Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta' Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rappurtati lill-Pulizija, sena b'sena bejn is-sena 2010 u s-sena 2018? Jista' jindika ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq: a. in-nisa; b. l-irġiel; c. it-tfal; u d. l-anzjani? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika? Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn is-sena 2010 u s-sena 2018 il-każijiet u tipi ta' Vjolenza Domestika kif irrappurtati fis-sistema tal-Pulizija, sena b'sena, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi wkoll l-ammont ta’ vittmi tal-vjolenza u l-etajiet tagħhom, maqsuma fil-kategoriji indikati fil-mistoqsija.

Vjolenza Domestika — każijiet l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' vjolenza domestika? X'kienu l-pieni li ngħataw f'dawn il-każijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta, fir-rigward ta’ kumpilazzjonjiet, l-istatistika bdiet minn Jannar ta’ din is-sena u mill-1 ta’ Jannar sal-21 ta’ Marzu, 2019 daħlu 18-il kawża. Fir-rigward ta’ kawżi sommarji (tad-distrett) mis-sena 2015 sa’ Diċembru 2018 kien hemm 2,256 każ bil-pieni mniżżla fit-tabella t'hawn taħt. Fil-Qorti ta’ Għawdex ma tinżammx statistika rigward każi ta’ vjolenza domestika peress li dawn jidħlu bħala każi tad-Distrett u ma jiġux indikati b’din in-nomenklatura. Kawzi sommarji ta’ Vjolenza Domestika minn Gunju 2015 Sa Dicembru 2018 No of Cases Outcome2015201620172018Grand Total Proċediment E#awrit (kaw#a ma tkunx tkompliet)2105335563911,690 Liberati27866936218 Ħatja - Multa15484123127 Preskritti4430219104 Twissija61015738 Liberazzjoni Kondizzjonata3119427 Ħatja - Sentenza Sospi#a263112 Irtirata132511 Astensjoni211711 Ħatja -Ħabs63110 Ħatja - Amenda1214 Ħatja - Detenzjoni112 Liberazzjoni bla Kondizzjoni22 Grand Total3087457244792,256

Każijiet ta' neglect

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' neglect? Kemm minn dawn il-każijiet kienu fuq tfal (0 sa 18-il sena) u kemm minnhom fuq anzjani (60+)? Kemm kien hemm każijiet fuq persuni b'diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar nies li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ neglect.

Każijiet ta' Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018 kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika? Jista' jindika ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq: a. in-nisa; b. l-irġiel; c. it-tfal; u d. l-anzjani? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika? Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.

Il-Mellieħa — Xogħlijiet fuq Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tal-Mellieħa fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità tal-Mellieħa. Dawn kienu jinkludu xogħol fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn. Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm erba’ toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Mellieħa - Tarag il-Landiera, Triq il-Marfa, Triq it-Tabib Joseph Grech Attard u Triq ir-Rattan.

San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn kienu jinkludu xogħol f’Telgħet ix-Xemxija, Triq Simar, Triq it-Turisti, Triq San Martin, Xatt il Pwales, u parti minn Triq it-Tamar. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra. Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm xejn inqas minn ħdax-il triq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar – Triq il-Luzzu u Triq it-Turisti (li diġà beda x-xogħol fihom), Triq San Pawl, Triq Għawdex, Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Ċensu Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, Triq Paderborn u Triq Sir Luigi Preziosi.

In-Naxxar — xogħlijiet mistennija fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tan-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tan-Naxxar - Triq il-Ġdida fi Triq Ix-Xbieki, Triq il-Forga, parti minn Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq Il-Magħtab, Triq Leli Falzon u Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa. Ser isiru wkoll xogħlijiet f’parti minn Triq Il-Kosta, Triq il-Prinjol, Triq ta’ Qadi, triq li tmiss ma’ Triq tal-Imdawwra, triq fil-limiti ta’ Budaqq, Triq Kampanjol u Triq John Adye. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, parti min Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq Tal-Balal, fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra.

Il-Mellieħa — xogħlijiet mistennija fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-Sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajji¿na jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostennibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm erba’ toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Mellieħa - Triq Il-Marfa, Taraġ il-Landiera, Triq it-Tabib Joseph Grech Attard u Triq Ir-Rattan. Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Wilġa u partijiet minn Triq il-Mellieħa, waqt li għadu qed isir xogħol fi Triq il-Palma. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra.

