikorru għas-servizzi ta’ Emergenza fl-Isptar Mater Dei?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, fir-rigward tal-prevenzjoni l-Onor. Interpellanta tista’ tmur tara d-diversi Rapporti Annwali tal-FSWS li jinsabu kollha disponibbli online fuq is-sit elettroniku tal-FSWS.
Sabiex niffaċilitalha, iżda, se ngħid fil-qosor hawnhekk x’qed tagħmel l-Aġenzija Sedqa fir-rigward tal-prevenzjoni.
It-tim tal-Prevenzjoni tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS, baqa’ għaddej bil-programmi preventivi tiegħu fl-iskejjel kollha ta’ Malta; mal-klassijiet tal-primarja tat-tielet u l-ħames sena u f’dawk l-iskejjel medji mal-klassijiet tat-tmien sena. Barra minn hekk t-tim tal-Prevenzjoni jagħmel interventi oħra fl-iskejjel post-sekondarji grazzi għal programm ‘BASH!’ (Beyond Addiction and Substance Highs!) li jinvolvi tlett esibizzjonijiet bit-titlu ta’:
1. Think before you drink
2. Stay Chill, Use Coping Skills
3. Know your Facts, for Real!
Dawn l-esibizzjonijiet jinvolvu attivitajiet interattivi, u jagħtu ċans liż-żgħażagħ jiddiskutu u jistaqsu mistoqsijiet relatati kemm fuq l-isfidi tal-ħajja u kemm fuq sustanzi u vizzji oħra.
F’din is-sena skolastika (2023-2024), it-tim tal Prevenzjoni laħaq l-iskejjel: San Alwiġi, Giovanni Curmi Higher Secondary, De La Salle, GEM16+, MCAST Paola Upper & Lower, MCAST Mosta, MCAST Agribusiness, Institute for Tourism Studies, Junior College, Verdala International School u l-Università ta’ Malta. Barra minn hekk, hemm ukoll ftehim mal-MCAST sabiex professjonisti mill-Addictions Community Team, jkunu preżenti kull ġimgħa fuq bażi ta’ roster, sabiex studenti li jkunu qed jabbużaw minn sustanzi, isibu l-għajnuna neċessarja.
Meta studenti juru li diġàjkunu jużaw sustanzi, il-professjonisti jagħtu informazzjoni mill-aspett ta’ ‘Harm Reduction’, iktar milli prevenzjoni, sabiex la wieħed diġà qed juża, jaraw li juża b’mod li se jagħmel l-inqas ħsara. Dan iwassal ukoll biex wieħed ma jwassalx biex juża s-servizzi tal-emerġenza ta’ Mater Dei.
Programm ieħor fejn il-professjonisti jiltaqgħu mal-adulti, huwa l-programm S.A.F.E. (Skills for Addictions Free Employees) fejn jiġu offruti diversi sessjonijiet kemm lill-impjegati u lill-management ta’ entitajiet kemm pubbliċi u privati. L-għan ta’ dan il-programm huwa li titqajjem kuxjenza fuq il-vizzji, jiġu mrawwma ħiliet li jsaħħu l-karattru, u jiġi edukat il-management biex jiġi mrawwem ambjent san, fejn wieħed iħossu komdu jistaqsi għall-għajnuna. B’hekk tiġi mnaqqsa l-istigma marbuta mal-vizzji. Ngħinu wkoll lil dawn il-postijiet tax-xogħol biex ifasslu w jimplimentaw politika (policy) biex tħares is-saħħa u sigurtà fil-qasam tal-użu u l-abbuż tas-sustanzi fuq il-post tax-xogħol.
Barra minn hekk, it-tim tal-Prevenzjoni jilħaq iktar nies billi jinvolvi ruħu fil-komunità billi jipparteċipa f’attivitajiet organiżżati minn diversi entitajiet bħal; Christmas in the City l-Belt Valletta, Ġenna ta’ Ġonna l-Floriana u Wanderlust Festival ġeww Ta’ Qali. F’dawn l-attivitajiet; familji, żgħażagħ, tfal u anzjani, jistgħu jagħmlu attivitajiet interattivi b’temi differenti. L-għan huwa li dejjem ikun hemm preżenza bħala Fondazzjoni u Aġenzija biex il-pubbliku jirrikorri għal aktar informazzjoni u għall-għajnuna neċessarja.