Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". Fl-istand tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika kien hemm servizz ta’ informazzjoni dwar ħiliet li jipprovdu l-entitajiet taħt dan il-Ministeru. Dawn l-entitajiet ipparteċipaw fuq l-istand tal-Ministeru, liema stand ġiet tiswa €60,245: 1. l-Awtorita Maltija għat-Turizmu – din l-entita’ għamlet promozzjoni tal-ħidma tagħha permezz ta’ Augmented Reality Headsets. 2. L-Istitut tal-Istudji Turistiċi – Saru numru konsiderevoli ta’ korsijiet ta’ tisjir ta’ ħelu tipiku Malti fejn il-pubbliku seta’ jipparteċipa. Ingħatat promozzjoni lil korisijiet li toffri din l-entita’ inkluż scuba diving. 3. L-Aġenzija għar- Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi – wirja ta’ xogħlijiet li jsiru minn din l-entita’ bl-użu ta’ props. 4. Il-Kummissjoni Maltija tal-Films – inħoloq Green Screen fejn il-viżitaturi setgħu jieħdu ritratti diġitali ma’ karattri relatati mal-films fost l-oħrajn. 5. Id-Diviżjoni tat-Tindif – display ta’ makkinarju li din id-diviżjoni tuża fix-xogħol tagħha, fosthom il-cleaning robots. Saret ukoll wirja ta’ proġett li jinkludi l-użu ta’ drones biex permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali jiġi identifikat skart mormi f’żoni remoti. 6. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi – użu ta’ applikazzjonijiet ta’ Augmented Reality li jintużaw minn din l-entita’ biex tattira iktar turisti fil-bini storiku tagħha. Din l-Expo serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tagħha fil-Public Service Expo 2024? Tista’ tgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tagħha kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir fl-Expo 2024 ġiet tiswa €62,490 u kopriet il-parteċipazzjoni ta’ bosta entitajiet fosthom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Ambjent Malta, il-kumpanija ARMS, Enemalta, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Project Green, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u Wasteserv. F’din l-istand kien hemm esebizzjonijiet u attivitajiet interattivi dwar id-diversi oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru u kif dawn l-oqsma jolqtu l-ħajja ta’ kuljum tal-poplu tagħna. Permezz tal-istand tal-Ministeru tqajmet ukoll kuxjenza dwar il-ħarsien ambjentali u l-ħtieġa li kulħadd ikun parteċipi sabiex nilqgħu għall-isfidi ambjentali li qed tħabbat wiċċha magħhom id-dinja tagħna. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema ‘Ħiliet’. L-istess attività serviet ta’ tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b’aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għall-Finanzi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Finanzi fl-Expo 2024 ġiet tiswa €56,544. F'din l-istand kien hemm informazzjoni dwar il-qasam finanzjarju f’pajjizna u l-ħidma tad-Dwana li tissorvelja l-fruntiera tal-pajjiz, u kopriet il-parteċipazzjoni tal-Malta Financial Services Authority u tal-Malta Tax and Customs Authority. L-Expo tas-Servizz Pubbliku zaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u nnovazzjoni fl-Expo 2024 ġiet tiswa €54,380. F'din l-istand kien hemm 2 racing simulators fejn ġiet organizzata kompetizzjoni bejn il-parteċipanti, attivitajiet fuq barra organizzati minn SportMalta, awards organizzati minn National Literacy Agency fuq Digital Story Telling Adventure (year 4 to 6) u Story Telling through Arts and Imagination, awards tal-Minecraft organizzata mid-DDLTS, intwera x-xogħol tal-idejn mgħamul mid-dipartiment tal-loġistika, saru educational talks minngħand id-dipartiment tal-Lifelong Learning rigward korsijiet li jiġu offruti matul is-sena u kif ukoll interazzjoni kontinwa bejn id-dipartiment tad-DDLTS u l-viżitaturi. L-istand kopriet il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet; National Skills Council, SportMalta, l-Universita ta’ Malta, l-MCAST, Esplora, u kif ukoll id-Diprtiment tal-Loġistika, Lifelong Learning u Directorate for Digital Literacy and Transversal skills. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istand tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali għall-Public Service Expo 2024, ġiet tiswa’ €30,925 (eskluż il-VAT). Fuq l-istand, il-pubbliku kellu l-opportunità jingħata iktar informazzjoni fuq is-servizzi offruti u x’inhuma l-irwoli, ħiliet u karrieri li jeżistu fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Ingħatat informazzjoni fuq ix-xogħol li jsir mill-Awtorità tal-Artijiet, l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet, u l-Uffiċċju Konġunt. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, iż-żewġ stands tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal fl-Expo 2024 ġiet tiswa €50,633.40. Il-Ministeru kellu stand fid-dħul prinċipal tal-EXPO fuq barra, minn fejn inbiegħu l-kotba dwar Palazzo Ferreria (liema dħul mar bħala donazzjoni lil Malta Community Chest Fund), kif ukoll l-istand prinċipali taħt it-tinda tal-MFCC, bi spazju adekwat minn fejn numru ta’ Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru setgħu jesponu s-servizzi u l-iskemi tagħhom għall-pubbliku. Parteċipi fuq l-istand tal-Ministeru kien hemm, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, id-Dipartiment tar-Riċerka u Policy, il-pjattaforma Ġemma, u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Fuq l-istand prinċipali, kull min attenda seta’ jħaddem interactive screens li fuqhom intwerer statistika dwar benefiċċji u pensjonijiet, permezz ta’ viżwal tal-mappa ta’ Malta, kif ukoll b’vizwal ta’ graphs interattivi. Fuq l-istand intwerew ukoll numru ta’ videos dwar id-diversi miżuri u skemi li l-Ministeru joffri. Minbarra informazzjoni dwar benefiċċji u pensjonijiet, l-istand Familja kellha esebit ukoll l-application online Empowering Children’s Participation App, fejn it-tfal setaw jissottomettu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar kwalunkwe suġġett ta’ interess għalihom. Permezz tar-rappreżentazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal seta’ jagħti informazzjoni lil pubbliku dwar diversi suġġetti, speċjalment dawk dwar is-servizz ta’ prevenzjoni offrut minn Sedqa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Ministeru kien ukoll rrapreżentat minn uffiċċjali li jaħdmu fuq Trobbija Pożittiva għal għarfien dwar kif wieħed jista’ irabbi, kif ukoll minn rapreżentanti minn Ġemma għal għarfien dwar kif wieħed jista’ iġemma għal futur u jonfoq bil-għaqal. Matul l-ġranet tal-EXPO, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal organizza ukoll numru ta’ laqgħat informattivi dwar servizzi u benefiċċji soċjali, sessjonijiet ta’ interess minn professjonisti dwar trobbija pożittiva, logħob interattiv mal-pubbliku, kif ukoll sessjoni mat-tfal fejn inġabar feedback mit-tfal infushom fuq is-suġġett tal-familja; liema feedback ser ikun qiegħed jintuża mill-Ministeru għall-introduzzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Familja; liema strateġija kienet ippublikata għal konsultazzjoni pubblika fl-istess ġranet li kienet qed tittella’ l-EXPO 2024. Tajjeb li wieħed jirrimarka li L-Expo tas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet"; liema attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità, u fuq kollox il-familji setgħu jattendu bit-tfal tagħhom sabiex juruhom x’qiegħed joffri s-servizz pubbliku għalihom u għal familji tagħhom.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

