Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
B'referenza għall-barriera f'Birguma, fin-Naxxar (Quarry HM 28), tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inspection reports li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), flimkien ma' kopji ta' rapporti ta' monitoraġġ u/jew enforcement minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tingħata tweġiba f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fi Triq il-Fortizza, il-Mosta, tlestiex u għal liema raġuni din it-triq reġgħet ingħalqet bejn it-13 u d-19 ta’ Jannar 2025? Jista’ jgħid ukoll meta beda x-xogħol kollu f’din it-triq u kemm dam għaddej?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-somma ta’ €1,460,245.88 għandha tinġabar mill-Gvern għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin mill-isptar Mater Dei u dawn il-pazjenti ma kellhomx dritt għal servizzi b’xejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) fl-2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni biex dawn it-trabi nżammu fl-NPICU?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsba infurmat li n-numru ta’ trabi u tfal li ddaħħlu fil-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) hu kif ġej: fl-2022 daħlu 449; fl-2023 daħlu 515 u fl-2024 daħlu 562 (din iċ-ċifra hi proviżorja).
Ir-raġunijiet komuni biex dawn it-trabi inżammu fl-NPICU huma kif ġej: il-piż tat-tarbija, problemi respiratorji u dwar l-ikel, bacterial sepsis u neonatal jaundice.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18655, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett tal-Iskola Primarja tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll jekk s’issa sarx xi xogħol? Jekk iva, liema xogħol sar? Jekk le, meta se jibda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
In-Naxxar — Skola Primarja - Indafa u żamma ta’ madwar l-iskola
Question
Fid-dawl tal-fatt li qed jinġabar ħafna ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid min suppost qed jieħu ħsieb l-indafa u ż-żamma ta’ madwar l-iskola, mill-kanċell ’l ġewwa, sakemm titwaqqa’ u tinbena l-Iskola Primarja tan-Naxxar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qed jieħdu l-injection tal-Eylea minħabba kundizzjoni deġenerattiva f’għajnejhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm żewġ pazjenti li qed jieħdu l-għajnuna mill-Gvern biex jieħdu din l-injezzjoni bħala trattament, wara li l-konsulent ikun applikalhom tramite l-iskema tal-EMTC.
Injection tal-Eylea – Persuni li għandhom id-dijabete
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-pazjenti li qed jieħdu l-injection tal-Eylea minħabba kundizzjoni deġenerattiva f’għajnejhom għandhom id-Dijabete? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn għandhom id-Dijabete Type 1 u kemm Type 2?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li pazjent wieħed għandu dijabete u tal-ewwel tip.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pazjenti qed iħallsu €900.10 għal kull injection tal-Eylea?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn iktar minn doża waħda ta’Aflibercept, li jiswew differenti minn xulxin. Il-pazjenti qed jieħdu refużjoni ta’ €650 għal kull doża li jieħdu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex l-injection tal-Eylea tidħol fuq il-formolarju tal-mediċini? Jekk iva, meta huwa ppjanat li dan isir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-klassi ta’ medicini li tagħha tagħmel parti l-Eylea® (Aflibercept) diga’ qiegħda fuq il-formularju bħala trattament tat-tieni linja (second line).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li jaħdmu f'Aġenziji tal-Gvern ma jingħatawx l-istess opportunità ta’ remote working bħal ħaddiema oħra tas-Servizz Pubbliku?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2024 sal-lum, inxtraw żewġt (2) macbooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l-MITA mhux talli ma toġġezzjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2024 sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtraw tlett MacBooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ħadimx il-kampanja elettorali tiegħu għall-Kunsilli Lokali mill-uffiċċju li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament u jekk użax il-laptop tax-xogħol għall-istess kampanja elettorali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija li ma għandiex informazzjoni li jirriżulta dak allegat. Kull allegazzjoni tkun investigata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabbadx ħaddiema mill-uffiċċju li d-dettalji tiegħu wkoll qed jingħataw separatament biex iqassmu leaflets politiċi tiegħu ġewwa t-toroq tax-Xgħajra qabel l-elezzjoni ta’ Ġunju 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija li ma għandiex informazzjoni li jirriżulta dak allegat. Kull allegazzjoni tkun investigata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta’ bullying u harassment li qed jeżerċita l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq il-ħaddiema fl-uffiċċju li d-dettalji tiegħu wkoll qed jingħataw separatament u jgħid jekk itteħdux passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija li ma ġewx sottomessi rapporti kif mistoqsi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jistgħu japplikaw għal remote working jew extended remote working imma l-ħaddiema tas-Settur Pubbliku ma jistgħux?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li entitajiet u agenziji li jiffurmaw parti mis settur pubbliku għandhom policies għalihom dwar family friendly measures, għax kull aġenzija jew entità jkollha r-realtà settorjali tagħha. Madankollu f'kull komunikat li jsir mill-Uffiċċju tal-Kap tas-Servizz Pubbliku dwar din il-materja, l-entitajiet dejjem jiġu mħeġġa biex fejn hu possibbli u fejn in-natura tax-xogħol tippermetti, l-impjegati jiġu offruti l-modern work pratices simili għas-Servizz Pubbliku.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat għad-Djalogu Soċjali – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li inxtraw 2 macbooks għall-użu ta’ staff fis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.