Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10105 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni pekunjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu, każ b’każ u sena b’sena (iżda mingħajr ma tkun mikxufa l-identità tal-persuni involuti), il-pieni pekunjarji li ngħataw lill-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #10106 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni mhux pekunjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew ezerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, kien hemm sebgħa u tletin (37) Nutar Pubbliku li ingħata piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja. L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
Leg 13 PQ #10107 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi — pieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kinitx ta’ natura pekunjarja biss?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, kien hemm erba’ (4) Nutara Pubbliċi li ingħataw piena pekunjarja flimkien ma’ piena ta’ natura oħra. L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
Leg 13 PQ #10108 Sitting 227 2019-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni ta’ aktar minn €1,500

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li taqbeż l-€1,500?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċizjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda Nutar Pubbliku li ingħata piena pekunjarja li teċċedi l-valur ta’ elf u ħames mitt ewro (€1,500). L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-artiklu fit-Times Of Malta tat-3 ta' April 2019 "Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority," jista’ l-Ministru jgħid: (a) meta (id-data) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament reġa beda jaħdem fl-Awtorità tal-Artijiet u f'liema pożizzjoni? (b) kienx hemm sejħa pubblika? Jekk le, min approva r-ritorn u l-grad tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant kif l-individwu kkonċernat diġà għamel stqarrijiet f’dan ir-rigward. Għaldaqstant deċiżjonijiet bħal dawk li qed niġi mistoqsi dwarhom jittieħdu mill-Awtorità nnifisha.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-artiklu fit-Times Of Malta tat-3 ta' April 2019 "Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority," jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament applikax għall-promozzjoni fil-pożizzjoni ta' Acting Chief Officer? Jekk le, min irrakomanda li jingħata din il-promozzjoni? Jista' l-Ministru jgħid meta hija d-data statutorja tal-irtirar mill-impjieg ta’ dan l-individwu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9965 tal-istess Seduta.

Foster Care u Residential Care – tfal

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9497, jista’ l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3/4/2019)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Għases – rinovazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634, jista’ l-Ministru jgħid meta fit-18 ta’ Marzu 2019, fil-Parlament, l-istess Minsitru rrefera għal “rinovazzjoni fl-għases” kienx qed jirreferi għall-għases imsemmija fit-tweġiba 9634? Jista’ jgħid x’tip ta’ rinovazzjoni qed issir? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ta’ rinovazzjoni huwiex biex dawn l-ispazji jsiru skont il-Konvenzjoni ta’ Istanbul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li “rinovazzjoni fl-għases” mhix relatata ma’ dawk l-għases imsemmija fit-tweġiba 9634. Ir-rinovazzjoni tal-Għases tikkonsisti f’xogħol meħtieġ minn żmien għal żmien minħabba diversi fatturi fosthom dawk ta’ manutenzjoni, u/jew titjib ġenerali fil-binjiet kif ukoll fl-ambjent tal-lok.

Membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġa fuq il-Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul matul taħriġ divers li ngħata lilhom mis-sena 2017, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Ad hoc training Recruits In service course 2017 84 97 - 2018 128 79 - 2019 - 56 140
Leg 13 PQ #9869 Sitting 218 2019-04-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8772, 8895, 9106, 9311 u 9633 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għalfejn l-istess Ministru ilu fil-fatt kważi ħames snin biex jirrispondi din il-mistoqsija li fil-fatt saret għall-ewwel darba fit-12-il Leġiżlatura fit-2 ta' Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif qed jinġabar.

Ċilindri tal-Gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara n-numru ta' każijiet riċevuti fejn kien hemm inċidenti serji ta' nirien, li wkoll kellhom vittmi, x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jassigura aktar sigurezza fl-użu ta' ċilindri tal-gass?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal każ imsemmi fejn kien hemm vittma, infakkar li dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali. Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9356.

