Ministeru għat-Turżimu u Protezzjoni tal-Konsumatur — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtha jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tagħmel użu minn żewġ vetturi tal-elettriku, filwaqt li l-Medicines Authority għandha karozza tal-elettriku u oħra hybrid.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll id-Dipartiment tal-Pulizija jagħmlu użu minn karozza waħda kull wieħed li taħdem bl-elettriku, fir-rigward tal-LESA nħarġet sejħa għall-offerti għal veturi ta’ dan it-tip fix-xhur li għaddew, liema offerta hija aġġudikata, u preżentement, ir-rapport tal-evalwazzjoni jinsab id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ipproċessar. Il-korp tal-Pulizija wkoll qed jaħdem fuq proġett li jinvolvi x-xiri ta’ vetturi elettriċi fejn possibli.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, il-vetturi general use użati mis-Segretarjat tiegħi huma tnejn li jaħdmu bl-elettriku, filwaqt li vettura oħra li taħdem bl-elettriku hija allokata fis-Segretarjat Permanenti. Fejn jikkonċerna l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi bdiet tħejji dokument ta’ tender li għandu jwassal sabiex disgħa u tmenin fil-mija (89%) tal-flotta tagħha tkun taħdem bl-elettriku.
Ministeru għas-Saħħa — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll l-entitajiet u d-dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12606, jista' l-Ministru jgħid fil-każ tal-entitajiet pubbliċi, kif tinqasam in-nefqa għal kull entità u jispeċifika n-nefqa għal kull entità, fis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Air Malta għandha żewġ karozzi Hybrid filwaqt Air Malta Aviation Services għandha flotta ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku li jikkonsistu f’għoxrin baggage tractors u għaxar ‘’belt loaders’’
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din is-sena l-Ministeru se jkun qiegħed jara kif it-trasport ġenerali tal-Gvern jista’ jibda isir b’mod kollettiv, iċentralizzat taħt dipartiment wieħed permezz ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Dan il-proġett jista’ jkun suġġett għall-kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.
Sa dan it-tant ARMS bdiet il-proċess biex gradwalment taqleb it-tmien vetturi tagħha għal dawk li jaħdmu kompletament bl-elettriku. S’sissa ARMS għandha żewġ vetturi li jaħdmu bl-elettriku, u din is-sena ser tkun qiegħda tinvesti f’żewg karozzi oħra ta’ dan it-tip. L-erbgħa vetturi l-oħra huma pjanati biex jinqelbu kompletament għall-elettriku fis-snin li ġejjin.
Minn naħa l-oħra, l-Enemalta tgħamel użu minn numru ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Dawn jinkludu vettura li tintuża f’mini taħt l-art, tlett
fork lifters
, żewġ vetturi żgħar, u kif ukoll van mikri li qed jintuża bħala prova. L-Enemalta qiegħda taħdem ukoll fuq speċifikazzjonijiet ta’
tender
biex jinxtraw numru ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Ir-REWS jagħmlu użu ta’ żewġ karozzi li jaħdmu bl-elettriku minn flotta ta’ tlieta.
Ta’ min jinnota li l-Continental Shelf u l-Melita Transgas ma jużaw l-ebda tip ta’ vettura. L-entitajiet l-oħra ma jużawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Ħal Lija kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż.
Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Lija. Dawn huma Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin.
Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej;
2017:
Triq in-Naxxar
Naxxar Road /Triq il-Kbira
Upgrading of area between Lija cemetery and roundabout
2018:
Alterations to roundabout junction at Triq Il-Mosta j/w Triq Valletta j/w Labour Avenue
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Ħal Balzan kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajji¿.
Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Balzan. Dawn huma Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied.
Ix-xogħol fis-sena 2017 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej;
2017:
Triq l-Imdina
Triq P P Castagna and p/o Triq Bontadini
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fl-Iklin kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż.
Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq fl-Iklin. Dawn huma Triq il-Prinjol u Triq in-Naxxar.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12603, jista' l-Ministru jgħid liema persuni/kumpaniji ngħataw dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont ta' kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 12981 - Direct Orders - Sitting 04.03.2020.xlsx
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12604 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12605 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qedt tingabar.