Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar – Triq li tmiss ma’ Triq l-Imdawra — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi triq li tmiss ma’ Triq l-Imdawra fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.

In-Naxxar – Triq f’Tal-Budaq — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi triq tal-Budaq, fil-limiti tan-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.

In-Naxxar – Triq il-Kampanjol — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-Kampanjol fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.

In-Naxxar – Triq il-ġdida fi Triq ix-Xbieki — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. It-triq indikata tlestiet diġà bħalma jafu r-residenti tal-inħawi li qegħdin igawdu mill-investiment li sar fiha.

In-Naxxar – Triq il-Forġa — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-Forġa fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. It-triq indikata hija waħda milli se jsiru fiż-żmien li ġej. L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar – Triq il-Kappella ta’ San Mikiel — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-Kappella ta’ San Mikiel fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.

In-Naxxar – Triq il-ġdida fi Triq tat-Tarġa — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-ġdida fi Triq tat-Tarġa fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.

Delegazzjoni fil-Libja — individwu

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'kien ir-rwol tal-individwu fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju 2019? X'kien l-iskop ta' din iż-żjara? Minn min kienet magħmula d-delegazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10646.

Ġenituri li kisru digriet tal-qorti – aċċess għal-ulied lill-ġenituri l-oħrajn

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10112, jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar 3 snin, kemm kien in-numru ta' ġenituri li jgħixu f'Malta jew f'Għawdex li kisru digriet tal-qorti u ma tawx aċċess ta' uliedhom lill-ġenituri l-oħrajn? Kemm minnhom weħlu l-ħabs? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ġenituri li ma ħallsux il-manteniment

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10112, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li ma ħallsux il-manteniment li ngħataw maħfra jew amnestija qabel skontaw is-sentenza, sena b'sena, bejn is-sena 2016 u l-2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #10909 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni fil-Libja — Individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10689, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispeċjalizzazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jiġġustifika l-preżenza tiegħu fid-delegazzjoni msemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10689.

Delegazzjoni fil-Libja — individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10690 u r-referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10689, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u mhux jiżvijja permezz ta' referenza għat-tweġiba li ma għandhiex x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali u ċjoè jgħid x'inhu xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'kien ir-rwol tal-individwu fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju 2019? X'kien l-iskop ta' din iż-żjara? Minn min kienet magħmula d-delegazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 10751 u 10754 fis-seduta 246.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Leg 13 PQ #10677 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tagħha u Ministeri oħra? Tista' tindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce, fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Rapport 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges' — ineżattezzi

Question

B'referenza għar-rapport tal-Legal Affairs and Human Rights Committee tal-Kunsill tal-Ewropa 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges', jista' l-Ministru jgħid: a. liema parti tar-rapport fih ineżattezzi; b. x'tip ta' ineżattezzi huma; u c. x'miżuri jew azzjoni ħa jew qed jippjana li jieħu l-Ministru biex jikkoreġi tali ineżattezzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Għandu jiġi ċċarat illi r-rapport li għalih tagħmel referenza l-Onor. Membru mhuwiex wieħed tal-Kunsill tal-Ewropa bħala organizzazzjoni iżda huwa rapport kompilat mir-Rapporteur maħtur fuq inizjattiva tiegħu stess, il-Membru Parlamentari Olandiż tal-Partit Popolari Ewropew Pieter Omzigt. Dan ir-rapport huwa għalhekk wieħed fuq livell parlamentari u mhux ta’ Gvern u l-Ministru għall-Ġustizzja ma għandu ebda setgħa biex jikkorreġi l-istess rapport. Madankollu l-Gvern għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara fis-sens illi r-rapport huwa żbilanċjat u mimli skorrettezzi, insinwazzjonijiet u spekulazzjoni. Il-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern li huma membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ipproponew numru ta’ emendi għar-rapport u spjegaw bis-sħiħ id-difetti tiegħu fil-preżenza ta’ mill-inqas membru parlamentari wieħed tal-Oppożizzjoni. L-Onorevoli Dr. Manuel Mallia ippreżenta ukoll ‘Dissenting Opinion’ mir-rapport li, fil-limitu ta’ 500 kelma permess mill-proċedura tal-Assemblea Parlamentari spjega l-punti ewlenin ta’ kritika għall-istess rapport. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' din id-dissenting opinion. Il-Ministru qiegħed għalhekk jirreferi lill-Onor. Membru ukoll għall-atti tal-Assemblea Parlamentari dwar il-punti sollevati fid-domanda.
Leg 13 PQ #10689 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni fil-Libja — individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'kien ir-rwol tal-individwu fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju 2019? X'kien l-iskop ta' din iż-żjara? Minn min kienet magħmula d-delegazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari nru 10751 u 10754.

Delegazzjoni fil-Libja — individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'kien ir-rwol tal-individwu fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju 2019? X'kien l-iskop ta' din iż-żjara? Minn min kienet magħmula d-delegazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10689.