Rapporti ta' inċidenti ta' nirien minn ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara l-inċidenti tan-nar kawża tal-gass li ħareġ minn ċilindri tal-gass? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx irtirati ċilindri tal-gass mis-suq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel każ (dak ta’ Raħal Ġdid) irriżulta li l-problema ġiet ikkawżata mill-użu ta’ appliance tal-kċina. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq. Minkejja li l-problema ma kinitx ikkawżatha miċ-ċilindru nnifsu dan xorta ġie ttestjat u ma nstablu xejn ħażin. In-nar fil-każ l-ieħor (Qawra) jirrriżulta li ġie kkawżat minn pajp tar- rubber li kien iddeterjora u li kien hemm leak żgħira li x’aktarx ikkawżat fjamma li ħadet billi l-pajp kien jinsab qrib sors tal-elettriku. Iċ-ċilindru ġie ttestjat u nstab li kien fi stat tajjeb u li ma kellux ħruġ ta’ gass minnu. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq. Ta’ min jgħid ukoll li fl-ebda każ minn dawn imsemmija ma kien hemm il-ħtieġa li ssir inkjesta mill-Maġistrat. Għar-rigward tat-tielet każ riċenti, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 9635. Dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Maġistrat.

Care Orders — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid attwalment kemm hemm tfal taħt care order? Kemm minnhom huma taħt il-kura ta' Foster Carers u kemm minnhom fi djar tat-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej; Tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin fi Placements Residenzjali 119 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin fi Placement ma’ Foster Family/Foster Carer 131 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin jgħixu mal-qraba tagħhom 42 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ 292 Tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija AWAS Numru ta’ tfal (asylum seekers) protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija AWAS li qegħdin fi ġewwa Dar il-Liedna 37

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9312 u 9107 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8892, jista' l-Ministru: a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tirreferi lill-ministeru konċernat. Min-naħa l-oħra, kif diġà ngħad, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi. Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa. Nerġa’ nfakkar li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ’il fuq, waqt li fit- top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara. Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa’ jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.
Leg 13 PQ #9631 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9313 u 9108 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru: a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Min-naħa l-oħra, kif diġà ngħad, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi. Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa. Nerġa’ nfakkar li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ’il fuq, waqt li fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara. Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa’ jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9314 u 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru: a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-ewwel parti tal-mistoqsija, din għandha tkun riferuta lill-ministeru kkonċernat. Min-naħa l-oħra, kif diġà ingħad, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi. Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa. Nerġa’ nfakkar illi fis-servizz pubbliku kollu, fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ’il fuq, waqt li fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara. Inżid illi dan il-Gvern ħadem u se jibqa’ jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.
Leg 13 PQ #9633 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9311, 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għalfejn l-istess Ministru ilu fil-fatt kważi ħames snin biex jirrispondi din il-mistoqsija li fil-fatt saret għall-ewwel darba fit-12-il Leġiżlatura fit-2 ta' Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għases — kmamar għal każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema għases f'Malta u Għawdex għandhom kmamar iddedikati għall-każijiet ta' vjolenza domestika (hekk imsejħa soft areas) kif speċifikat fil-konvenzjoni ta' Istanbul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fl-għases f'Malta u Għawdex il-kmamar iddedikati għall-każijiet ta' vjolenza domestika, huma kmamar fl-għases prinċipali u cioè l-Belt Valletta – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ - il-Ħamrun – Raħal Ġdid – iż-Żejtun – iż-Żurrieq – Ta’ Sliema – Birkirkara – il-Mosta – in-Naxxar – il-Qawra u r-Rabat Għawdex li għalkemm ma jissejħux soft areas, huma identifikati li jintużaw meta persuni li huma vittmi jew xhieda ta’ każijiet relatati ma’ vjolenza domestika, jistgħu jiġu mitkellma fil-privat. Fit-Taqsima tal-Victim Support fil-Korp tal-Pulizija, hemm żewġ kmamar li jintużaw għall-istess skop fejn waħda tintuża biex jiġu mitkellma adulti u l-oħra biex jiġu mitkellma minuri. Eventwalment malli jitwaqqfu l-Police Regional Hubs, hu ttamat li jkun hemm persuni aktar speċjalizzati f’dan is-settur li jiffunzjonaw minnhom.

Forzi Armata ta' Malta — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armata ta' Malta? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri fil-Forzi Armati ta’ Malta huma 1,750. 1,650 minnhom huma rġiel u 100 huma nisa. Ir-rank tal-membri nisa huwa kif ġej: Lieutenant Colonel1 Major1 Captain3 Lieutenant7 Officer Cadet2 Warrant Officer Class 21 Staff Sergeant5 Sergeant4 Bombardier6 Lance Bombardier15 Gunners50 Gunner Recruit5 Total100