B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9496 u 9865, jista’ l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3 ta’ April 2019)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat f'April ta' din is-sena għall-mistoqsija parlamentari 9556.
Madankollu, tlabt jekk hemmx xi update u hekk kif jingħatali jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 2026 u 9557.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza- aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Tista’ tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Riforma Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja – Membri tal-Ġustizzja dixxiplinati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm-il membru tal-ġudikatura ġie dixxiplinat minn meta għaddew ir-Riformi Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 ta' Awwissu 2016? Kemm minnhom ġew dixxiplinati mill-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati? X'kienu l-proċeduri jew il-kastig f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.
Jista’ l-Ministru jgħid, x'inhuma l-kriterji li bihom il-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti jiddetermina min hu idoneju biex jinħatar Maġistrat jew Imħallef?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kriterji li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura addotta hu stess b'mod awtonomu mill-Gvern għal skop ta’ evalwazzjoni ai termini tal-Art. 96 A tal-Kostituzzjoni dwar l-eliġibilità u l-mertu għal ħatriet fil-Ġudikatura huma pubbliċi: https://justice.gov.mt/en/justice/Pages/criteria-for-appointment-to-the-judiciary.aspx u qed jiġu riprodotti hawn taħt:
Rekwiżiti ta’ Eliġibilit
à
1. Numru ta’ snin ta’ prattika tal-professjoni ta’ avukat f’Malta kif stabbilit fil-Kostituzzjoni;
2. Fiz-żmien tal-evalwazzjoni, il-persuna jrid ikollha warrant validu biex tipprattika ta’ avukat f’Malta u ma tridx tkun soġġetta għal divjet legali milli
tieħu l-kariga fil-Ġudikatura. Kriterji ta’ Evalwazzjoni:
3. Kapaċità li l-persuna tesprimi ruħha bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża u li tikkommunika b’mod ċar u suċċinct;
4. Integrità, rettezza u onestà fil-ħajja pubblika u privata;
5. Għarfien tal-liġi, tal-prattika tal-Qrati, u esperjenza professjonali;
6. Bżulija, kapaċità ta’ ħidma taħt pressjoni ta’ xogħol, diliġenza, kapaċità analitika u li tiddeċiedi;
7. Imparzjalità u indipendenza;
8. Assenza ta’ involviment f’attività kummerċjali jew ta’ negozju jew ta’ sitwazzjoni finanzjarja li tqanqal dubbji dwar il-kapaċità tal-persuna li twettaq id-dmirijiet ġudizzjarji b’mod xieraq;
9. Kapaċità li l-persuna taħdem f’ambjent ta’ ħidma kolleggjali;
10. Għarfien tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri tal-Ġudikatura u disponibbiltà għal żvilupp professjonali u kontinwu.
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri? Kemm hemm ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn il-klieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament in-numru ta' klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri huwa ta' 32, filwaqt li hemm 9 ħaddiema jieħdu ħsieb dawn il-klieb matul il-ġurnata. Dawn il-ħaddiema jaħdmu bix-xift u għalhekk matul il-ġurnata jkun hemm 5 ħaddiema li jaħdmu direttament ma’ dawn il-klieb. Barra minn hekk hemm ukoll uffiċjal veterinarju li huwa responsabbli direttament għal-benesseri ta’ dawn l-annimali.Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament in-numru ta' klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri huwa ta' 32, filwaqt li hemm 9 ħaddiema jieħdu ħsieb dawn il-klieb matul il-ġurnata. Dawn il-ħaddiema jaħdmu bix-xift u għalhekk matul il-ġurnata jkun hemm 5 ħaddiema li jaħdmu direttament ma’ dawn il-klieb. Barra minn hekk hemm ukoll uffiċjal veterinarju li huwa responsabbli direttament għal-benesseri ta’ dawn l-annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid, kull kelb li hemm taħt il-kustodja fl-Għammieri, għal kemm ħin jinħareġ jimxi kull jum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kelb li hemm taħt il-kustodja tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, il-Promozzjoni u s-Servizzi fl-Għammieri jiġi allokat madwar siegħa kuljum għall-mixi u eżerċizzju fiżiku.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9867, jista' l-Ministru jgħid, ġaladarba l-għases imsemmija minnu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634 ma ġewx rinnovati biex ikunu konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, dan ifisser li ebda għassa f'Malta u f'Għawdex ma sarilhom xogħol biex ikunu konformi mal-istess konvenzjoni kif titlob il-liġi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-pulizija f’kull każ jieħdu dawk il-miżuri kollha possibbli biex jipproteġu l-privatezza tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 9497 u 9866, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal taħt voluntary care?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Appoġġ taħt il-kappa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, għandha 107 minuri taħt kura volontarja.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pubblikazzjoni tal-pieni fuq website
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, kellhom l-identità tagħhom u l-piena li ngħataw, ippubblikati mill-FIAU fuq il-website tagħhom u/jew band’oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew ezerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċizjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda Nutar Pubbliku li kien suġġett għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ta’ pieni, u dan għaliex l-ebda piena ma eċċediet il-limitu rikjest għall-publikazzjoni ai termini tal-Artikolu 13Ċ tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373, li jirregola l-istess proċedura ta’ pubblikazzjoni.
