Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li għandhom id-Dijabete Type 2

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11276 u 11706, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kartuna r-roża li għandhom il-kundizzjoni tad-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12162 Sitting 280 2019-11-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — arrest ta' żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-arrest taż-żgħażagħ f’Ħal Luqa fl-1 ta’ Novembru 2019 kienx fil-fatt fil-Campus tal-ITS? Kemm kien in-numru eżatt taż-żgħażagħ arrestati? Jista’ jgħid jekk dawk arrestati kinux fil-fatt studenti tal-ITS? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-akkuża kinetx ta’ pussess jew traffikar ta’ droga? U x’passi qed jieħu l-ITS biex jipprevjenu t-traffikar u teħid tad-droga fl-istess ITS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija.

ITS — arrest ta' żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-arrest taż-żgħażagħ f’Ħal Luqa fl-1 ta’ Novembru 2019 kienx fil-fatt fil-Campus tal-ITS? Kemm kien in-numru eżatt taż-żgħażagħ arrestati? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk arrestati kinux fil-fatt studenti tal-ITS? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-akkuża kinetx ta’ pussess jew traffikar ta’ droga?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li waqt li l-arrest taż-żgħażagħ fil-lokalità u d-data msemmija huwa kkonfermat, ma jkunx opportun illi aktar tagħrif ikun ippubblikat, stante li l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.

Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument li jwieġeb din il-mistoqsija, fiex wasal ix-xogħol fi Triq il-Wied ta’ Ħal Balzan, f’Ħal Balzan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq it-tieni fażi tal-proġett ta’ Triq il-Wied Ħal Balzan, investiment estensiv li jinkludi t-tqegħid ta’ kilometri f’servizzi ġodda taħt l-art u l-bini mill-ġdid tal-istruttura tat-triq kollha kemm hi. Il-kuntratturi tal-aġenzija lestew l-ewwel fażi aktar kmieni din is-sena, meta nbniet mill-ġdid u nfetħet il-parti tan-nofsinhar tat-triq. L-aħħar kisja bl-asfalt ta’ din il-parti tat-triq se tingħata mal-bqija tat-triq meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha. It-tieni fażi, li qed issir bħalissa, tinkludi l-bini mill-ġdid tal-parti tat-tramuntana, minn ħdejn Triq it-Tabib J. Zammit sar-roundabout tal-Iklin. Il-proġett f’din it-triq ta’ nofs kilometru jinkludi l-bini ta’ 1.2 kilometri f’bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti, aktar minn 3.4 kilometri f’cables u pajpijiet taħt l-art li jwasslu s-servizzi tal-ilma, Internet u telekomunikazzjoni fid-djar tat-triq u toroq oħra fil-qrib, u medda ta’ katusi tad-drenaġġ kbar bħala parti mis-sistema tad-drenaġġ ta’ diversi lokalitajiet fl-inħawi. Qed tinbidel ukoll is-sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita wara li nstab li kellha diversi ħsarat. Qegħdin jinbidlu wkoll il-konnessjonijiet qodma li jwasslu l-ilma u jiġbru d-drenaġġ mir-residenzi u binjiet oħrajn li hemm f’din it-triq. It-tqegħid ta’ daqstant servizzi differenti li jinsabu għaddejjin biswit jew fuq xulxin fi spazju ristrett jagħmel ix-xogħlijiet ħafna aktar delikati. Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn il-bini mill-ġdid ta’ din it-triq kien ilu jiġi pospost għal ħafna snin. Kull pajp jew cable irid jiġi mgħoddi minn ġo trinka, minn fuq jew taħt dawk ta’ servizzi oħrajn li ma jistgħux jitneħħew qabel ma jsiru oħrajn ġodda flokhom. Biex tpoġġi l-katusi ġodda tad-drenaġġ minflok dawk antiki li jservu mhux biss għall-binjiet f’din it-triq imma wkoll għal diversi nħawi oħrajn fil-madwar, Infrastructure Malta qed ikollha tħaffer trinek fondi aktar minn 2.3 metri, u li f’ċerti nħawi jilħqu fond ta’ aktar minn ħames metri taħt l-art (kważi żewġ sulari). L-istruttura e¿istenti tat-triq u s-servizzi tad-distribuzzjoni li hemm għaddejjin taħtha tħallew għexieren ta’ snin bla ma qatt saritilhom manutenzjoni. Matul is-snin, diversi entitajiet komplew i¿idu diversi servizzi taħt l-art f’din it-triq qrib xulxin. Waqt ix-xogħlijiet mill-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta saħansitra nstabu cables li lanqas biss kienu ġew immarkati mill-kumpaniji li jipprovdu s-servizzi waqt il-proċess ta’ lokalizzar tas-servizzi li sar qabel ma beda l-proġett. Dan minħabba li wħud mill-konnessjonijiet tas-servizzi tant huma qodma li lanqas biss jidhru fil-pjanti ta’ dawn l-entitajiet. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-cables ikunu jridu jiġu ttestjati mill-entitajiet rispettivi biex ikun determinat jekk għadx hemm b¿onnhom biex fil-ka¿ jinbidlu. Dan il-proċess huwa neċessarju biex ikun żgurat li ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema u jiġi evitat il-qtugħ ta’ xi servizz lir-residenti u n-negozji tal-inħawi. F’ċerti każi, lanqas ikun jidher b’mod ċar jekk il-cables ikunux tal-elettriku jew tat-telekomunikazzjoni. Biex dawn il-cables jinbidlu m’oħrajn ġodda, ikun hemm bżonn li jitqattgħu iżjed trinek u jiġu modifikati servizzi oħrajn li jkunu ġew ippjanati biex jgħaddu mill-istess post. Minħabba f’hekk, it-tqattigħ tat-trinek li normalment jieħu inqas żmien qed isir f’fażijiet żgħar, biex ma ssirx ħsara lil infrastrutttura eżistenti li għadha tintuża. Infrastructure Malta hija konxja tad-diffikultajiet li dan il-proċess twil qed joħloq lir-residenti u dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq. Biex tnaqqas kemm tista’ l-inkonvenjent, ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’sezzjonijiet biex b’hekk tingħalaq biss parti minnha waqt li xorta jkun hemm aċċess għar-residenti u għall-ħwienet, waqt li l-parti l-kbira tat-triq tibqa’ aċċessibbli għall-vetturi b’devjazzjonijiet adekwati. Il-Kunsill Lokali kontinwament qed ikun mgħarraf bix-xogħlijiet, u dan qed juża mezzi differenti biex iżomm lir-residenti u s-sidien tan-negozji informati skont il-ħtieġa. Il-periti u tekniċi ta’ Infrastructure Malta qed jirċievu t-talbiet għall-għajnuna, mistoqsijiet u lmenti mingħand ir-residenti tat-triq u jitkellmu magħhom sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-isfidi li proġett estensiv bħal dan iġib miegħu. L-aġenzija qed issegwi wkoll mill-qrib ix-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru mill-kuntratturi tagħha, li qed jagħmlu xogħol differenti fl-istess ħin, biex taċċerta li jkun evitat dewmien bla bżonn u jitnaqqas kull inkonvenjent ieħor. Imma fl-istess waqt, daqstant ieħor trid tara li x-xogħlijiet, partikolarment dak tat-tqattigħ tat-trinek, isiru bil-galbu, bla ma titqiegħed f’riskju saħħet il-ħaddiema jew issir ħsara lill-infrastruttura eżistenti jew lill-propjetajiet fl-inħawi. Ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet tas-servizzi li għad jonqos isiru taħt l-art, inkluż l-aħħar parti tas-sistema ġdida tad-drenaġġ u l-bini tal-bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat, imbagħad ikun imiss it-tisħiħ tal-pedamenti qabel ma jibda l-kisi ta’ wiċċ il-kumplament tat-triq b’diversi saffi t’afalt. Kemm-il darba ma jirriżultawx diffikultajiet oħrajn mhux previsti, dan il-proġett huwa ppjanat li jkun lest sal-aħħar tas-sena.

In-Naxxar — Triq ix-Xbieki - xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 11217 u 11566, jista’ l-Ministru jgħid id-data eżatta ta’ meta beda u meta tlesta x-xoghol fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti, Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew u tlestew f’Ġunju 2019. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.

