Legislature:
Category:
Reset
Active:

Coronavirus (Covid-19) — pjan ta' kontinġenza - għajnuna minn Steward Health Care

Question

Fil-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern talabx l-għajnuna u/jew l-involviment ta' Steward Health Care? Jekk iva, x'tip ta' għajnuna ntalbet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-preparamenti għall-COVID 19, id-Dipartiment tas-Saħħa talab lil Steward Health Care sabiex jagħmel il-preparamenti fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ħalli jkun hemm 120 sodda inkluż 17-il sodda tal-ITU għal-użu ta’pazjenti b’Covid-19.

Coronavirus (COVID-19) — pjan ta' kontinġenza

Question

Fil-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm ħsieb li d-Dipartiment tad-Dermatoloġija jimxi mill-Isptar Boffa għall-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13359.
Leg 13 PQ #13213 Sitting 319 2020-04-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12635, jista’ l-Ministru jgħid: 1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ? 2. F’kull każ x’insteraq? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12636, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ: 1. X’insteraq? 2. X’kien il-valur tas-serqa? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Rapporti ta' serqiet X'insteraq ValurX'Passi ittieħdu MELLIEĦA HOME 2018 €150 €150 Il-pulizija ġew jinvestigaw u sar rapport, ħadd ma ġie mixli bis-serqa 2019 Kartiera bil-flus Mhux mgħaruf Il-kartiera instabet fl-investa tar-resident 2019 Flus kontanti €20 Il-pulizija ġew jinvestigaw u sar rapport, ħadd ma ġie mixli bis-serqa 2019 Flus kontanti €20 Il-pulizija ġew jinvestigaw u ma setax isir rapport peress li r-resident ma kienx ċert meta u fi x'ħin insterqu u kien ftakar ukoll li kien ħareġ jixtri. 2019 Affarijiet ta' metal isfar Mhux mgħaruf Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Waħda mill-qraba wkoll kienet taħt suspett, peress li kienet l-unika waħda minn ħutha li kienet taf b'dawn l-affarijiet ta' metal isfar. FLORIANA HOME 2018 Flus kontanti €30 Ir-resident ma ridx li l-każ jiġi rrapurtat lill-pulizija MTARFA HOME 2019 Flus kontanti €200 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa MOSTA HOME 2019 Deheb Mhux magħruf Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €500 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. MSIDA HOME 2017 Flus kontanti €80 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2017 Flus kontanti Mhux magħruf - Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2017 Flus kontanti Mhux magħruf - Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €50 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €10 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €60 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12951, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: a. min kienu l-persuni, individwu jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id- direct orders ; u b. x'kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-entità msemmija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t’hawn taħt hemm l-informazzjoni mitluba. Dipartiment/Entità Direct orders ingħataw lil: Servizz/Prodott Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg (DIER) Carmelo Cauchi rinovazzjoni Powered Knowledge riċerka Gaetano Borg Financial Advisors Ltd. konsultazzjoni Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) Continental Car Ltd xiri ta' vettura MITA laptops Public Broadcasting Services Ltd (PBS) DAB Electronics Co Ltd tibdil ta' partijiet mill-apparat Burmarrad Commercials Ltd. kiri ta' vetturi Vodafone Malta Ltd mobile service provider Forestals FGL Information Technology Ltd. support contract

Awtorità tad-Djar — Direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12952, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: a. min kienu l-persuni, individwu jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id- direct orders ; b. x'kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-entità msemmija; u c. Kemm kien l-ammont ta' kull direct order?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Leg 13 PQ #13328 Sitting 319 2020-04-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12949, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: a. min kienu l-persuni, individwu jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id- direct orders ; b. x'kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-entità msemmija;