“L-istand tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali fl-Expo 2024 ġiet tiswa €44,840. F'din l-istand kien hemm attivitajiet relatati mal-Agrikoltura u s-Sajd, fejn dawk kollha li żaru dan l-istand setgħu jesperjenzaw il-ħiliet relatati kemm max-xogħol li jsir mil-ħaddiema tal-Ministeru, iżda wkoll ix-xogħol tal-bdiewa, sajjieda u raħħala Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk, il-viżitaturi setgħu wkoll iduqu ikel, frott u ħxejjex ippreparati friski waqt l-attività. L-istand kopriet il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet Aquatic Resources Malta, Malta Food Agency; kif ukoll l-Agriculture Rural Payments Agency u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-MAFA. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità”.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Akkommodazzjoni Soċjali u Affordabli fl-Expo 2024 ġiet tiswa €45,760. F’din l-istand kien hemm sensory room magħmula sabiex tkun addattata għal tfal li jbatu mill-awtiżmu, liema kamra hemm skema apposta għal tali struttura. Kien hemm ukoll spazju addattat sabiex il-pubbliku setgħu jistaqsu u jistħarrġu rigward l-iskemi li kienu qed jiġu offruti attwalment mill-Awtorità tad-Djar. L-ispejjeż kienu jinvolvu l-ippjanar, il-qafas tal-post inkluż l-art u tagħmir kollu meħtieġ, id-dawl, l-iscreens li wrew l-informazzjoni estensiva dwar l-iskemi, xi għamara, u bosta tagħmir ieħor tekniku. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll tal-Awtorità tad-Djar. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Ekonomija flimkien ma’ stand oħra marbuta ma’ Immersive Reality Experience ammontaw għall-spiża totali ta’ €70,926. Fuq l-istand, il-pubbliku kellu l-opportunità jingħata iktar informazzjoni fuq is-servizzi offruti u x’inhuma l-irwoli, ħiliet u karrieri li jeżistu fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. L-Expo tas-Servizz Pubbliku zaruha 55,000 persuna u kellha t-tema “Ħiliet”. L-istess attività serviet ta’ tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f’dawn l-aħħar snin b’aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tagħha fil-Public Service Expo 2024? Tista’ tgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tagħha kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

