Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Eurovision Song Contest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kantanti/gruppi li għaddewlhom il-kanzunetti għall-Malta Eurovision Song Contest, wara li ħadu sehem fil-Music Exchange Camp 2023 organizzat mill-PBS, kellhomx iħallsu bejn €2,000 u €10,000 lill-kompożituri biex ikunu jistgħu jipparteċipaw bil-kanzunetta fl-istess Malta Eurovision Song Contest?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Malta Eurovision Song Contest Music Exchange Camp huwa maħsub biex jagħti opportunità għal networking tal-artisti u l-producers biex jgħin fil-ħolqien ta’ kanzunetti ġodda. Ir-regoli jistabbilixxu id-dritt tal-għażla tal-kantanti għall-użu tal-kanzunetti li jinħolqu fil-Camp. Il-PBS ma tirregolax l-għażliet ħielsa tal-kantanti lil hinn mill-Music Exchange Camp.

Video — Direct Order

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19805, li fiha l-Prim Ministru qal li l-kumpaniji ntgħażlu “fuq meriti artistiċi”, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-kumpaniji kummerċjali ntgħażlu b’direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li kif diġa weġibt, il-kumpaniji li ħadmuh intagħzlu fuq merti artistiċi skont il-Public Procurement Regualations.

Avviż Legali Nru 105 tal-2024 — Tibdil fil-prezzijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19352, jista’ l-Ministru jiċċara jekk kienx hemm tibdil fil-prezzijiet kif ħarġu fl-Avviż Legali Nru 105 tal-2024 li rrefera għalih fl-istess tweġiba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm tibdil minn l-Avviż Legali Nru 105 tal-2024 li ġie ppublikat f’April 2024.

Direttorat tas-Saħħa Ambjentali — Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19355 u 19356, jista’ l-Ministru jiċċara jekk hemmx ħsieb li l-ħaddiema tas-Sanità u d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jibdew ikunu taħt ir-reponsabbilità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19355.

Sptar Mater Dei — Hospital Activity Report - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717, 18153, 18463, 18739 u 19357 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19905.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratt ta’ xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19358, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti preċedenti tal-Ministeru tas-Saħħa kienx approva l-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-mistoqsija tirrigwardja l-eżitu ta’ persuna li għandha att ġudizjarju pendent fil-qrati tagħna, il-prudenza timponi fuqi li ma nagħmel l-ebda kumment.

Bordijiet Publiċi — Chairpersons appuntati mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ nisa u rġiel appuntati bħala Chairpersons mill-Gvern fuq Bordijiet Pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħala Chairpersons appunatati mill-Gvern fuq l-Bordijiet Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 31% Nisa u 69% Rġiel.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19984.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19993.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19990.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant, biex jirefferi għall-mistoqsija parlamentari 19996.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarju Parlamentari għax-Xogħljiet Pubbliċi - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19997.

Reklamar għal Festivals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet l-aġenzija tar-reklamar (advertising agency) li bbukjat ir-reklami għall-Kirkop Music Festival tat-22 ta’ Ġunju 2024 u għall-Għaxaq Music Festival tal-24 ta’ Lulju 2024? Jista’ jgħid ukoll min ħallas għal dawn ir-reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Festivals Malta ma użat l-ebda aġenzija tar-reklamar għall-Kirkop Music Fest u Għaxaq Music Fest għaliex dawn huma festivals privati u mhux organiżżati mill-entità.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni fl-Expo 2024 ġiet tiswa €43,880. F'din l-istand kien hemm esperjenza virtwali li tintuża bħala taħriġ mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, apparat li jintuża mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern li jiskenja dokumenti bħala parti mil-proċess ta’ diġitalizzazzjoni li qed isir bħalissa, programm ta’ intelliġenza artifiċjali li ġie programmat apposta għal Qrati Maltin biex tkun tista' ssir it-traskrizzjoni waqt is-seduti, kif ukoll bosta rappreżentati mid-diversi entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Fl-istand tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva fl-Expo 2024 kien hemm numru ta’ dimostrazzjonijiet mill-professjonisti fi ħdan il-Ministeru. Saru numru ta’ testijiet bħal pressjoni tad-demm, teħid ta’ temperatura, livell taz-zokkor u kontroll tal-polz u l-moniteraġġ tal-HGT. Intweriet ukoll is-sistema ta’ Virtual Reality bl-isem ‘The Oculus Quest 2’. Intwerew numru ta’ filmati fejn saret promozzjoni tal-professjonijiet varji li permezz tagħhom jingħataw is-servizzi offruti fi ħdan il-Ministeru. Saru taħdidiet għall-pubbliku dwar is-saħħa pubblika, in-nutrizzjoni, tagħrif dwar id-donazzjoni tal-organi u oħrajn. Ingħata wkoll tagħrif dwar l-awtorità tal-protezzjoni tal-embrijuni. Fil-parkeġġ għall-Public Service EXPO, intwera kif topera u liema faċilitajiet toffri l-ambulanza. Kien hemm il-mobile blood donation unit għal min xtaq jagħti d-demm. Intwera wkoll kif l-anjzani jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tas-Silver T. Dawn is-servizzi koprew il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet u dipartimenti ta’: Riżorsi Umani, Kura Primarja, Saħħa Mentali, Fiżjoterapija, Saħħa Ambjentali, Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, Ċentru Nazzjonali dwar Kimiċi Tossiċi, Inġinerija fl-Isptar Mater Dei, Emerġenza, Standards fil-Kura tas-Saħħa, Azjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Residenza San Vinċenz, kif ukoll l- Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani u dik tal-Protezzzjoni tal-Embrijuni. Preżenti wkoll is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. L-ispiża totali tal-istand tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva fl-Expo 2024 ġiet tiswa €43,365. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istand tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, fl-Expo 2024, ġiet tiswa €52k. F’din l-istand il-Ministeru offra lill-pubbliku attivitajiet varji, inkluż logħob diġitali u interattiv fejn kulħadd seta’ jesperjenza x-xogħol li jsir mill-uffiċċjali pubbliċi. L-Expo kopriet il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-entitajiet: Transport Malta, Infrastructure Malta, Malta Air Traffic Services Ltd. u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema”Ħiliet”. L-istess attività serviet ta’ tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f’dawn l-aħħar snin, b’aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19800.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali tellajna stand waħda amalgamata waqt il-Public Expo 2024, għalhekk nixtieqek tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19981.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-istand tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol fl-Expo 2024 ġiet tiswa €51,180. F'din l-istand kien hemm attivitajiet varji, fosthom it-tiġdid tal-karti tal-identità, informazzjoni mill-entitajiet Victim Support Agency u l-JobsPlus, il-provvista ta’ informazzjoni relatata mal-LESA bil-possibilità li tapplika biex ikollok aċċess għall-portal tal-istess Aġenzija. Il-forzi dixxiplinati li kienu preżenti huma l-Aġenzija Għas-Servizzi Korrettivi (CSA), il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), kif ukoll il-Pulizija. Dawn id-dipartimenti/entita’ taw dimostrazzjonijiet bi strumenti varji tipikament dawk relatati mal-forensika u l-ballistika u mas-salvataġġ tal-ħajja kif ukoll dimostrazzjonijiet mill-klieb tas-sezzjoni tal-K9, tas-CPD u mit-tim mediku tal-armata. Infurmat li L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività mhux biss serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità, iżda tat ukoll opportunità lil dawk preżenti jagħmlu użu minn numru ta’ servizz b’kumdità.