Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4939 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru tat-Turiżmu mill-elezzjoni sal-lum hija din: 31 membru fejn 7 minnhom huma nisa – 23%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura minn dan il-Ministeru, mill-elezzjoni sal-lum hija din: 139 membru fejn 48 minnhom huma nisa: 34% Infakkar li wħud mill-membri fil-Bordijiet huma regolati mil-Liġi u allura qegħdin fit-tmexxija ta’ diversi Dipartimenti fi ħdan id-dekasteru (ex-officio). Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull Bord, qed insegwu l-wegħda tal-Manifest Elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali mill-elezzjoni sal-lum hija din: 103 membru fejn 37 minnhom huma nisa: 36%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fis-Segretarjat Parlamentari ghall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 mill-elezzjoni sal-lum hija din: 57 membru fejn 16 minnhom huma nisa: 28% Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet mill-elezzjoni sal-lum hija din: 43 membru fejn 16 minnhom huma nisa: 37% Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima mill-elezzjoni sal-lum hija din: 185 membru fejn 61 minnhom huma nisa: 33%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Eduakzzjoni u Xogħol — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-elezzjoni sal-lum hija din: 311 membru fejn 109 minnhom huma nisa: 35%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 4933.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella. 62 Membru 15- il mara Ta’ min jgħid ukoll li meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li n-numru totali ta’ membri fil-bordijiet fil-perjodu kkonċernat huwa ta’ 365 membru li minnhom 100 membru huma nisa. Dan jammonta għal 27.4% tal-percentaġġ globali. Barra minnhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 4 membri oħra li huma gender neutral. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4936.
Leg 13 PQ #4938 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru għall-Finanzi mill-elezzjoni sal-lum hija din: 35 membru fejn 15-il membru huma Ex-Officio jew nnominati minn Terzi. Mill-20 membru li jiġu appuntati mill-Ministru, 7 minnhom huma nisa: 35%

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25568 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll għall-perjodu meta hu ma kienx Ministru jew Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll il-valur ta’ kull item u min awtorizza x-xiri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull kuntratt, kummissjoni u direct order tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations skont il-proċedura/kuntratt li jingħataw.

Servizzi ta' Saħħa għall-barranin — ġbir ta' flus

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4852.
Leg 13 PQ #4929 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-elezzjoni sal-lum hija din: 78 Membru fejn 29 minnhom huma nisa :37%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Leg 13 PQ #4930 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4929.
Leg 13 PQ #4931 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4929.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar mill-elezzjoni sal-lum hija din: 90 membru fejn 33 minnhom huma nisa: 36.6%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għas-Saħħa — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.