Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu l-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12233 Sitting 283 2019-11-26 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — arrest ta' żgħażagħ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12162, jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li dawn l-arresti saru fl-ITS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistqosijiet parlamentari 12162 u 12163.

ITS — arrest ta' żgħażagħ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12163, jista' l-Ministru jgħid jekk l-arresti sarux fuq il-Campus tal-ITS?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif ikkonfermat fl-ewwel tweġiba, il-lokalità tal-arresti kien Ħal Luqa fil-Campus tal-ITS.

Persuni li għandhom id-Dijabete Type 2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12173 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11276 u 11706, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kartuna r-roża li għandhom il-kundizzjoni tad-Dijabete?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — nazzjonalità tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12171 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12024, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin il-ħaddiema Maltin u barranin skont il-professjoni u l-grad tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġor parti tal-ħaddiema barranin li jaħdmu f’Mater Dei (li jinkludi ukoll l-isptar Sir Anthony Mamo) huma Staff Nurses u Resident Specialists.

Jobsplus – Taħriġ għax-Xogħol lil persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11711, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jieħdu taħriġ fl-IT jew biex ikollhom aċċess għal xogħol diġitali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus fil-preżent hemm seba’ (7) persuni b’diżabilità li qed jieħdu taħriġ fl-IT.

Skejjel – nuqqas ta’ first aiders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11705, jista’ l-Minsitru jgħid jekk fil-fatt l-għalliema mħarrġa fil-first aid humiex awtorizzati li jamministraw mediċina f’każ ta’ emerġenza bħal Epipen jew il-Glucagon f’każijiet ta’ tfal li għandhom allerġiji severi għal-lewż jew għandhom id-dijabete rispettivament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-First Aiders fl-iskejjel huma kollha mħarrġin għall-Epipen. Fil-każ tal-Glucagon, jingħataw taħriġ jekk fl-iskola partikulari jkun hemm dan il-bżonn.

Skejjel — servizz ta' nurses

Question

B’referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill-Ministru fuq is-servizz ta’ nurses jew professjonisti mediċi oħra fl-iskejjel, u wara li nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019, iltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, jista’ l-Ministru jgħid, jekk il-Gvern hux biħsiebu li jdaħħal is-servizz ta’ infermiera jew professjonisti mediċi (mhux biss first aiders) f’KULL skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għal din il-mistoqsija, ta’ min wieħed jinnota li fl-iskejjel kollha tal-Istat mainstream hemm is-servizz tal-infermieri biex tingħata l-mediċina neċessarja lil studenti li jeħtiġuha matul il-ġurnata skolastika. Dan iseħħ wara li l-ġenituri jimlew applikazzjoni neċessarja li tingħata lill-Kap tal-iskola biex hekk isiru l-proċessi neċessarji mal-kuntrattur li jipprovdi dan is-servizz. Sadanittant, fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa fejn hemm tfal u żgħażagħ b’diżabbiltà, diġà hemm is-servizz t’infermiera li tagħti proviżjon għall-ġurnata sħiħa tal-iskola. Qiegħed ukoll jiġi studjat kif dan is-servizz u anke l-assistenza tal-First Aiders fl-iskejjel jiġi estiż u msaħħaħ.

Skejjel tal-Knisja u Privati — servizz ta' nurses

Question

B’referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill-Ministru fuq is-servizz ta’ nurses jew professjonisti mediċi oħra fl-iskejjel, u wara li nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019, iltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, jista’ l-Ministru jgħid, jekk il-Gvern hux qed jiddiskuti mal-iskejjel tal-Knisja u dawk privati u indipendenti biex jassigura li dan l-istess servizz ikun f’dawn l-iskejjel ukoll?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, dakinhar tal-laqgħa indikata, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ippreżenta s-sitwazzjoni tal-inċidenza ta’ studenti bid-dijabete fl-iskejjel tal-Istat u se jkun qiegħed jara x’assistenza hi meħtieġa aktar għal dawn l-istudenti. Sadanittant, il-Ministeru se jkun qiegħed jitkellem mas-setturi tal-Knisja u Indipendenti biex jifhem din is-sitwazzjoni f’dawn is-setturi wkoll.