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12950 u 12600 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – rapporti ta’ serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12626, jista’ l-Ministru jgħid: 1. kemm kien il-valur ta’ kull serqa li saret fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li ġew irrapportati lill-Pulizija? 2. f’kull każ, x’insteraq? 3. speċifikament, minn fejn saru dawn is-serqiet? 4. kemm kien il-valur totali ta’ dawn is-serqiet? u 5. x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ min wettaq dawn is-serqiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 12626 fejn dan il-Ministeru infurmat illi kien hemm 5 serqiet b’kollox bejn l-2017 u 2019, id-dettalji li ntalbu huma kif ġej: Ambaxxata ta’ Malta f’The Hague - Każ fl-2017:- Fil-każ tal-Ambaxxata ta’Malta f’The Hague, il-valur irrapportat kien ta’ € 12,050. L-oġġetti misruqa kienu flus kontanti u żewġ debit cards. Is-serqa saret minn ġewwa l-uffiċini tal-Ambaxxata f’The Hague li tinstab fuq is-sitt sular ta’ l-indirizz Carnegielaan 4-14, 2517KH The Hague, l-Olanda. Wara li kien sar ir-rapport tal-Pulizija, żewġ persuni ġew arrestati mill-pulizija Olandiża. Dawn ġew imressqa l-Qorti u weħlu sentenzi ta’ ħabs kif ukoll ordni biex jinraddu lura l-flus li nsterqu. Għalkemm kien sar appell minn dawn l-istess persuni, wieħed minnhon irtira t-talba tiegħu qabel id-data tal-appell waqt li l-ieħor ma deherx għas-seduta. Bħala parti mill-kumpens, il-persuni kkonċernati s’sissa għamlu tmien pagamenti ta’ €75 (kull pagament) fis-sena 2019 u żewġ pagamenti oħra ta’ €144.70 (kull pagament) fl-2020. Ambaxxata ta’ Malta fi Tripli - Każ fl-2017:- Fir-rigward tas-serqa li saret mill-Ambaxxata u mir-Residenza Uffiċjali ġewwa Tripli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Affarijiet li nsterqu fis-sena 2017. L-istima tal-valur tal-oġġetti li snterqu hija ta’ €4,548 ghall-2017. Is-serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija Libjana pero’ investigazzjoni ma saritx għaliex il-Pulizija riedet tidħol fl-Ambaxxata u l-Ministeru ma tax il-permess tiegħu minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż. Kummissjoni Għolja ta’ Malta ġewwa Londra Kien hemm tlett serqiet u il-Valur ta’ kull serqa kien kif ġej: Bandiera - €66 + VAT Bandiera - €280.89 Fliexken tal-Alkohol (Birra u Nbid) - N/A Il-bnadar insterqu mill-faċċata tal-Ambaxxata filwaqt li x-xorb insteraq mis-sitt sular tal-Ambaxxata fil-ħin ta’ riċeviment. Il-Każijiet ġew irrapportati lill-Pulizija iżda ħadd ma nqabad. Il-Valur totali huwa €346,89.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali- nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12620, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Awtorità tad-Djar sena b’sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Awtorità tad-Djar bejn is-snin 2017 – 2019 kienu hekk kif jidru fit-tabella hawn taħt: · 2017: €31,165 · 2018: €32,664 · 2019: €29,215

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12610, tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal għal din in-nefqa dejjem tiżdied? Tista’ tgħid jekk hux qed jintużaw karozzi tal-elettriku, hybrid jew simili li jagħmlu inqas ħsara ambjentali? Jekk iva, kemm hemm karozzi? Jekk le, hemm ħsieb li dawn jintużaw?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 12610, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li n-nefqa kull sena żdiedet peress li n-numru tal-inġenji/vetturi żdied kull sena. Fiċ-ċifri tas-sena 2017 m'hemmx inklużi l-vetturi/inġenji tal-Cleansing Department peress li dak iż-żmien l-ispejjeż tagħhom kienu jiġu assorbiti mill-Gvern Ċentrali. Dawn bdew jiġu inklużi mis-sena 2018. Ta' min wieħed isemmi wkoll li f'dawn iċ-ċifri hemm inkluż ukoll il-fuel li intuża biex jitħaddmu t-tankijiet fil-faċilitajiet li għandha l-Malta Film Studios fir-Rinella. Fir-rigward ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12991.

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12614, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għas-sena 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12614.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12633, jista’ l-Ministru jgħid: 1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ? 2. F’kull każ x’insteraq? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12634, jista’ l-Ministru jgħid: 1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ? 2. F’kull każ x’insteraq? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, s-serq kollu laqat il-ħidma li wettqet Infrastructure Malta fl-2019 li matulha ħawwlet 8,719-il siġra indiġena ġdida f’40 post differenti madwar Malta. Dawn is-siġar se tibqa’ ssaqqihom u tieħu ħsiebhom għal diversi snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom. Sfortunatament minn dawn kien hemm sitt postijiet li minnhom sar serq ta’ siġar ta’ speċi differenti li kien għadhom kemm tħawwlu mill-aġenzija. Il-lokalitajiet minn fejn insterqu s-siġar, l-ammont u l-valur tas-siġar huma kif ġej: Lokalità Ammont ta’ siġar Valur Mosta 9 €270 Ħal Safi 25 €800 Rabat 9 €230.50 Birżebbuġa 13 €810 Mosta 10 €170 Żejtun 2 €136 Is-sitt każi ta’ serq ġew irrappurtati lill-Pulizija waqt li Infrastructure Malta reġgħet ħawlet siġar oħrajn flok dawk li nsterqu.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – rapporti ta’ serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12631, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kull serqa li saret fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li ġiet irrapportata lill-Pulizija, x’kien l-oġġett jew oġġetti li nsterqu u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-serqa rrapportata mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2017, l-oġġetti li kienu nsterqu minn sit fi¿-¯urrieq kienu jinkludu water dispenser, fan, heater, kitla tal-elettriku u xi għodda relatata ma’ xogħol ta’ surverying, liema għodda ma kinetx għadha tintu¿a. Kien stabbilit li l-valur tal-oġġetti misruqa kien ta’ madwar tlettax-il elf Ewro (EUR 13K). Min-naħa l-oħra, s-serqiet irrappurtati minn Wasteserv (Malta) Ltd. kienu jikkonċernaw (i) welding rods minn store fl-impjant ta’ Sant’Antnin għall-valur ta’ tliet mija u sittin Ewro (EUR 360), (ii) tliet tappieri tal-metall mill-Family Park ta’ Marsaskala li l-valur tagħhom ma ġiex stabbilit, (iii) ¿ewġ umbrelel flimkien mal-ba¿i tagħhom li nsterqu mis-Civic Amenity Sites tal-Magħtab u l-Imrieħel u li l-valur totali tagħhom kien ta’ erba’ mija u tmienja u tmenin Ewro (EUR 488); u (iv) rota li nsterqet minn skip fis-Civic Amenity Site ta’ Ta’ Qali u li l-valur tagħha ġie stabbilit bħala xejn.

