Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċmbru 2019.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru rrapportati lill-pulizija kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mis-sistema elettronika tal-Pulizija jirriżulta li l-ammont ta’ każijiet ta’ Vjolenza Domestika rrapurtati fis-snin 2017, 2018 u 2019 kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma hemmx kategorija ta’ każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u għaldaqstant bħalissa dawn il-figuri mhux aċċessibbli mis-sistema għalkemm qed jittieħdu passi biex din il-kategorija ta’ vjolenza tiżdied fis-sistema wkoll.
2017
2018
2019
Każijiet ta’ Vjolenza Domestika
1257
1341
1325
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tingabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, id-direct orders li ngħataw fis-snin indikati minnha huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija kif ġej:
MFTP incl Missions
Number of Direct Orders
Total value per year
2017
33
€1,307,147
2018
42
€1,317,941
2019
45
€1,231,865
Trade Malta
Number of direct Orders
Total value per year
2017
4
€44,555
2018
4
€79,790
2019
3
€90,720
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — xogħol ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kien ix-xogħol li kien jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ammetta li kien hu li għamel tibdil fil-profil fuq Wikipedia ta’ persuna li isimha qed jingħata separatament u li ġie deskritt bħala konsulent fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. interpellanta kien membru tal-iStrategic and Priorities Unit fuq kuntratt ta’ person of trust fejn kien jagħmel xogħol ta’ konsulent fuq miżuri tal-baġit u l-manifest elettorali, fost oħrajn.
Ħatriet fuq bordijiet ġew itterminati wkoll.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx impjegat bħala person of trust? Jekk le, jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xogħol li kien jagħmel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. interpellanta għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 12579.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Impjieg ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tkeċċiex jew irreżenjax mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Jista' jgħid x’kienet id-data tat-tmiem tal-impieg tiegħu fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-kuntratti tal-individwu twaqqfu nhar it-22 ta’ Jannar 2020.
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti — tfal bid-dijabete
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12177, jista’ l-Ministru jgħid jekk inġabritx l-informazzjoni fuq in-numru tat-tfal li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete u li jattendu skola tal-Knisja jew Indipendenti? Jista jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li filwaqt li tali dejta hija miġbura u miżmuma aġġornata għall-iskejjel tal-Istat, mis-setturi tal-Knisja u l-Indipendenti l-MEDE ma jingħatax din id-dejta.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4479 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 300 tat-Tlieta, 18 ta' Frar 2020)
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12176, u għal dak li ġie diskuss nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019 meta ltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, peress li ħareġ ċar li mhux minnu li tfal bid-dijabete qed jinqdew bis-servizz tal-infermiera fl-iskejjel tal-Istat, jista’ jgħid x’passi biħsiebu jieħu l-Gvern biex tfal bid-dijabete u kundizzjonijiet oħrajn verament ikollhom servizz u assistenza xierqa mill-infermiera (fl-iskejjel tal-Istat u dawk tal-Knisja u Indipendenti) kif inhu dritt tagħhom sabiex jgħixu ħajja normali waqt li jkunu l-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ħidma tal-MEDE kompliet b’diskussjonijiet mal-konsulent tal-isptar Mater Dei li jara lit-tfal li għandhom id-dijabete biex flimkien ikomplu jibnu fuq it-taħriġ mogħti lill-First Aiders. Tkompliet ukoll il-ħidma biex fl-iskejjel ikun hemm żewġ First Aiders.
Sadanittant, infurmat li t-18-il student fl-iskejjel tal-Istat li għandhom din il-kundizzjoni u li l-ġenituri tagħhom applikaw għas-servizz tan-ners, qed jingħataw l-assistenza minn ners li ddur l-iskejjel fejn hemm dawn l-istudenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru rrapportati lill-pulizija kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat
Ministeru għat-Turiżmu — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12400, tista' l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipediea page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12401, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?