In-Naxxar — Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki - xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11217, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol;
b. x'tip ta' xogħol sar; u
c. meta tlesta x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq.
Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fix-xhur ta’ wara.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, b’kollox, kemm hemm persuni li għandhom Dijabete Type 2 u li:
a. għandhom inqas minn 16-il sena;
b. għandhom bejn 17 u 35 sena;
c. għandhom bejn 36 u 60 sena; u
d. għandhom iktar minn 60 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-15 ta’ Ottubru ta’ din is-sena t-total ta’ pazjenti li għandhom il-karta s-safra (Schedule V) u li għandhom id-dijabete huma 31,709. 1,624 għandhom id-dijabete tat-tip 1 u 30,085 għandhom id-dijabete tat-tip 2.
Persuni fid-Dijabete – kura fin-nervituri tas-saqajn
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li qed jiġu kkurati fin-nervituri speċjalment tas-saqajn (neuropathy), konsegwenza tad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diabetic neuropathy tista’ tirriżulta f’kumplikazzjonijiet fiċ-ċirkulazzjoni tas-saqajn. Mill-informazzjoni miġbura mill-Hospital Activity Analysis tal-Isptar Mater Dei jirriżulta li bejn Jannar ta’ 2016 u Awwissu ta’ 2019, kien hemm 2326 pazjenti li iddaħħlu għallinqas darba, għal kura fl-Isptar Mater Dei minħabba f’kumplikazzjonijiet fiċ-ċirkulazzjoni minħabba d-dijabete.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4109 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 274, nhat it-Tlieta, 5 ta' Novembru 2019)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li qed jiġu kkurati fl-għajnejn (retinopathy), konsegwenza tad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar tal-2016 u Awwissu tal-2019 kien hemm 2426 persuni li jbatu mid-dijabete u li ġew ikkurati fl-għajnejn b’ xi tip ta’ kura li normalment tingħata lil min jbati mir-retinopathy konsegwenza tad-dijabete fl-isptar Mater Dei.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li qed jiġu kkurati fis-sistema kardjovaskulari konsegwenza tad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar ta’ 2016 u Awwissu ta’ 2019, kien hemm 1276 pazjenti li jbatu mid-dijabete u li ddaħħlu għal kura fl-Isptar Mater Dei minħabba Ischaemic Heart Disease (acute and chronic).
Commissioner for Animal Welfare – rapport fuq l-istat li fih jinżammu l-annimali fl-Għammieri
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Commissioner for Animal Welfare, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq l-istat li fih jinżammu l-annimali fl-Għammieri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport mitlub jinsab fuq il-sit elettroniku tal-Ministreru bil-link:
https://agriculture.gov.mt/en/commissioneranimalwelfare/Documents/DOCS/reportAndRecommendationsOnThe%20workingsOfAwdApril%202019.pdf
.
Kopja tar-rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-Saħħa – ċertifikazzjoni għal għoti ta’ servizz ta’ massage
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ ċertifikazzjoni jew liċenzja tinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex persuna tkun tista’ tagħti massage fi spas, beauty centres jew massage parlours?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu r-rwol li jagħmel ċert li persuna li ġejja minn barra tkun tista’ tagħti massage fi spas, beauty centres jew massage parlours, irid ikollhom l-applikazzjoni mimlija mingħand it-tabib ta’ l-għażla tagħhom dwar saħħithom inġenerali. F’din l-applikazzjoni, it-tabib jiċċertifika li persuna tkun tista’ tagħti massage fi spas, beauty centres jew massage parlours, tkun konformi mal-kriterji li jinkludu;
Persuni li twieldu jew għexu f’pajjiżi li skond l-Organizazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għandhom inċidenza ta’ rata għolja ta’ Tuberkulosi, irid jittieħed
x-ray
tal-pulmun. Abbażi tar-riżultat, jingħata trattament neċessarju.
It-tabib irid jeżamina l-applikanti u jiċċertifika li ma għandhomx mard infettiv.
Kull persuna għandha tieħu d-demm u jiġi eżaminat għall-Epatite B u jingħataw il-vaċċin kontra l- Epatite B abbażi tar-riżultat.
Kull persuna għandha tieħu d-demm u jiġi eżaminat għall-Epatite Ċ, HIV u mard infettiv li jittieħed sesswalment. Abbażi tar-riżultat, jingħata trattament neċessarju.
Persuni li jridu jġeddu l-permess tax-xogħol, iridu jimlew applikazzjoni msejħa
Renewal of Work Permits for Masseurs/Masseuse.
