Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum (anke għall-perjodu ta' meta ma kienx Ministru jew Segretarju Parlamentari għas-Saħħa)? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015, 2016 kif ukoll bejn Jannar u Mejju 2017? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li nstab li kienu pożittivi għall-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2016 sa l-aħħar ta’ Mejju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa fl-2017 kien hemm każ wieħed ta’ AH1N1 irrappurtat f’Mater Dei.
Pazjenti li ġew riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa għall-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid, minn Jannar 2015 sal-aħħar ta’ Mejju 2017 (xahar b’xahar), kemm kien hemm pazjenti li ġew riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta' pazjenti li ġew riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa għall-isptar Mater Dei
2015
17,415
2016
18,041
2017 (Jannar sa Mejju)
8094
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts li jinkludi l-infiq u d-dħul fid-dettal għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema accounts qed tirreferi.
Negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, VGH u l-MAM
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, l-VGH u l-MAM għadhomx għaddejjin? Jekk iva, dan ifisser li l-MAM għadhom m’humiex fi qbil mal-Gvern fuq l-operat tal-VGH fit-tmexxija tal-Isptarijiet t’Għawdex, Karin Grech u l-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kif kien anki ġie rrappurtat b’mod estensiv fil-midja kien ġie ffirmat qbil bejn l-Gvern u l-MAM dwar PPP’s fil-qasam tas-Saħħa nkluż fuq l-operat tal-VGH.
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - kwalifiki ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jaħdem bħala Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha għandu esperjenza ta’ diversi snin f’dan is-settur.
Sptar Mater Dei — Ambulance Services - kwalifiki ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jaħdem bħala assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid ukoll meta se jiskadi l-kuntratt tal-individwu u jekk hemmx ħsieb li dan jerġa’ jiġġedded?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha għandu esperjenza ta’ diversi snin f’dan is-settur. Ninfurmaha wkoll illi l-istess persuna ġiet ingaġġata f’Awissu tal-2016.
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - Operations Manager - paga u perkaċċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi marbuta mal-post ta’ Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-paga bażika marbuta mal-post ta’ Operations Manager tal-Ambulance Service fl-isptar Mater Dei hija ta €32,412.16 fis-sena. L-istess impjegat għandu perkaġġ ta’ performance bonus ta’ 5% fis-sena, użu ta’ telefonati u kif ukoll użu ta’ karozza b’limitu ta’ 150 litru ta’ fuel fix-xahar.
Sptar Mater Dei — Ambulance Services - Assistant Operations Manager - pagi u perkaċċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi marbuta mal-post ta’ Assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-paga bażika marbuta mal-post ta’ Assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-isptar Mater Dei hija ta €24,197 fis-sena u kif ukoll perkaġġ ta’ car cash allowance li jammonta għal €4,658.81 fis-sena.
Sptar Mater Dei -Dipartiment tal-Emerġenza — Emergency Ambulance Responders - overtime
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kien hemm jew għad hemm, il-prassi li Emergency Ambulance Responders jiddaħħlu overtime biex kollegi oħra jieħdu l-leave? Jista' jgħid bejn Marzu 2013 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kienet in-nefqa fuq overtime tal-EARs?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn fl-ewwel sitt xhur tal-2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Mir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ta' Marzu 2017 dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna, jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-fatt l-obeżità f’pajjiżna minflok naqset biex tilħaq il-miri tal-WHO għas-sena 2020 (jiġifieri 18%) fil-fatt telgħet minn 25.3% (2015) għall-34% (2016)?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istħarriġ tal-2015 (European Health Interview Survey) huwa wieħed self reported, fejn l-istatistika dwar ir-rata tal-obezita’ f'Malta tinħadem abbażi ta' mistoqsija li għaliha l-parteċipanti jagħtu stima tal-piż u tat-tul tagħhom, mingħajr ma jitkejjel u jintiżen kull parteċipant. Dak tal-2016 (Saħħtek) kejjel il- piż u t-tul ta’ kull parteċipant fost testijiet mediċi oħra. Dan tal-aħħar jitqies bħala examination survey u huwa aktar akkurat. Fil-popolazzjonijiet kollha, stimi tar-rata tal-obezita’ minn stħarriġ self-reported ikun kemmxejn aktar baxxi minn dawk li jużaw examination surveys.
Madankollu, meta nagħmlu miri għall-futur, minħabba li stħarriġ self-reported huwa aktar sostenibbli u hu wkoll fil fatt obbligu legali Ewropew għall-Istati membri kollha, dawn il-miri jiġu bbażati fuq dan it-tip ta' stħarriġ. Sfortunatament studji tat-tip examination jinvolvu aktar riżorsi u ma jsirux fuq bażi regolari. L-aħħar wieħed li sar f'Malta qabel Saħħtek kien sar fl-1984.
Għaldaqstant l-istima tal-2016 ma tistax titqies bħala differenti minn dik tal-2015 għax hija ta natura kompletament differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-ewwel ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm transfers ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minn dawn it-transfers kienu mitluba mill-impjegati stess u kemm minnhom kienu sfurzati kontra r-rieda tal-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa direttament mal-Gvern jew ma’ kuntratturi li jaħdmu direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli direttament mal-isptar jew mal-kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar imsemmi?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, n-numru t’impjegati fl-isptar Monte Karmeli mal-gvern baqa’ l-istess, waqt illi n-numru t’impjegati f’Monte Karmeli mal-kuntratturi żdied bi 3 impjegati.
Sptar Monte Carmeli — ingaġġ ta' ħaddiema - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien ix-xogħol ta’ dawk li ġew impjegati fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom bdew jaħdmu:
a. fil-
maintenance
;
b. fil-kċina;
c. bħala clerks; u
d. bħala carers?
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - kuntratt ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei ġie mġedded għal sena ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017, wara li l-istess kuntratt li oriġinarjament kien ta’ tliet snin, skada?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-persuna msemmija minnha kien ġie mgedded qabel, u mhux kif qed tgħid hi, wara, li kien skada l-kuntratt oriġinali.
B’referenza għall-ħsara fl-inkubatur li seħħet fis-27 ta’ Jannar 2017, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta independenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Antonio Magri? Jista' jgħid, minħabba tali ħsara fil-fatt kemm kien hemm embrijuni li ma baqgħux “vijabbli” jiġifieri mietu?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta msemmija għadha għaddejja.
Sptar Mater Dei — Servizz tal-IVF bi ħlas - diskussjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li waqt il-kampanja elettorali ta’ Mejju - Ġunju 2017, saru diskussjonijiet biex jibda servizz tal-IVF bi ħlas fl-Isptar Mater Dei? Fiex waslu dawn it-taħdidiet? Is-servizz beda jew għadu se jibda? Min mexxa dawn it-taħdidiet u min se jkun qed imexxi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt mas-service provider għas-servizz tal-IVF ġewwa Mater Dei kien ġie ffirmat fit-12 ta’ Mejju tal-2014. Ma kien hemm l-ebda taħdidiet sabiex tinbidel xi klawsola f'dan il-kuntratt f'Mejju jew Ġunju ta' din is-sena.