Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28687, 29101 u 29208 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29380.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28691 u 29105 u tgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29174.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28692 u 29106 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellanta biex tireferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29206.

Ftehim — Kulleġġ Maria Regina u San Nikola - Early Arrival and Dismissal Supervision

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29130 u jgħid jekk il-parti tal-ftehim li sar bejn l-MUT u l-Ministeru tiegħu hux jiġi attwat f’dak li għandu x’jaqsam mal-Early Arrival and Dismissal Supervision u jekk dan huwiex jiġi rrispettat fl-iskejjel primarji tal-Kulleġġ Maria Reġina u San Nikola? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ membri tal-istaff li huma assenjati għal dan l-iskop f’kull skola primarja tal-Kulleġġ Maria Regina u San Nikola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull skola msemmija tiġi assenjata Edukaturi li jistgħu jwettqu is-superviżjoni msemmija f’ratio skont hekk kif hemm miktub fil-ftehim. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kulleġġ Maria Reġina Early Supervision Dismissal Supervision Skola Primarja Għargħur 4 4 Skola Primarja Mellieħa 11 11 Skola Primarja Mosta A * 10 10 Skola Primarja Mosta B 7 7 Skola Primarja Naxxar 10 11 Skola Primarja Qawra 20 20 Skola Primarja San Pawl l-Baħar 13 13 Kulleġġ San Nikola Early Supervision Dismissal Supervision Skola Primarja Attard 11 11 Skola Primarja Baħrija 2 2 Skola Primarja Dingli 5 5 Skola Primarja Mġarr 8 8 Skola Primarja Mtarfa 2 2 Skola Primarja Rabat 8 8 * Tinkludi wkoll Mosta Annex L-edukaturi kollha mill-iskola rispettiva jistgħu japplikaw għas-servizzi msemmija. Meta n-numru jaqbeż l-ammonti msemmija fit-tabella t’hawn fuq, jsir roster ekwu ma’ dawk li jkunu applikaw.

Il-Magħtab — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, tista’ l-Ministru tikkonferma li skont in-numri indikati fl-istess tweġiba, it-total ta’ fly ash u bottom ash li se jipproduċu ż-żewġ inċineraturi fil-Magħtab se jkun ta’ 27,000 tunnellata fis-sena? Tista’ tikkonferma wkoll li dan ifisser volum ta’ 27,000 metri kubi (m₃) ta’ fly ash u bottom ash fis-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fly ash u bottom ash huma kompletatment distinti u ma jistgħux jingħaqdu flimkien. Il-bottom ash huwa l-irmied li jifdal mill-ħarqa u dan il-materjal se jiġi ttrattat u jkun jista’ jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni. Alternattivament dan il materjal, jekk ma jkunx hemm bejgħ għalih, jista’ jintuża f’waħda mill-miżbliet ta' WasteServ biex jitatta u jiġi amalgamat mal-iskart. Il-fly ash huwa t-trab li jinġabar mis-sistema li tiffiltra id-daħna. Ninsab infurmata li l-Onor. Interpellanta diġà ġiet mgħarrfa waqt il-laqgħa pubblika li, minn żmien għal żmien, il-WSM toħroġ tenders biex dan it-tip ta’ materjal jiġi esportat. Ir-responsabbiltà tal-fly ash u l-ispejjeż relatati miegħu fir-rigward tal-impjant WtE hija tal-kuntrattur u koperta mill-baġit tal-kuntratt. Nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-informazzjoni provduta fl-istess mistoqsija parlamentari 28966.

Inċineraturi — Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, fejn intqal li “Kwalunkwe fly ash li jiġi prodott ikun meħtieġ li jiġi esportat”, tista’ l-Ministru tgħid lejn liema pajjiżi se jiġi esportat, kemm-il darba fis-sena se jiġi esportat, kemm hu l-ammont kull darba li se jiġi esportat, fejn se jinħażen sa kemm jiġi esportat u kemm hi l-ispiża biex jiġi esportat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294.

