Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10654 Sitting 244 2019-07-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 10649.
Leg 13 PQ #10655 Sitting 244 2019-07-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għas-Saħħa — project director

Question

Minħabba li sa nhar il-Ġimgha 21 ta' Ġunju 2019 fis-13:28 l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien għadu qed jidher li jaħdem bħala Projects Director - Coordination Unit fis-Segretarjat tal-istess Ministru, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu xogħol l-individwu? Għal liema proġetti huwa Projects Director?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi minnu m’huwiex parti mis-segretarjat tal-Ministru għas-Saħħa.
Leg 13 PQ #10647 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzji għall-massage parlours

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours, li r-rapport jindika ċar li huma sors ta' vulnerabilità għat-traffikar tal-persuni f'pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ssemma fir-reazzjoni uffiċjali li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, il-Gvern ħa nota tar-rakkomdazzjonijiet li hemm fir-rapport dwar il-ħwienet tal-massaġġi. Din it-tema se tkun indirizzata fid-dokument ta’ konsultazzjoni li ser jippubblika l-Gvern fiż-żmien li ġej. L-oġġettiv tal-Gvern huwa li jiġġieled l-isfruttament marbut mas-sess f’dawn il-ħwienet u jipproteġi l-interessi ta’ terapisti kwalifikati li jaħdmu f’dan is-settur.

Interpreti għall-vittmi waqt proċeduri fil-Qrati

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex tissolva l-problema tal-interpreti għall-vittmi waqt proċeduri fil-Qrati, kif indikat fir-rapport?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa waqt l-investigazzjoni li l-vittmi jagħmlu talba, jew jinħass il-ħtieġa għal interpretu. Għaldaqstant, ikunu l-pulizija li jipprovdu interpretu għall-vittma bir-riżultat illi kif jinbdew il-proċeduri fil-Qrati dan l-istess interpretu, sabiex ikun hemm kontinwita, jibqa’ jassisti lil vittma. Għalhekk waqt il-proċeduri fil-qrati normalment ma jkunx hemm problema sabiex jinstab interpretu. Kif issir it-talba quddiem il-Qorti, il-Qorti tikkonferma l-istess interpretu li jkun qed jakkumpanja l-vittma. Fil-każ li għal xi raġuni ma jinstabx interpretu għal xi lingwa partikolari, isir kuntatt mal-Foreign Office, jew mal-Ambaxxati, jew mal-Konsulati jew mal-Uffiċju tar-Refuġjati ħalli jiġi provdut interpetu għal vittmi.
Leg 13 PQ #10649 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit 2019, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni qed jaħdem fuq kampanja nazzjonali t’għarfien dwar it-traffikar uman. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li tinforma lill-pubbliku dwar dan ir-reat u li tgħin lill-pubbliku jagħraf sinjali li jindikaw li persuna tkun vittma ta’ traffikar uman. Il-kampanja se tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi informazzjoni ddedikata speċifikament għall-kategoriji differenti fis-soċjetà, fosthom l-istudenti, il-ħaddiema barranin, is-settur privat u min iħaddem. Is-Segretarjat Parlamentari kkordina wkoll taħriġ dwar it-traffikar uman lill-avukati tal-għajnuna legali kif ukoll taħriġ lil uffiċjali pubbliċi, fosthom ħaddiema ta’ Identity Malta, Jobsplus u d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċaċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9565.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9566 f’Seduta 215. Nixtieq nżid li l-binjiet kollha li minnhom l-Awtorità tal-Ippjanar taqdi l-funzjonijiet tagħha, kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex, jipprovdu aċċess bħal rampi, lifts u facilitajiet sanitarji u fejn hu possibli anke parkeġġ riservat għal użu ta’ persuni b’diżabilità. Għalkemm dawn il-postijiet mhumhiex ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, f’kull applikazzjoni ghal żvilupp li teffetwa l-aċċessibilità tal-binja, li ssir fuq dawn il-postijiet tintalab l-approvazzjoni tal-istess Kummissjoni. Ngħid ukoll li l-bini tal-uffiċċji ta’ Infrastructure Malta huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Meta twaqqfet din l-entità u bdiet tuża l-bini li fih għandha l-uffiċċji, l-aċċessibilità kienet biss fl-ewwel sular. Għalhekk, l-aġenzija mill-ewwel ħadet ħsieb tinvesti f’lift ġdid li permezz tiegħu issa se jkunu aċċessibbli anke sulari aktar 'il fuq.
Leg 13 PQ #10280 Sitting 232 2019-06-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Tista’ tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien il-Ministeru għal Għawdex stess li matul din il-leġislatura talab lill-Kummissjoni biex isir audit dwar l-aċċessibilità biex tiġi assigurata aċċessibilita’ sħiħa skont kif titlob il-liġi.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għal persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #10272 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — naċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9559. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità tagħti ċertifikazzjoni ta’ konformità biss għal binjiet li għadhom fil-fazi tal-ippjanar.
Leg 13 PQ #10273 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9560.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Miniateru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limiti arkitettoniċi kif ukoll l-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-punent, tat-tramuntana, dak tan-nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira u dak ta’ Victoria (Għawdex) preżentament m’humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni jibda l-immodernizzar strutturali fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u meta jitlesta dan ser ikun fornut b’stretcher lift biex b’hekk isir ukoll aċċessibli għal persuni b'diżabilità. Qed isir ukoll xogħol fuq binja ġdida f’Għawdex li ġiet identifikata biex tieħu post iċ-Ċentru tas-Saħħa preżenti. La darba jitlesta, iċ-Ċentru l-ġdid ser ikun aċċessibli għal persuni b'diżabilità.