Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali — direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12597, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħatat kull direct order?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Sigurtà tal-Pulizija — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu bis-sigurtà tal-pulizija ħdejn id-dar tiegħu? Jekk dan hu minnu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal din is-sigurtà?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li għal raġunijiet ta’ sigurtà mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni, min ma għandux u l-modalitajiet ta’ tali protezzjoni.

In-Naxxar — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fin-Naxxar kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’għaxar toroq fin-Naxxar. Dawn huma Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ġdida fi Triq ix-Xbieki, Triq il-Kampanjol, Triq il-Prinjol, Triq tal-Qadi, Sqaq il-Magħtab, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Vjal il-Labour, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq il-Parroċċa. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: p/o Vjal il-Labour p/o Triq tal-Balal Triq Il-Katakombi Triq Id-Dwieli + extension up to Naxxar roundabout 2018: Triq Wied Filep Santa Faustina ta Kowalska

San Pawl il-Baħar — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’San Pawl il-Baħar kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’24 triq f’San Pawl il-Baħar. Dawn huma Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq l-Iskuna, Dawret in-Nawfraġju, Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq is-Simar, Triq Isourd, Triq Dawret il-Gżejjer, Triq Toni Camilleri, Triq ix-Xitwa, Triq Sant Antnin, Triq ir-Rebbiegħa, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq iċ-Ċagħaq, Triq Ċensu Tanti, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen u Triq Paderborne. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: p/o Dawret il-Gzejjer St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 1 p/o Triq it-Tamar / Triq il-Fugass St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 2 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 4 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 3 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 5 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 6 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 8 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 7 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 10 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 9 Triq ix-Xaghra tal-Bandieri p/o Triq il-Fliegu 2018: Urgent repair works at Xatt il-Pwales, Xemxija

Il-Mellieħa — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fil-Mellieħa kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’ħames toroq fil-Mellieħa. Dawn huma Triq il-Marfa, Triq il-Mellieħa, Triq bla isem fi Triq il-Mellieħa, Triq ir-Ramla ta’ Bir u Triq il-Palma. Ix-xogħol fis-sena 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2018: Major patching works in p/o Triq Louis Wettinger Major patching works and restraint system at Triq Louis Wettinger - Phase 2 Emergency repair to damages in p/o Triq Gorg Borg Olivier Major patching works & restraint system in p/o Triq Louis Wettinger - Phase 3

Birkirkara — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Birkirkara kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajji¿. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’seba’ toroq f’Birkirkara. Dawn huma Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq it-Torri u Triq Notabile. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: p/o Triq Bontadini Triq P P Castagna and p/o Triq Bontadini Road works in Triq Bontadini (ifo school) Triq Bontadini (up to Triq Cagliares) & p/o Triq l-Imriehel (Phase 3) 2018: P/o Triq Mose Gatt and p/o Triq G. Depiro

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — direct orders

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12590, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-individwi u/jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id-direct orders?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12949 Sitting 305 2020-03-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12599 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12600 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-ONOR Interpellant li r-risposta ta' din il-mistoqsija se tkun qed tingħata f'seduta oħra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12601 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Direct Orders Moghtija Matul 2017, 2018, 2019 Dipartiment/ Entità Sena Numru ta' Direct Orders Ċifra Globali VAT eskl. Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industriali u Impjieg (DIER) 2017 0 €0.00 2018 4 €196,080.67 2019 0 €0.00 Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) 2017 0 €0.00 2018 1 €13,599.32 2019 1 €12,033.40 Public Broadcasting Services Ltd (PBS) 2017 0 €0.00 2018 3 €109,007.43 2019 1 €15,775.00

Awtorità tad-Djar — direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12602, jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità tad-Djar kemm tat direct orders fis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Direct Orders, bejn is-snin 2017 – 2019 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dawn id-Direct Orders ingħataw f’każijiet t’emerġenza. Sena Numru ta’ Direct Orders 2017 12 2018 18 2019 11

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, in-numru ta' serqiet li ġew irapportati lill-Pulizija huwa hekk kif ġej: Isem tad-Dipartiment/Entità Rapporti 2017 Rapporti 2018 Rapporti 2019 Deskrizzjoni Direttorat għad-Diversifikazzjoni u Kompetittività - - 1 Ġie rrapurtat l-għassa tal-pulizija serqa ta’ chainsaw li l-valur ta’ dan ma jaqbiżx il-500 Ewro

Persuni bid-Dijabete — kartuna roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12235 u 12173 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11276 u 11706, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kartuna r-roża li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni li għandhom il-karta r-roża ‘l għaliex huma ċċertifikati li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete jammonta għal 3450.
Leg 13 PQ #12850 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12586 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. (Korrezzjoni: Ara PL4982 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 336 nhar l-Erbgħa 27 ta' Mejju 2020)

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12587 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12588 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, id-direct orders li ngħataw fis-snin indikati minnha huma kif jidhru f’din it-tabella: Sena Direct Orders Ċifra 2017 93 €2,522,015.47 2018 88 €2,472,408.43 2019 80 €2,529,823.94 Rigward l-entitajiet fi ħdan il-MEDE, l-informazzjoni hi kif ġej: Sena Direct Orders Ċifra 2017 125 €12,623,218.28 2018 135 €11,110,333.04 2019 162 € 7,285,481.43 (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4858 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 328, nhar it-Tnejn 11 ta' Mejju 2020.)

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-ilma — Direct Orders

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12589, jista' l-Ministru jgħid kull direct order lil min ingħatat (individwi u/jew kumpaniji)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħta f’seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija ammontaw għal sitta.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġburha mill-Ministeru, d-dipartimenti, d-dekasteru u l-awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu matul is-snin 2017, 2018 u 2019 kien hemm 6 serqiet li ġew irrapportati lill-Pulizija.