Wasteserv — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28966, fejn intqal li “fir-rigward tal-bottom ash, ikun jeħtieġ li jsiru t-testijiet meħtieġa biex, skont il-karatteristiċi tiegħu, jiġi determinat jekk jiġix esportat, jekk jintremiex lokalment jew jekk għandux il-potenzjal li jintuża mill-ġdid.”, tista’ l-Ministru tgħid fejn se jinħażen dan il-bottom ash sa kemm jiġi determinat kif se jintuża skont il-karatteristiċi tiegħu? Jekk dan ukoll se jiġi esportat, lejn liema pajjiżi se jiġi esportat u kemm hi l-ispiża? Jekk se jintrema lokalment, fejn se jintrema u jekk se jintuża għal xiex jista’ jintuża? Ġaladarba hemm din in-nuqqas ta’ ċarezza u ċertezza fuq dan il-materjal tossiku, tista’ tgħid ukoll kif il-Gvern qed jagħmel il-kalkoli tiegħu fuq in-nefqa u jekk l-ispejjeż biex il-Wasteserv tiddisponi mill-fly ash u l-bottom ash taż-żewġ inċineraturi kinetx parti min-nefqa ta’ 600 miljun ewro jew jekk hux se tiżdied ma’ din in-nefqa? Tista’ l-Ministru tindika wkoll jekk din l-informazzjoni ġietx ippubblikata u f’liema dokumenti ppubblikati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294.

Ministeru għall-Finanzi – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28680 u 28987 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28682 u 29015 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28684 u 29017 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €54,150. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-Dipartimenti li ħadu sehem, il-lista ta’ servizzi li ġew offruti fuq l-istand, kif ukoll in-numru ta’ testijiet li saru waqt l-Expo Village. Din is-sena, l-Expo Village tas-Servizz Pubbliku żaruh 76,264 persuna.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28686 u 29019 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28687 u 29101 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28689 u 29103 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 29146.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28693 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29018.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28669 u 28950 u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28672 u 28953 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-istand tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €47,375. F’din l-istand kien hemm diversi servizzi u attivitajiet għaddejjin, fosthom bil-parteċipazzjoni tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, id-Dipartiment u numru ta’ sezzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, id-Diviżjoni u d-Direttorati tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali, il-Positive Parenting, il-MARAM, Ġemma u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28673 u 28954 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ħa sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju 2025, permezz tad-diversi entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. Dawn kollha kienu preżenti fuq l-istand tal-Ministeru li ġie jiswa €58,345.00. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna u kien suċċess minn kull lat.

Sound Stage

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28967 u jgħid min iddiżinja s-Sound Stage li għamel referenza għalih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Mejju 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan id-disinn u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28679 u 28986 u tgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-dipartimenti u l-entitatjiet li pparteċipaw fl-attivitajiet li offriet l-istand tal-Ministeru għall-Ambjent l-Enerġija u l-Indafa Pubblika kienu jinkludu Ambjent Malta, Project Green, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Wasteserv, id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Enemalta, il-kumpanija International Energy Services Centre, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enerġija u l-kumpanija ARMS. Matul il-jiem tal-Expo, dawn l-entitajiet għamlu dimostrazzjonijiet live, offrew attivitajiet edukattivi mogħtija minn esperti fl-oqsma rispettivi, provdew servizz ta’ customer relations, bħal fil-każ tal-kumpanija ARMS, u ppromovew ħidmiet oħrajn relatati mas-separazzjoni tal-iskart, il-konservazzjoni tal-ilma, l-enerġija rinovabbli u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja. Attrazzjonijiet oħrajn kienu jinkludu green wall, pop-up park, serra ċkejkna u l-Water Buggy tal-WSC. Tnediet ukoll websajt ġdida għall-ġonna botaniċi. Din l-istand, li kienet waħda interattiva, ġiet iddisinjata biex tattira udjenza diversa, b’enfasi partikolari fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa. Fiha kien hemm firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u preżentazzjonijiet, kollha intiżi jippromwovu s-servizzi li qed toffri, u l-inizjattivi li qed tieħu, l-Amministrazzjoni Pubblika b’risq is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-għarfien ambjentali. Fost oħrajn, fl-istand tal-Ministeru kien hemm esperjenzi ta’ realtà virtwali bħal dawk ta’ Saving Our Blue u l-isfida EcoWarriors VR, wirjiet interattivi, roti li jiġġeneraw l-enerġija, mudelli 3D ta’ proġetti, u varjetà ta’ logħob u dimostrazzjonijiet oħra. Fuq kollox l-istand iffaċilitat il-kuntatt dirett mal-pubbliku u żiedet l-għarfien fuq l-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru. L-istand tal-Ministeru ġiet tiswa €97,158. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28688 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28952.