Il-kriterji jinkludu;
Persuni li twieldu jew għexu f’pajjiżi li skont l-Organizazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għandhom inċidenza ta’ rata għolja ħafna ta’ Tuberkulosi, rrid jittieħed
x-ray
tal-pulmun. It-testijiet mediċi u tad-dmija msemmija hawn fuq, iridu jiġu repetuti għal 3 snin konsekuttivi. Abbażi tar-riżultat, jingħata trattament neċessarju.
Persuni li twieldu jew għexu f’pajjiżi li skond l-Organizazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma għandhomx inċidenza ta’ rata għolja ħafna ta’ Tuberkulosi, ma hemmx bżonn li jittieħed
x-ray
tal-pulmun. Minflok, huma mħeġġa li jirrepetu t-testijiet mediċi u tad-dmija msemmija hawn fuq għal sena waħda biss.
Il-kors tat-tilqim kontra l-Epatite B irid ikun komplut qabel ma jerġa jiġġedded il-permess tax-xogħol għall-persuna li tagħti
massage
fi
spas, beauty centres
jew
massage parlours.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu l-pjanijiet għall-introduzzjoni tal-Constant Glucose Monitors (CGM) fis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għall-pazjenti tad-dijabete f’Malta u Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar kmieni din is-sena tnieda proċess sabiex jiddaħħal mudell ta’ remote monitoring għal ċertu kategoriji ta’ pazjenti. Dan il-proċess se jinkludi Constant Glucose Monitoring għal tfal b’dijabete u li jkun anness ma’ sistema ta’intelligenza artifiċjali. Il-proċess wasal fi stadju ta’ procurement taħt it-titlu ta’ Innovation Partnership (Research and Development Stage) for the Design, Development, Testing, Commissioning, Delivery, Operation and Maintenance of a Remote Patient Monitoring Service and a Call Centre Service for Preventive Care.
Malta se tkun l-ewwel fid-dinja li se jkollha sistema bħal din li tkopri pajjiż sħiħ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom id-dijabete f’Malta? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm minnhom huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ pazjenti li għandhom il-karta s-safra (Schedule V) u li għandhom id-dijabete huma 31,709. 1,624 għandhom id-dijabete tat-tip 1 u 30,085 għandhom id-dijabete tat-tip 2.
Ninfurmah ukoll illi mhux il-pazjenti kollha li għandhom id-dijabete tat-tip 2 għandhom l-imsemmija karta s-safra (Schedule V), xi whud jista’ jagħti l-każ li żammew il-karta r-roża.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda tad-Dijabete Type 1, sena b’sena, bejn l-2008 u l-2018? X’kienet l-età ta’ dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ pazjenti li rrinunzjaw il-karta r-roża u applikaw għal karta s-safra mill-ġdid u li jsofru mill-kundizzjoni tad-Dijabete tat-tip 1.
Ninfurmaha ukoll li qabel l-2012 l-pazjenti bid-dijabete tat-Tip 1 kollha kellhom l-kartuna r-roża u ma kienx hemm distinzjoni minn dawk li kellhom id-dijabete tat-Tip 1 għal dawk tat-Tip 2.
Sena
Numru ta' pazjenti li applikaw għal SCH V mill-ġdid li jbatu mid-dijabete tat-tip 1.
L-età tvarja minn
2012
599
3 sa 97
2013
217
2 sa 86
2014
183
1 sa 86
2015
236
1 sa 92
2016
270
2 sa 97
2017
233
3 sa 97
2018
161
1 sa 91
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda tad-Dijabete Type 2, sena b’sena, bejn l-2008 u l-2018? X’kienet l-età ta’ dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ pazjenti li rrinunzjaw il-karta r-roża u applikaw għal karta s-safra mill-ġdid u li jsofru mill-kundizzjoni tad-Dijabete tat-tip 2.
Ninfurmaha ukoll li qabel l-2012 l-pazjenti bid-dijabete tat-Tip 2 kollha kellhom l-karta r-roża u ma kienx hemm distinzjoni minn dawk li kellhom id-dijabete tat-Tip 1 għal dawk tat-Tip 2.
Sena
Numru ta' pazjenti li applikaw għal SCH V mill-ġdid li jbatu mid-dijabete tat-tip 2.
L-età tvarja minn
2012
7,399
10 sa 99
2013
4,131
17 sa 99
2014
3,727
10 sa 99
2015
3,691
12 sa 97
2016
4,140
13 sa 97
2017
4,765
21 sa 98
2018
5,866
13 sa 96
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Mistrieħ f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Ċensu Tanti, f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
San Pawl il-Baħar – Triq Annetto Caruana — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Annetto Caruana f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Paderborn f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Sir Luigi Preziosi f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
f’Xatt il-Pwales f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217.