Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12623 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, ma kien hemm l-ebda rapport lill-pulizija.
Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12617 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 13153 - nefqa fuq fuel-petrol-diesel.pdf
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12619 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Dipartiment/ Direttorat/Entita'
Nefqa €
2017
2018
2019
Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industriali u Impjieg (DIER)
4,721.00
1,867.29
2,778.51
Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli
0.00
0.00
0.00
Public Broadcasting Services
15,177.00
13,154.00
13,675.00
Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC)
3,711.86
3,150.85
2,422.88
Malta Council for Economic & Social Development (MCESD)
1,991.03
2,760.17
1,623.23
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12628, tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ serqiet saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u li ġew irrapportati lill-Pulizija, kemm kien l-ammont ta’ kull serqa u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12628, ninfurmaha bis-segwenti:
Sena
Rapporti
Ammont
2017
6
€ 5177
2018
2
€ 1101
2019
17
€ 3546
Hemm żewġ każijiet li l-ammonti tagħhom ma jistgħux jiġu inklużi peress li wieħed għadu qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija u fil-każ l-ieħor l-ammont misruq – li mhumiex flus kontanti - ma jistax jiġi kwantifikat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12629, jista’ l-Ministru jispeċifika x’tip ta’ serqiet saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li ġew irrapportati lill-Pulizija, kemm kien l-ammont ta’ kull serqa u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fejn huwa magħruf it-tip ta’ serqiet u l-ammont ta’ kull serqa li kienet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 12629 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Year
Location
Details
Items stolen
2017
AFM Lyster Barracks
Theft
Mobile phone value 200 Euros
Conduct Office, HQ
Theft
Collection tin - unspecified value
Luqa Barracks AFM
Theft
One wallet - unspecified value
Police MT Garage
Theft
Hand tools valued between Euros 600 & 1500
Police car compound
Theft from vehicle
Various vehicle accessories valued at Euros 2580
St. Andrews Police Compound
Theft from vehicle
Car stereo/DVD player – unspecified value
2018
B’Kara Police station
Theft from Govt. Bldg
One female's purse of unspecified value
2019
Ta’ Kandja
Theft
Police service pockets of pepper spray and torch - Unspecified value
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – rapport ta’ serqa
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12630, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet is-serqa li ġiet irrapportata lill-Pulizija mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u kemm kien l-ammont (valur) ta’ din is-serqa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li f’din is-serqa kien hemm involuti żewġ proċessi tal-Qorti Kriminali, liema proċessi wara kienu nstabu. Il-valuri ta’ dawn il-proċessi ma huwiex wieħed li jista’ jiġi kwantifikat f’valur monetarju.
NCPE – nuqqas ta’ nisa tas-sigurtà fl-Ajruport ta’ Malta (Gate 4)
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-talba għall-investigazzjoni li saret lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' Ugwaljanza (NCPE) fil-31 ta' Lulju 2018, liema talba ġiet "acknowledged" fit-2 ta' Awwissu 2018 mill-istess NCPE, fuq in-nuqqas ta' nisa tas-sigurtà (pulizija jew suldati) preżenti fl-Ajruport ta' Malta (Gate 4), minn fejn jgħaddu numru ta' persuni, inkluż numru dejjem jiżdied ta' nisa, li jsuqu u/jew jaħdmu fuq ajruplani privati u/jew żgħar? Il-Ministru jaf li minħabba n-nuqqas ta' nisa tas-sigurtà qed tinħoloq diskriminazzjoni kontra nisa li jridu jgħaddu minn Gate 4 u ma jistgħux jagħmlu dan jew ikollhom jistennew tul ta' ħin sakemm jinġiebu nisa tas-sigurtà minn xi mkien ieħor?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Kummissarju ordnat li tibda investigazzjoni ex officio skont l-artikolu 17, tal-Kap 456 tal-liġijiet ta' Malta. Filwaqt li ma nstabx li l-fatti allegati jikkostitwixxu diskriminazzjoni, il-Kummissarju issoliċitat lill-forżi tas-sigurta ikkonċernata biex tieħu l-miżuri kollha neċċessarji, inkluż izda mhux limitat, l-implementazzjoni ta' tibdil, fil-proċeduri u r-rosters, sabiex fejn ikun possibli jonqos kull inkonvenjent li jistgħu jbatu minnu persuni li jkollhom bżonn jużaw dawn il-gates fil-Mitjar malti.