San Pawl il-Baħar — xogħlijiet mistennija fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm xejn inqas minn ħdax-il triq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar – Triq il-Luzzu u Triq it-Turisti (li diġà beda x-xogħol fihom), Triq San Pawl, Triq Għawdex, Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Ċensu Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, Triq Paderborn u Triq Sir Luigi Preziosi. Infrastructure Malta qed tqis sew is-sitwazzjoni u l-qagħda tat-toroq f’San Pawl il-Baħar, u qed tippjana mhux biss bini ta’ toroq ġodda, iżda wkoll ħidma ta’ manutenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn f’din il-lokalità li għal dawn l-aħħar snin sofriet minn nuqqas ta’ investiment lokali fiż-żamma tat-toroq. Fil-fatt diġà saru xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn kienu jinkludu xogħol f’Telgħet ix-Xemxija, Triq Simar, Triq it-Turisti, Triq San Martin, Xatt il Pwales, u parti minn Triq it-Tamar. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra. Inbeda wkoll xogħol fi triq rurali li tmiss ma’ Triq Busewdien, waqt li għal din is-sena diġà hemm ippjanati xogħlijiet oħrajn fi Triq Rihana, triq li hemm fl-inħawi ta’ Wied il-Ħżejjen u triq rurali oħra li tinsab bejn Triq il-Bidnija u Triq l-Imġarr.

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi sal-20 ta’ Marzu 2019, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm elfejn, mitejn u tlieta u sittin (2,263) membru. Fosthom elf, seba’ mija u tmienja u disgħin (1,798) huma rġiel u erba’ mija u ħamsa u sittin (465) huma nisa fir-rankijiet li jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Assistant Commissioner 1 Superintendent 4 Inspectors 27 2nd Class Sergeant Major 2 Women Police Sergeants 94 Women Police Constables 306 Reserve Police Constables 31 Total 465

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9291 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458 f’Seduta 210.
Leg 13 PQ #9480 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9292 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali u tgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Tista' tgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx iktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9279. Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li 40% tad-diretturi u 50% tal-Assistenti Diretturi fiċ-Ċivil huma nisa. Fl-istess ħin nitlob lill-Onor Interpellant tispjega iktar x’tifhem b’advisory board.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9293 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 9458.

Il-Mosta — Triq il-Fortizza - tkomplija ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn xogħol fuq Triq il-Fortizza, il-Mosta, ma tkompliex biex jinkludi l-parti tal-istess triq li tagħmel parti min-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tgħaqqad il-Mosta mal-inħawi t’Alla u Ommu, in-Naxxar hija twila madwar 1.6 kilometri. Minħabba f’hekk, il-pjanijiet minn Infrastructure Malta għax-xogħlijiet f’din it-triq mill-bidu kienu li ssir fi tliet fażijiet. Medda twila mit-triq, min-naħa tal-Pont ta’ Wied il-Għasel, il-Mosta, tlestiet fl-ewwwel żewġ fażijiet billi ġiet irranġata u nksiet bl-asfalt. L-aħħar parti, in-naħa tar-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar, se ssir fiż-żmien li ġej.

In-Naxxar — Triq San Pawl - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq San Pawl fin-Naxxar, liema triq saret traffikuża ħafna u fiha ħsarat konsiderevoli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis, bl-inqas diffikultajiet għall-pubbliku. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Uħud minn dawn it-toroq diġà qed jitlestew u minflokhom diġà beda x-xogħol fuq aktar toroq. Fl-istess waqt, għadha kemm tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin. Infrastructure Malta tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

In-Naxxar — xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tan-Naxxar fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajji¿na fis-snin li ġejjin. Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, parti min Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq Tal-Balal, fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra. Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom ser jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li x-xogħol ta’ ppjanar tagħhom beda fl-2018, hemm parti minn Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon u Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa (il-Magħtab), li lkoll jinsabu fil-lokalità tan-Naxxar. Kmieni din is-sena beda wkoll il-proġett li tant kien ilu jiġi mitlub, u li Infrastructure Malta temmet l-ippjanar tiegħu fl-2018, sabiex issir roundabout ġdida u sistemi ta’ kontra l-għargħar f’waħda mid-daħliet tan-Naxxar, fit-tarf ta’ Vjal il-Labour.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9290 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9280 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9281 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458.