Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5244 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4871 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5243.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — safar

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4872 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tagħha fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31689 fit-XII il-leġiżlatura għall-perjodu 2014-2016. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar safar relatat mal-Ministru għas-snin 2013, 2017 u 2018.

Pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn – somma li għandu jiġbor il-Gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4852, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-bilanċ tas-somma totali li għandha tinġabar għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b'xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bilanċ tas-somma totali li għandha tinġabar mill-gvern għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b'xejn sal-ahhar tal-2017 jammonta għal €836,309.41.
Leg 13 PQ #5062 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4861 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.
Leg 13 PQ #5063 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4858 u jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #5064 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4862 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5062. Minbarra hekk ninformah ukoll li s-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ma kienx jezisti qabel Ġunju 2017.
Leg 13 PQ #5065 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - spejjeż ta' media events

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4863 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5062. Minbarra hekk ninformah ukoll li s-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni ma kienx jezisti qabel Ġunju 2017.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — spejjeż ta' media events

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4868 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura, mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, mill-elezzjoni sal-lum hija din ; Total ta’ 254 membru fejn 109 minnhom huma nisa. Dan ifisser illi 43% tal-membri huma nisa. Dan hu aktar minn konformi mal-wegħda tal-manifest elettorali biex nżommu mal-kwota ta’ 40% illi jkunu nisa.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4951.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4951.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) min kienu l-persuni li siefru; (b) minn min kienu akkumpanjati; u (c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni tirrigwardja safar min meta twaqqaf il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn Ġunju 2017.

Ministeru għas-Saħħa — spejjeż fuq safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) min kienu l-persuni li siefru; (b) minn min kienu akkumpanjati; u (c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Nisa f'Pożizzjoni ta' Teħid ta' Deċiżjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4853 u tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jaħdmu fis-settur pubbliku bħalissa? Kemm kien hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet qabel l-10 ta’ Marzu 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fir-rigward tal-gradi jew skali mitluba għall-mistoqsija konċernata.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamenteri għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4944.

Deputat Prim Ministru u Ministru u għas-Saħħa — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa mill-elezzjoni sal-lum hija din: 189 membru fejn 89 minnhom huma nisa: 47%. Dan hu b’konformità mal-wegħda elettorali li mill-inqas 40% tal-membri tal-bordijiet ikunu nisa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli t-tagħrif mitlub qiegħed fit-tabella hawn taht. Membri tal-Bord Total Nisa National Authority for the Chemical Weapons Convention 4 0 Cultural Diplomacy Fund Selection Board 3 1 Sanctions Monitoring Board* 11 4 Official Development Assistance Selection Board 3 2 *Hemm ukoll Osservatrici (Total 1, Nisa 1) Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali mill-elezzjoni sal-lum hija din: 11 membru fejn 4 minnhom huma nisa: 36.4%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4948 tal-istess Seduta.
Leg 13 PQ #4950 Sitting 107 2018-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni sal-lum hija din: 83 membru fejn 31 minnhom huma nisa: 37%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.