NCPE – nuqqas ta’ nisa tas-sigurtà fl-Ajruport ta’ Malta (Gate 4)
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bir-rapport li sar lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' Ugwaljanza (NCPE) fil-31 ta' Lulju 2018, liema talba ġiet "acknowledged" fit-2 ta' Awwissu 2018 mill-istess NCPE, fuq in-nuqqas ta' nisa tas-sigurtà (pulizija jew suldati) preżenti fl-Ajruport ta' Malta (Gate 4), minn fejn jgħaddu numru ta' persuni, inkluż numru dejjem jiżdied ta' nisa, li jsuqu u/jew jaħdmu fuq ajruplani privati u/jew żgħar? Il-Ministru jaf li minħabba n-nuqqas ta' nisa tas-sigurtà qed tinħoloq diskriminazzjoni kontra nisa li jridu jgħaddu minn Gate 4 u ma jistgħux jagħmlu dan jew ikollhom jistennew tul ta' ħin sakemm jinġiebu nisa tas-sigurtà minn xi mkien ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 13027, l-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li l-Ministeru mhux konxju bir-rapport li allegatament sar lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' Ugwaljanza (NCPE) fil-31 ta' Lulju 2018. Madankollu jinsab infurmat dwar Investigazzjoni (ex Ufficio) numru CMPL 25/18 imħejjija mill-NCPE, dwar ‘Allegazzjoni ta’ Diskriminazzjoni fl-aċċess għal ċertu gates fl-ajruport’. Din intemmet u fl-Opinjoni dwarha, il-Kummissarju ma sabitx li l-fatti allegati jikkostitwixxu diskriminazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha tal-impjieg u/jew xogħol mal-Gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hu, bħala konsulent tal-predeċessur tiegħu, kienx jaf bil-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana kif indikata mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia?
Ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jordna inkjesta fuq il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana kif indikata mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il hostel ġiet approvata permezz ta' TCC pożittiv min-naħa tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority (PA) matul l-aħħar seba’ snin? Tista’ tgħid f'kull każ x'kien in-numru relattiv tal-applikazzjoni quddiem il-PA kif ukoll l-indirizz ta' kull hostel?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li bejn l-2013 u l-2019, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu approvat 65 applikazzjoni għall-hostel.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar in-numru relattiv tal-applikazzjoni quddiem il-PA kif ukoll l-indirizz ta’ kull
hostel
.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol. Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs. Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà. Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li l-Gvern għadu ma jittrattax il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala kwistjoni urġenti tal-Istat u mhux bħala waħda privata bejn l-individwi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-Gvern jitratta l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala materja urġenti u ta’ importanza kbira. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika qed timplimenta strateġija nazzjonali gja’ varata kif ukoll liġi sabiex tiżgura li l-Konvenzjoni ta’ Istanbul tkun implementata fuq livell nazzjonali u b’mod orizzontali minn kulhadd. Kif ukoll, isiru kampanji t’għarfien fuq livell nazzjonali sabiex tikkumbatuta b’aktar saħħa din il-pjaga soċjali. L-allokazzjoni baġitarja għas-sena 2020 meta ikkomparata mas-sena preċedenti żdiedet b’70 fil-mija.
Inizjattivi
Matul 2019, il-Kummissjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika ħadmet bi sħiħ mas-servizzi ewlenija tal-Gvern kif ukoll NGOs lokali sabiex jingħata taħriġ lill-professjonisti bl-għan li dawn ikunu mgħammrin b’aktar għodda siewja fejn jidħlu każijiet ta’ vjolenza domestika. Ingħata taħriġ lill-avukati, tobba, pulizija kif ukoll ħaddiema soċjali.