L-istand tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat fl-Expo 2024 ġiet tiswa €44,320. F'din l-istand kien hemm spazju dedikat sabiex l-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru setgħu jesponu s-servizzi u l-iskemi tagħhom għall-pubbliku, dan anke permezz ta’ materjal informattiv li jinsab ukoll aċċessibbli online. Din kopriet il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), l-Aġenzija Sapport, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Volontarjat (OCVO), il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), kif ukoll spazju dedikat lill-Guardianship Board. Din is-sena ġew mistednin ukoll fuq l-istand il-FITA (li ma tagħmilx parti minn dan il-Ministeru) iżda toffri diversi servizzi lil min hu nieqes mid-dawl. B’hekk il-viżitaturi kellhom l-opportunità jaraw l-istampar tal-Braille u wkoll jesperjenzaw it-3D Printing ta’ prodotti li jgħin lill-persuni b’diżabilità fil-vista. L-istand tal-Ministeru, filwaqt li kienet waħda aċċessibbli minn kull aspett ħadet laqta wkoll edukattiva. Preparajna logħba addattata għas-servizzi offruti mill-Entitajiet imsemmija aktar 'il fuq. Din il-logħba kienet stampata b’mod kbir u mifruxa fuq l-istand sabiex l-istess viżitaturi, inkluż bosta tfal mill-iskejjel, setgħu jarawha u jieħdu sehem fil-logħba. Barra minn hekk kopja ridotta setgħet tittieħed id-dar minn dawk kollha li żaru l-istand tal-Ministeru. Għall-ewwel darba l-Ministeru għamel demo hands-on ta’ dak li tesperjenza persuna f’siġġu tar-roti, inkluż l-ostakli li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom waqt li miexi fuq bankina. Din id-demo serviet biex tqajjem aktar kuxjenza f’dan ir-rigward fost dawk li żaru l-istand. Matul l-Expo ntwerew ukoll diversi filmati promozzjonali li spjegaw ukoll xi proċessi ta’ applikazzjonijiet varji fl-Entitajiet rispettivi. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fl-Expo 2024 ġiet tiswa €56,058. F'din l-istand kien hemm il-parteċipazzjoni tal-pubbliku li żar l-Expo fejn apparti li l-pubbliku ra b’għajnejh ix-xogħol li jsir minn bosta Direttorati fi ħdan il-Ministeru, fost affarijiet oħra seta’ jipparteċipa f’attivitajiet imtellgħin mis-sezzjoni tal-Manifattura, tas-sezzjoni Rurali, mid-Diretttorat tal-Wirt Kulturali li waqt l-Expo beda l-preparamenti għall-Karnival 2025 u ngħatat esperjenza virtwali permezz ta’ karozza tal-linja antika li kienet tintuża ġewwa Għawdex.Waqt l-Expo kien hemm ukoll sezzjoni li turi l-pjattaforma Events in Gozo li biha l-attivitajiet li jsiru madwar Għawdex issa jinsabu miġburin f’post ċentrali. Iċ-ċifra li ġiet tiswa l-stand fl-Expo 2024 tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar tkopri wkoll il-parteċipazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, u Gozo Channel Operations Limited. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Public Service Expo 2024 — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800 rigward in-nefqa tal-Public Service Expo 2024 li saret bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024, jista’ l-Prim Ministru jgħid: i. kemm kienu direct orders; ii. kemm kienu permezz ta’ tender u/jew sejħa pubblika; iii. x’inhu inkluż taħt ‘ospitalità’; iv. x’inhu inkluż taħt ‘servizzi tal-uffiċċju’; u v. kif kienet maqsuma n-nefqa ta’ €95,071.93 f’reklamar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi taħt ospitalità kien hemm inkluż kull tip ta’ coffee breaks u ikel għal min attenda għall-konferenzi, madwar 1000 impjegat pubbliku, u għal organizzaturi fosthom madwar 150 uffiċjal li qdew funzjoni ta’ ushering u uffiċjali li kienu fuq stands. Taħt servizzi tal-uffiċċju hemm inklużi wristbands li nagħtaw lil kull min attenda u rreġistra biex jintagħaraf minħabba saħħa u sigurtà kif ukoll servizzi anċillari bħal loġistika, stationery u IT. Min-naħa ta’ reklamar dawn huma varji u tqassmu bejn il-media houses u influencers.