Sptar Mater Dei – nazzjonalità tal-ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hu n-numru ta’ ħaddiema (staff) li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei (li jinkludi wkoll SAMOC) hemm irreġistrati 5,311 ħaddiem li minnhom 347 huma ta’ nazzjonalita mhux Maltija.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — numru ta’ pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza mis-sena 2013 sal-2018 jinsab fit-tabella hawn taħt flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija fit-tabella. Numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza Hospital identification/ ID card letter2013*20142015201620172018 Maltese (M,L,P)9860099754103913108731108358106556 Gozitan (G,H)110011561211136013241275 Non-Maltese Residents (A)634283719834119261321814515 New Born/Children ( C)162819583804518173277731 Foreigners (F)803687029985106541153112442 Numru totali115706119941128747137852141758142519 Tfal bil-karta tal-identita’ M,L,P, G, jew H jidhru mal-kategoriji l-oħra. *Minn Diċembru tal-2012 sa Novembru tal-2013.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – persuni li soffrew Vjolenza Domestika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba Vjolenza Domestika, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Emerġenza – Dipartiment Pedjatriku — tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu tfal fid-Dipartiment Pedjatriku tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza taħt l- ispeċjaliżazzjoni tal-pedjatrija mis-sena 2014 sal-2018 jinsabu fit-tabella hawn taħt flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija. Source: PAS & CPASNumru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza (Pedjatrija) Hospital identification/ ID card letter20142015201620172018 Maltese (M,L,P)87048163115101119810924 Gozitan (G,H)4455837276 Non-Maltese Residents (A)27344287711461358 New Born/Children (C)13992834461468607225 Foreigners (F)509639102412111284 Total1092912133181082048720867

Sptar Mater Dei – Dipartiment/wards tal-Ġinekoloġija – pazjenti nisa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu nisa fid-Dipartimenti/Wards differenti tal-Ġinekoloġija fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? , Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ ‘discharges’ li kien hemm fis-swali ‘delivery suite’, ‘gynae ward’, ‘obstetrics ward 1’, ‘obstetrics ward 2’ u ‘obstetrics ward 3’ bejn l-2013 u l-2018, flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija fit-tabella. Source: PAS & CPASNumber of Registered Discharges from Obstetrics & Gynaecology wards MDH Hospital identification/ ID card letter2013*20142015201620172018 Maltese (M,L,P)772882567952778576267256 Gozitan (G,H)127116121171168156 Non-Maltese Residents (A)76110721197137415191750 Foreigners (F)288465452395466484 Total890499099722972597799646 *Minn Diċembru tal-2012 sa Novembru tal-2013.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – waiting time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-average waiting time minn meta pazjenti jidħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm tinstabilhom sodda f’waħda mill-wards, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2013, l-medja tal-ħin ta' stennija sabiex issir il-vista mit-tabib u t-testijiet neċessarji fid-Dipartiment tal-Emerġenza kienet ta' 13-il siegħa filwaqt li preżentament l-ħin medju ta’ stennija huwa ta’ madwar 5 sigħat.

Sptar Mater Dei – staff — uniformi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, x’inhi r-raġuni għalfejn mhux l-istaff kollu tal-Isptar Mater Dei huwa pprovdut bl-uniformi uffiċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fl-istreams kliniċi li jservu f’areas kliniċi fl-isptar Mater Dei għandhom aċċess għal uniformi skont policies tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Persuni bid-Dijabete – kura fin-Nervituri tas-Saqajn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11278, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fl-istess perjodu indikat fir-risposta (Jannar 2016 sa Awwissu 2019) kemm minn dawn l-2,326 pazjent li qed jiġu kkurat fin-nervituri speċjalment tas-saqajn (neuropathy), konsegwenza tad-dijabete ġie kkurat fil-Foot Diabetic Ward?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nixtieq nikkjarifika li l-perjodu rreferut fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11278 kien minn Jannar tal-2012 sa Awwissu tal-2019. Ninfurmaha ukoll illi d-Diabetic Foot Ward infetħet f’Jannar tas-sena 2018. Minn Jannar tal-2018 sa Awwissu tal-2019 kien hemm 629 discharges f’pazjenti li jbatu bid-dijabete li ddaħħlu fil-Diabetic Foot Ward għal kura.

Persuni bid-Dijabete – kura fin-Nervituri tas-Saqajn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11278, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fl-istess perjodu (Jannar 2016 sa Awwissu 2019) kemm minn dawn l-2,326 pazjent li qed jiġu kkurati fin-nervituri speċjalment tas-saqajn (neuropathy), konsegwenza tad-dijabete li fil-fatt kellhom jgħaddu minn amputazzjoni tar-riġel jew parti mir-riġel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi li l-perjodu rreferut fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11278 kien minn Jannar tal-2012 sa Awwissu tal-2019. Ninfurmaha ukoll li bejn Jannar 2016 u Awwissu 2019, kien hemm 111 pazjenti li jbatu bid-dijabete li kellhom Above Knee jew Below Knee Amputation. Jekk pazjent kellu aktar mnn amputation waħda ġie magħdud darba.

