Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtha għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, tista’ tagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif l-Onor. Interpellanta hi konxja, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rendikont ta' nefqa f'attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal per eżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pere¿empju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (BORG, IAN)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (FALZON, MICHAEL)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Agrikolutra, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (REFALO, ANTON)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (GALDES, RODERICK)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Benefiċċji soċjali — Sistema tat-tapering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn dawk li bbenefikaw mis-sistema tat-tapering tal-benefiċċji soċjali baqgħu fl-impjieg tagħhom: i. sitt xhur u ii. sena, wara li t-tapering tal-benefiċċji tagħhom kien spiċċa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Type 1 Diabetes – Continuous Glucose Monitor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, li għandhom id-dijabete tip 1? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jagħmlu użu mill-Continuous Glucose Monitor (CGM)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li madwar 1800 persuna għandhom id-dijabete tip 1 f’Malta u Għawdex. 906 minnhom qed jagħmlu użu mill-Continuous Glucose Monitor li qiegħed jingħata b’xejn mill-Gvern.

Type 2 Diabetes – Insulina u Continuous Glucose Monitor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, s’issa, kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, li għandhom id-dijabete tip 2? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq l-insulina u kemm minn dawn qed jagħmlu użu mill-Continuous Glucose Monitor?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’Malta u Għawdex hawn madwar 44,606 persuna li għandhom id-dijabete tip 2. L-informazzjoni dwar kemm minnhom huma fuq l-insulina għada qed tinġabar. Il-pjan sa issa hu li l-Continuous Glucose Monitor jingħata lil kull min hu Type 1, nisa li huma insulin-dependent gestational diabetes u dawk li jinħtieġu l-insulina post-pancreatectomies.

Persuni bid-dijabete – Insulin Pump

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bid-dijabete f’Malta u Għawdex li qed jagħmlu użu minn insulin pump?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-pompa tal-insulina mihiex fuq il-Lista tal-Formularju tal-Gvern, u għaldaqstant m’għandniex statistika ta kemm hawn persuni li jagħmlu użu minnha.

Public Broadcasting Services – sejħa għall-ħatriet

Question

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa tat-18 ta’ Settembru 2024 (PR241462), jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa interna u/jew sejħa pubblika għall-ħatriet fil-Public Broadcasting Services, kif imħabbra fl-istqarrija? Jekk kien hemm sejħa, kemm kien hemm applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li rigwardanti l-ħatriet fil-Public Broadcasting Services li tħabbru fl-istqarrija għal-istampa PR 241462 intuża l-istess metodu ta' ħatra li ilu jintuża kemm taħt Amministrazzjonijiet Laburista u kif ukoll taħt Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti matul is-snin.

Bordijiet Publiċi — Nisa u rġiel appuntati membri mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ nisa u rġiel appuntati membri mill-Gvern fuq Bordijiet Publiċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħala membri appuntati mill-Gvern fuq l-Bordijiet Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 35% Nisa u 65 % Rġiel.

L.S. 452.125

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn nisa u rġiel li bbenefikaw mill-provvedimenti differenti li introduċiet il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.125, Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, minn mindu daħlet fis-seħħ f’Awwissu tal-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Reklamar fuq TVM

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet l-aġenzija tar-reklamar għal dawn ir-reklami li xxandru fuq TVM u min ħallas għalihom: i. Riklam - Kirkop Music Festival li ttella’ fit-22 ta’ Ġunju 2024; ii. Riklam - Għaxaq Music Festival li ttella’ fl-24 ta’ Lulju 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.

PBS — Music Exchange Camp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kantanti, awturi u kompożituri li ma ħadux sehem fil-Music Exchange Camp li ntemm fit-23 ta’ Ġunju 2024 u li kien organizzat mill-PBS, hux se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-Malta Eurovision Song Contest u fil-Malta Junior European Song Contest li jmiss?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infirmat li l-eliġibilità għal parteċipazzjoni fil-Malta Eurovision Song Contest u fil-Malta Junior Eurovision Song Contest hija determinata mir-regoli rispettivi ppublikati mas-sejħa għall-parteċipazzjoni tal-istess song contests. Il-parteċipazzjoni fil-Music Exchange Camp mhix fattur determinanti għall-eliġibilità.

PBS — Music Exchange Camp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-parteċipanti (individwalment) li ħadu sehem fil-Music Exchange Camp 2024 organizzat mill-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-PBS ma talbet l-ebda ħlas lill-ebda parteċipant fil-Music Exchange Camp imtella’ minnha, kif stabbilit anki fir-regoli tal-istess Music Exchange Camp ippublikati mas-sejħa għall-parteċipazzjoni.