Il-Kummissjoni faslet ukoll kampanji ta’ għarfien, bħas-16-il jum t’attiviżmu kontra l-vjolenza fuq in-nisa fejn saru
video
u radjo klips sabiex ikun hawn aktar għarfien. Il-kampanja wkoll dehret fuq il-siti tal-medja soċjali.
Waqt is-16-il jum, saru wkoll laqgħat ta’ informazzjoni mal-istudenti tal-MCAST kif ukoll laqgħat mal-għaqdiet universitarji.
Tkompla l-implimentazzjoni tal-proġett ‘Breaking the Cycle of Violence’, l-iskop tiegħu hu li jqajjem għarfien ma’ persuni vulnerabbli, fosthom, nisa b’diżabilità, nisa immigrant u nisa LBTI. Dan il-proġett niehda wkoll programm edukattiv ta’ prevenzjoni mal-
girl guides
u l-i
scouts
ta’ Malta u Għawdex - ħidma intensiva ma’ NGOs kif ukoll il-Malta Girl Guides u Malta Scout Group Association.
Proġett ieħor li kompla jindirizza din il-pjaga soċjali huwa dak ta’ ‘GBVSO – Improving Support Structures for Victims of Gender Based Violence’; proġett immexxi minn SOS MALTA, fejn il-Kummissjoni hija waħda mill-partners. Saret riċerka dwar l-għarfien tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru f’oqsma tax-xogħol, kif ukoll ġie mfassal pakkett ta’ taħriġ onlajn lill-persuni li jaħdmu fl-HR. Dan il-proġett niehda wkoll is-servizz onlajn bl-isem ‘Violet’ għall-persuni li għaddejjin mill-vjolenza domestika kif ukoll dik abbżi tal-ġeneru.
Il-Kummissjoni ħasset ukoll il-bżonn li matul l-2019, tfassal kampanja ta’ għarfien mal-
hairdressers
u l-beauticians għaliex dawn huma professjonijiet fejn jiġu f’kuntatt ma’ ħafna nisa u b’hekk jinfirex aktar l-għarfien. Qassamna 'l fuq minn elf
business card
b’numri fejn il-persuni jistgħu jċemplu għall-għajnuna.
Reviżjonijiet tal-liġijiet dwar il-vjolenza kontra n-nisa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-reviżjoni tal-liġijiet dwar il-vjolenza kontra n-nisa, x’inhu l-ħsieb biex il-Gvern Malti verament josserva l-obligazzjonijiet tiegħu kif definiti fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul, sabiex jiġi ¿gurat li kull mara u tfajla tiġi protetta mill-vjolenza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Att Nru XIII tal-2018 mhux biss irriforma u wessa’ l-mandat tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, iżda impona fuqu nnifsu obbligi konsiderevoli, permezz ta’ Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni miżurabbli u revedibbli.
L-istess Att emenda numru ta’ liġijiet oħrajn, fosthom il-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, biex b’hekk il-liġijiet ta’ Malta illum huma kompletament konformi mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul.
Lil hinn mill-konformità legali, iżda, l-Gvern Malti kompla jemenda diversi klawżoli biex jassigura illi l-liġi tkun ta’ konfort għall-vittmi ta’ vjolenza, fost oħrajn, permezz tal-Att Nru XXIV tal-2019 u l-Att Nru III tal-2020. Dawn l-Atti emendaw diversi dispożizzjonijiet legali sabiex jissaħħu u jkunu iktar aċċessibbli għall-vittmi ta’ vjolenza.
L-emendi proposti jkomplu, fost oħrajn, isaħħu l-qafas u l-proċedura relatata mal-ordni ta’ ħruġ temporanju, kunċett imsemmi mill-Konvenzjoni bħala
emergency barring orders
. Dan il-kunċett ġie introdott fil-Kodiċi Kriminali għall-ewwel darba fl-2018, u għaldaqstant kien naturali li jkun hemm
teething issues
inizjali fit-tħaddim tiegħu. Permezz ta’ djalogu kontinwu, komplejna niċċaraw il-proċedura sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu joffru l-aqwa servizz lill-vittmi li jkollhom bżonn tali protezzjoni.