Persuni bid-Dijabete – Kura fl-Għajnejn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11280, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, bejn Jannar 2016 u Awwissu 2019, kemm minn dawn il-pazjenti li qed jiġu kkurati fl-għajnejn (retinopathy), konsegwenza tad-dijabete, kellhom jgħaddu minn intervent kirurġiku u kemm minnhom tilfu d-dawl ta’ għajnejhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar tal- 2016 u Awwissu tal-2019, kien hemm 444 vitrectomies f’345 pazjenti li jbatu mid-dijabete. Ma hemmx informazzjoni dwar kemm minn dawn tilfu d-dawl t’għajnejhom. Fil-fatt din is-sena tniehda stħarriġ nazzjonali (Malta Eye Study) fuq in-numru ta’ persuni nieqsa mid-dawl f’Malta taħt it-tmexxija tal-kirurgu speċjalizzat fl-għajnejn, Mr. Francis Carbonaro.

In-Naxxar – Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11566, jista’ l-Ministru jgħid liema kienet id-data meta beda x-xogħol, id-data ta’ meta spiċċa l-istess u speċifikament fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11566 tas-Seduta 260.

Jobsplus – Taħriġ għax-Xogħol lil persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11284, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu persuni b’diżabilità li huma mħarrġa mill-Jobsplus?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus mill-255 persuna b’diżabilità li kienu mħarrġa bejn Jannar u Awwissu 2019, 92 persuna minnhom sabu xogħol. Ta’ min jinnota li dawn in-numri mhumiex uniċi, dan għaliex persuna tista' tkun attendiet iżjed minn kors wieħed. Minn 255, in-numru ta’ persuni uniċi jammonta għal 217 u minn 92 in-numru ta’ persuni uniċi jammonta għal 90. It-tabella t’hawn taħt turi x-xogħol li qed jagħmlu. L-oħrajn għadhom qed jiġu segwiti minn Lino Spiteri Foundation. Social Work and Counselling Professionals Clerk General Office Clerk Contact Centre Information (customer care) Clerk Enquiry Receptionist General Clerk Shipping and Transport Assistant Librarian Clerical Support Workers not Elsewhere Classified Salesperson Shop Cashiers and Ticket Clerks Care Worker personal Security Guard Mechanics and Repairers Motor Vehicle Machine Operator Plastic Products Cleaners and Helpers Domestic Cleaners and Helpers in Offices Hotels and Other Establishments Hand Packer Labourer (incl. factory hand unskilled labourer) Crew Member fast food Kitchen Hand Labourer Sweeper and Related Messenger Handyperson/Maintenance Attendant other

Skejjel tal-Gvern – servizz ta’ first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom is-servizz ta’ first aiders kwalifikati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif se nsemmi: Gozo College Middle School, Victoria Secondary School, Victoria Xagħra Primary Xewkija Primary Maria Reġina College Middle School, Naxxar Secondary School, Mosta (Żokrija) Għargħur Primary Mosta Primary A Mosta Primary B Annexe St Paul's Bay Primary Naxxar Learning Support Centre (Secondary) St Benedict College Secondary School, Kirkop Middle School, Kirkop Birżebbuġa Primary Għaxaq Primary Gudja Primary Kirkop Primary Mqabba Primary Safi Primary Żurrieq Primary St Clare College Gżira Primary San Ġwann Primary St Julians Primary St Ġorġ Preca College Middle School, Blata l-Bajda Secondary School, Ħamrun Education Hub, Msida Floriana Primary Ħamrun GP Primary Ħamrun SS Primary Marsa Primary Paola Primary A Paola Primary B St Ignatius College Middle School, Ħandaq Luqa Primary Qormi San Bastjan Primary St Margaret College Secondary School, Verdala Kalkara Primary Senglea Primary Vittoriosa Primary Żabbar Primary A St Nicholas College Secondary School, Dingli Attard Primary Baħrija Primary Dingli Primary Mġarr Primary Mtarfa Primary Rabat Primary St Theresa College Secondary School, Mriehel Birkirkara Primary Lija-Balzan-Iklin Primary St. Venera Primary St Thomas More College Middle School, Tarxien Secondary School, Żejtun Secondary School, Sta Luċija Visual & Performing Arts / Boys' Secondary, Ħamrun (Samra) Alternative Learning Programme (ALP) - Paola Fgura Primary A Fgura Primary B Marsascala Primary Marsascala Primary (new school) Żejtun Primary A Żejtun Primary B Learning Support Centre, Ħamrun Mikiel Anton Vassalli College Gozo Visual and Performing Arts School Johann Strauss School of Music Lifelong Learning Msida Ġuże' Ellul Mercer - 16+ Education Project, Gżira