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – Nutara Pubbliċi – każijiet ta’ allegati reati ta’ ħasil ta’ flus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegati reati ta’ ħasil ta’ flus li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) investigat mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum fir-rigward ta’ flus li pprevjenew lin-nutara pubbliċi minn misapproprjazzjoni ta’ taxxi u/jew flus/beni oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp iqis illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali għar-raġunijiet previsti fl-Artiklu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373 u għaldaqstant huwa prekluż milli jagħti risposta ai termini tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità taħt l-istess artikolu.
Ġenituri li weħlu l-ħabs minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista’ teħel il-ħabs għax ma tħallasx il-manteniment?
Response (BONNICI, OWEN)
Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal, fil-Qorti ta’ Malta huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal
2016201720182019Total
Mantiniment3177622172
Nisa12 3
Ħati - Detenzjoni11 2
Ħati Ħabs 1 1
Rġiel3075622169
Ħati - Detenzjoni1949361105
Ħati Ħabs112626164
Bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019, fil-Qorti ta’ Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal.
Il-massimu ta’ detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lill-persuna li jkollha l-kustodja ta’ dak il-minuri huwa ta’ xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodici Kriminali).
Ġenituri li weħlu l-ħabs – aċċess tat-tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista’ teħel il-ħabs għax ma tagħtix dan l-aċċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta, fil-Qorti ta’ Malta huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn
ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċizjoni tal-Qorti marbuta ma aċċess ta' tfallill-ġenituri li ma jgħixux Malta.
2016
2017
2018
2019
Total
Aċċess
18
5
3
26
Nisa
10
5
1
16
Ħati - Detenzjoni
9
5
1
15
Ħati -Ħabs
1
1
Rġiel
8
2
10
Din l-istatistika tinkludi kemm ġenituri Maltin u kemm ġenituri barranin.
Bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019, fil-Qorti ta’ Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta.
Il-massimu ta’ detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lil persuna li jkollha l-kustodja ta’ dak il-minuri huwa ta’ xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodiċi Kriminali).
Maġistrati u Mħallfin investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kull sena (sena b'sena), kemm kien hemm maġistrati u mħallfin li ġew investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bejn l-2008 u l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.
Riforma Kostituzzjonali tas-Qasam tal-Ġustizzja – Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jiltaqa’ u jiffunzjona l-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati kif stipulat fir-Riformi Kostituzzjonali tas-sezzjoni tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 t'Awwissu 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għat-tweġiba moghtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Legġiżlatura numru XI.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpeillant li fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-Artiklu 16(1)(ċ) tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373, il-Korp Għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (‘il-Korp’) wettaq ħamsa u tletin (35) on-site examination fuq Nutara Pubbliċi bejn is-snin 2014 sad-data ta’ din ir-risposta. Ta’ kull sena il-Korp, fil-qadi tal-funzjoni surreferita, iwettaq ukoll ezerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni minn kull entita suġġetta, inkluż in-Nutara Pubbliċi.
L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li l-istatistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni pekunjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena pekunjarja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew e¿erċizzju ieħor ta’ verifika illi seħħu bejn is-snin 2014 sad-data ta’ din ir-risposta u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data tal-lum, kien hemm ħdax-il (11) Nutar Pubbliku illi ingħata piena pekunjarja.
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.