Għalhekk għall-Gvern Malti, l-konformità mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul huwa l-istandard minimu, mhux il-massimu. Permezz ta’ konsultazzjoni kontinwa mal-NGOs u entitajiet li jaħdmu fil-qasam, ser inkomplu nidentifikaw lakuni legali iżda wkoll prattiċi, u flimkien insibu l-aħjar mezz ta’ kif nindirizzawhom.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb biex il-Gvern jagħmel evalwazzjoni ta’ proċeduri u sentenzi tal-Qrati, b’mod speċjali f’każijiet fejn hemm indikaturi ċari ta’ inkompetenza, nuqqas ta’ għarfien dwar il-vjolenza domestika, ‘coercive control’, kif ukoll fatturi ta’ riskju ta’ mewt?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jibqa’ kommess u impenjat bis-sħiħ sabiex ikompli jissolidifika l-politika ta’ zero tolerance għal kull tip ta’ vjolenza fi kwalsiasi ċirkostanza u sa mill-bidu nett.
Ir-reati ta’ vjolenza domestika jew vjolenza abbażi tal-ġeneru, skont il-ligi Maltija tikkontempla, fost ohrajn, il-vjolenza psikologika – li wiehed jista’ jinterpreta bhala coercive control. Reat iehor fil-Kodici Kriminali huwa dak fejn l-imġieba ta’ persuna iggieghel lil ħaddieħor jibża’ li se tintuża vjolenza kontrih. Dan ifisser li l-liġi tagħna tkopri anki tali kunċett. Ahna kommessi u determinati li nkomplu nikkreaw trasformazzjoni socjali sabiex nindirizzaw u nikkumbattu dan il-flaġell soċjali.
F’dan l-ispirtu, kommessi li nkomplu nsaħħu l-għodda u r-riżorsi ghal professjonisti taghna, inkluz il-korp tal-gudikatura. Filfatt, dawn diga’ inghataw taħriġ fuq il- vjolenza abbażi ta’ ġeneru - imma nemmnu li t-taħriġ qatt ma jista’ jkun biżżejjed, speċjalment meta qed nittrattaw tali suġġett.
Pjan għal ħidma aktar mill-qrib ma' NGOs li għandhom esperjenza fil-qasam tal-vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex il-Gvern jaħdem aktar mill-qrib ma’ NGOs li għandhom esperjenza vasta fil-qasam tal-vjolenza domestika?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Gvern kommess li jlaqqa’ lil NGOs kull xahar sabiex jiġu diskussi miżuri ta’ policy kif ukoll titjieb fis-servizzi li jingħataw lill-vittmi. Filfatt ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 diġà saru żewġ laqgħat ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn madwar 600 apprentist fi ħdan l-MCAST ilhom jistennew l-istipendju tagħhom minn Ottubru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-apprentisti ta’ l-MCAST li kienu eliġibbli għall-istipendju skont kif stipulat mil-liġi kollha rċevew il-grant fil-bidu tas-sena akkademika u l-istipendju kull erba’ ġimgħat kif previst. Huma però kienu intitolati wkoll għal top-up għas-sigħat li jaħdmu (mhux għal meta jkunu l-MCAST) sabiex ir-rata kumplessiva tilħaq dik tal-paga minima nazzjonali. Kien dan il-porzjon li ma tħallasx fil-ħin għalkemm dawn il-pagamenti ħarġu kollha lill-apprentisti li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa f’posthom mal-pagament ta’ Frar. Min mill-apprentisti ma ppreżentax id-dokumenti kollha fil-ħin ser jibda jirċievi dan it-top-up hekk kif jissottometti d-dokumenti kollha neċessarji filwaqt li jirċievi l-arretrati tal-pagamenti li jkunu għaddew mal-pagament numru għaxra, dejjem jekk ikun eliġibbli skont il-liġi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.