Public Service Expo 2024

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19801 u jgħid jekk kienx hemm sejħiet pubbliċi għas-servizzi li ntużaw biex ittellgħet il-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll liema servizzi saru permezz ta’ direct orders, kemm kien il-valur ta’ dawn id-direct orders u għalfejn ma saritx sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800, ninsab infurmat li fejn jidħol il-qasam artistiku s-suppliers jintgħażlu fuq kriterji artistiċi, fejn jidħlu medja u influencers jintgħażlu skont l-udjenzi filwaqt illi bħala sit u catering dawn huma marbuta mal-uniku post li jiflaħ il-massa ta’ nies li żżur l-EXPO. Fejn ikun hemm xogħol ieħor varju li mhux artistiku, jintalbu kwotazzjonijiet.

Public Service — Rebranding - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19803 u jgħid kemm kienet in-nefqa biex sar ir-rebranding tal-Public Service u l-website www.publicservice.com.mt?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li din il-website ma teżistix. Kull domain tal-Gvern tkun .gov.mt u mhux .com.mt

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ fl-Expo 2024 ġiet tiswa €45,000. F'din l-istand kien hemm diversi attivitajiet illi taw l-opportunità lill-poplu Malti u Għawdxi jifhem aktar il-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi, fosthom: Esperjenza virtwali tas-swali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, kif ukoll tal-Parlament Ewropew; ingħataw diversi pariri għal vjaġġar sigur; vertical screens b’tagħrif dwar l-UNSC, l-OSCE, u l-20 sena ta' Malta fl-Unjoni Ewropea; videos mimlija informazzjoni utli; logħba diġitali għall-istudenti tas-Sekondarja b’mistoqsijiet misluta minn tagħrif ġenerali u l-ħajja diplomatika; informazzjoni sabiex wieħed ikun jista’ japplika għal diversi pożizzjonijiet mal-Ministeru; kif ukoll, kien hemm kuljum, esperti minn oqsma differenti fosthom anke l-entità Trade Malta, li tkellmu mal-pubbliku u wieġbu l-mistoqsijiet fuq temi topiċi u kurrenti fost oħrajn is-servizzi ta' TradeMalta u l-ħidma tal-Unit iddedikat għad-Diplomazija Kummerċjali, il-Klima, in-Newtralità, u aktar. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarju Parlamentari għax-Xogħljiet Pubbliċi - Events

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm saru events organizzati mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717, 18153, 18463, 18739 u 19357 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Peress illi r-rapport mitlub, jew partijiet minnu, jista’ jinċidi fuq materja sub judice m’huwiex indikat fl-interess pubbliku li r-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u b’hekk jiġi pubblikat, f’dan l-istadju.

In-Naxxar — Skola Primarja - Skola Sajf

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18658 u 19360 u jikkonferma li mis-sajf li ġej mhux se jkun hemm SkolaSajf fl-Iskola Primarja tan-Naxxar minħabba li din se titwaqqa’?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li saru l-arranġamenti neċessarji, u SkolaSajf saret fil-middle school tan-Naxxar.