Legislature:
Category:
Reset
Active:

LGBTIQ Consultative Council — membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-LGBTIQ Consultative Council u liema organizzazzjonijiet jirrapreżentaw?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-LGBTIQ Consultative Council huma: Chairperson: Is- Sa Gabi Calleja (MGRM) Membri: Is-Sur Silvan Agius (MEAE) Is-Sur Mark Grech (MGRM) Is-Sa Sandra Scicluna (FOI PN) Is-Sur Alex Mangion (FOI PN) Is-Sa Claire Lucille Azzopari Lane (AD LGBTIQ) Mx Colette Farrugia Benett (AD LGBTIQ) Mx Reb Xiberras (LGBTI + Gozo) Is-Sur Eman Borg (LGBTI + Gozo) Mx Ruth Baldacchino (Independent member) Is-Sur Kenrick Bondin (GWU) Dr Neil Falzon (Aditus) Is-Sa Cynthia Chircop (We Are) Is-Sur Julian Chircop (We Are) Mx Pyt Farrugia (Gender Liberation) Is-Sur George Douglas Saliba (Gender Liberation) Is-Sa Joseanne Peregin (Drachma Parents) Is-Sur Russell Sammut (ARC) Dr Norman Shaw (LGBTIQ Labour) Is-Sa Naomi Cachia (LGBTIQ Labour) Is-Sur Christopher Vella (Drachma) Is-Sur Christian Vella (Drachma)

Uniformijiet tat-tfal tal-iskola tal-Gvern — konsultazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-konsultazzjoni fuq l-uniformijiet tat-tfal tal-iskola tal-Gvern u jekk/meta hux se tibda tintuża l-uniformi sportiva minflok dik formali bil-blazer?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li konsultazzjoni bdiet fuq livell tal-Education Leaders Council, li huwa magħmul mill-Prinċipali tal-Kulleġġi, Diretturi Ġenerali u Diretturi. Ser tkun qed issir konsultazzjoni mal-ġenituri u mal-istudenti wkoll biex id-deċiżjoni li tittieħed tkun waħda rappreżentattiva.

Kummissarju tas-Saħħa Mentali – rapport annwali 2016

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport imsemmi minnha diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Riċerka fuq is-saħħa — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ pajjiżna fuq ir-riċerka fis-saħħa, sena b’sena minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika in-nefqa fuq ir-riċerka fis-saħħa għas-snin imsemmija, mid-Direttorat ghall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. Sena Nefqa (€) 2013 398,762.81 2014 496,147.04 2015 506,564.07 2016 693,044.63

Ħlas ta’ konvenju fuq qabar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li ħallsu l-konvenju għall-qabar għas-somma ta’ €5,000 u li issa se jħallsu €8,000 għal kull qabar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni kollha li ffirmaw il-konvenju bbażat fuq il-prezz ikkwotat mhux ser iħallsu aktar mill-prezz hekk kif jidher fil-konvenju.

Hepatitis C – pazjenti — kura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti bil-Hepatitis C li qed jieħdu l-kura f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tas-Saħħa ser ikun qed jippubblika l-istrateġija Nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-Epatite C.

Riċerka fuq is-Saħħa — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa ta’ pajjiżna fuq ir-riċerka fis-saħħa sena b’sena, minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Traffikar ta’ persuni

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa nhar il-Ħamis 14 ta' Diċembru 2017 (PR172887) fuq traffikar ta' persuni, jista’ l-Ministru jgħid: a. minn liema pajjiżi kienu ġejjin il-vittmi; b. kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel; c. jekk kien hemm, kemm kien in-numru ta' minuri u ta' liema età u sess; u d. x'kien ix-xogħol li għalih ġew traffikati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għadejjin. Mhuwiex ħin opportun li l-informazzjnoni mitluba tingħata f’ dan l-istadju

Skema Support to Voluntary Organisations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm NGOs mid-distretti elettorali li fuqhom il-Ministru tikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li bbenefikaw minn fondi taħt l-iskema ‘Support to Voluntary Organisations’ 2016? Tista’ tindika liema huma dawn l-organizzazzjonijiet u x'inhu l-ammont ta' flus li rċeviet kull organizzazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Skola Medika ta’ Barts — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li applikaw biex jistudjaw fl-iSkola Medika ta' Barts? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla m’hiex f’pożizzjoni li tagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti f'kull istituzzjoni privata, inkluż din msemmija, għaliex din hija informazzjoni ta' entitajiet privati, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.

American University of Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li applikaw biex jistudjaw fl-American University of Malta? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla m’hiex f’pożizzjoni li tagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti f'kull istituzzjoni privata, inkluż din msemmija, għaliex din hija informazzjoni ta' entitajiet privati, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.

Syphilis – każijiet ta’ persuni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li mardu bis-Syphilis f’Malta fis-sena 2014, 2015 u 2016 (sena b’sena)? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu ta’ ċittadinanza oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta' persuni Maltin li mardu bis- Syphilis Numru ta' persuni b'nazzjonalita' barranija li mardu bis- Syphilis Total 2014 41 14 55 2015 27 14 41 2016 24 16 40

Statistika ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32318 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f’liema lokalitajiet jgħixu t-13,558 persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hemm fil-komunità u x’forma ta’ problemi mentali għandhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija jgħixu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dawn il-persuni għandhom diversi kundizzjonijiet psikjatriċi, iżda l-aktar żewġ każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.

Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — spejjeż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u kif dawn il-flus intefqu f’kull Ċentru fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendew fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum fl-2016 kienet ta’ €848,201.00. Ninfurmaha ukoll illi fl-2012 in-nefqa kienet ta’ €411,035.82.

Tnidija — Skema ta’ tobba tal-famlija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se titnieda l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess bdiet bi proġett pilota f’Novembru tal-2016. Bħalissa dan il-proġett qed jiġi assessjat.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – nefqa totali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità u kif dawn il-flus intefqu fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2016 kienet € 7,755,133.

Programm ta’ Ħbiberija – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-13,558 persuna li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali, kemm hemm li qed jgħixu fil-komunità u qed jirċievu s-servizz importanti tal-Programm ta’ Ħbiberija? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex jirċievu dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm ta’ Ħbiberija qiegħed ikun ta’ benefiċċju għal numru ta’ persuni li jbatu bi problemi ta’ saħħa mentali. Bħalissa għaddej il-proċess fejn qed jiġu abbinati aktar persuni ma’ voluntiera ġodda. Dawn il-voluntiera kollha jingħataw it-taħriġ meħtieġ minn professjonisti f’dan il-qasam.

Birkirkara – xogħol fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ Birkirkara matul is-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.

Ħal Balzan – xogħol fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jsir xogħol fuqhom mill-Gvern fil-lokalità ta’ Ħal Balzan matul is-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ nterventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.