Għaliema li qatt ma ġew infurmati bi tfal bid-dijabete

Question

B’referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill-Ministru fuq is-servizz ta’ nurses jew professjonisti mediċi oħra fl-iskejjel, u wara li nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019, iltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju li hemm każijiet ta’ tfal bid-dijabete li ġew irreġistrati mal-amministrazzjoni tal-iskola imma l-għalliema qatt ma ġew infurmati b’dan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kulleġġ San Benedittu kellu każ wieħed li kien fl-iskola Primarja taż-Żurrieq fejn tifla saru jafu li għandha d-dijabete waqt il-parents' afternoon. Oħt it-tifla qalet lill-għalliema, iżda l-iskola ma kellha xejn bil-miktub. Infurmat ukoll li fil-Kulleġġi l-oħra ma kien hemm l-ebda każ fejn l-għalliema ma ġewx infurmati.

Studenti reġistrati li jbatu bid-dijabete

Question

B’referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt lill-Ministru fuq is-servizz ta’ nurses jew professjonisti mediċi oħra fl-iskejjel, u wara li nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019, iltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li l-kwestjonarju li jsir meta tfal jidħlu l-ewwel darba fi skola, jibda jirrepeti ruħu kull sena għaliex hemm tfal li tkun ħarġitilhom kundizzjoni fi snin ta’ wara li jkunu bdew l-iskola u dawn jispiċċaw ma jkunux irreġistrati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-kwestjonarju li jsir fil-bidu tal-mixja skolastika tal-istudent jiġi rivedut kull sena mill-għalliem li jieħu l-klassi dik is-sena. Hija responsabbiltà tal-ġenituri/kustodji li javżaw lill-iskola b’tibdil fl-informazzjoni personali bħal indirizz residenzjali, numru/i tat-telefon, kundizzjoni medika u kull tagħrif ieħor relevanti.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – persuni li soffrew Vjolenza Domestika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12019 u jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba Vjolenza Domestika, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmaha li qabel is-sena 2016 din l-informazzjoni ma kinitx tinġabar. Sena Irġiel Nisa Total 2016 2 25 27 2017 2 21 23 2018 3 37 40 Minn dawn fl-2016 kien hemm 5 persuni li kienu ta’ nazzjonalità barranija, fl-2017 kien hemm 6 u fl-2018 kien hemm 13.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – waiting time

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12022, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm hu twil il-ħin kollu ta’ stennija (medju) minn meta pazjenti jidħlu fl-Emerġenza sakemm jingħataw sodda f’ward sena b’sena bejn l-2013 u l-2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi mill-2012 sal lum iż-żmien ta’ stennija sabiex issir il-vista tat-tabib u jsiru t-testijiet neċessarji fl-emerġenza naqas drastikament. Il-medja ta’ stennija fl-2018 minn meta pazjenti jidħlu fl-Emerġenza sakemm jingħataw sodda f’ward kienet ta’ 6 siegħat.

Sptar Mater Dei – staff — uniformi

Question

B’referenza għar-risposta għal-mistoqsija 12023, jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ħin li wieġeb din il-mistoqsija kien hemm numru ta’ ħaddiema fl-Isptar Mater Dei, fosthom tobba u nurses li ma’ kellhomx l-uniformi uffiċjali skont il-kategorija tagħhom? Jekk iva, x’kienet ir-ragun? U x’inhi s-sitwazzjoni fil-ħin li l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 5,311 il-ħaddiem li jaħdem f’Mater Dei, 2 ħaddiema qed jistennew l-uniformi tagħhom filwaqt li t-tobba li għadhom kif iggradwaw għad qed isir l-arranġament meħtieġ sabiex jingħataw l-uniformi.

Persuni bid-Dijabete — kura fl-għajnejn

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11280 u 11709, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-Malta Eye Study u meta huwa ppjanat li joħorġu r-riżultati ta’ din ir-riċerka?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-Malta Eye Study bħalissa qed isir xogħol biex jintgħażel il-kampjun ta’ persuni li ser ikunu mistiedna jieħdu sehem. Meta jitlesta dan il-proċess, jibda l-istħarriġ proprju li mistenni jieħu madwar sentejn sabiex tkun tista tinġabar biżżejjed data u jibdew jinħarġu r-riżultati minn din ir-riċerka.