Ministeru għas-Saħħa – rapporti ta’ serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12632, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: 1. x’tip ta’ serqiet saru mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u li ġew irrapportati lill-Pulizija ? X’insteraq? 2. kemm kien l-ammont (valur) ta’ kull serqa? 3. speċifikament, minn fejn saru dawn is-serqiet? 4. kemm kien il-valur totali ta’ dawn is-serqiet? u 5. x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ min wettaq dawn is-serqiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2017 u l-2019, mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali saru 5 serqiet/sgass li l-ammont kien ta’ €1880.4 u saru minn uffiċċji, karozzi u ċimiterji. F’kull każ ma ġie ħadd identifikat għalhekk ma setawx jitkomplu l-investigazzjonijiet mill-Pulizija. Mill-isptar Monte Karmeli saret serqa waħda ta’ valur inqas minn €10 minn trolley ħdejn sala partikolari. L-investigazzjonijiet saru mill-pulizija fejn ipproċedew bil-Qorti. Mid-Dipartiment tal-Kura Primarja saru 15 il-serqa li l-ammont/valur misruq mhux f’kull każ huwa magħruf u saru miċ-ċentri tas-saħħa tal-Furjana, Mosta, Ħal Qormi, Raħal Ġdid,Bormla u Birkirkara. Mill-isptar Mater Dei u miċ-Ċentru tal-Onkoloġija saru 113 il-serqa li l-ammont/valur misruq mhux f’ kull każ huwa magħruf u dawn saru minn swali fejn il-pazjenti kienu qed jieħu l-kura, mir-reception areas, staff rooms, mid-dipartiment tal-outpatients, mid-dipartiment tad-dentristrija, mill-Emerġenza, mit-teatri u mid-Daycare. L-oġġetti misruqa kienu jinkludu kartieri, flus, mobiles u chargers, pagers, handbags, ħwejjeġ u bjankeriji, tablets/ipads, wheelchairs, ikel, trolley, magni taz-zokkor, magna tal-pressjoni elettronika, Stethoscopes, Pulse Oxymeter, bin, key chains, Liquidiser, Sandwich toaster, arloġġi, ċrieket u ġiżirana tad-deheb, laptops, ġugarelli tat-tfal, żarbun, Infrared thermometer u saħansitra ramm minn sistema li tilqa’ għas-sajjetti.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-annimali – nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12621, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal għaż-żieda fin-nefqa fuq il-fuel? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu humiex qed jagħmlu użu minn vetturi tal-elettriku, hybrid jew xi tip ieħor favur l-ambjent? Jekk iva, kemm-il karozza qed tintuża u x’tip huma? Jekk le, hemm pjan biex dan isir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-figuri rrapurtati fit-tweġiba PQ12621 jirrapreżentaw figuri b’real prices fuq kull sena bażi. Għaldaqstant 4.23% miż-żieda fis-snin 2018 u 2019 komparat mal-2017 jirrapreżentaw iż-żiediet annwali fil-prezz tal-fjuwil. Dawn iż-żidiet kienu dovuti wkoll għal żieda fl-attivita’ bħal spezzjonijiet u kontrolli fuq il-baħar li żdiedu drastikament fl-2019; akkwist ta’ żewġ RHIBs (Rigid Hull Inflatable Boats) ġodda fl-2019 li żiedu n-nefqa ta’ konsum ta’ fjuwil b’50%; l-użu ta’ trakk għal separazzjoni ta’ fdalijiet li joħorġu mill-Biċċerija fl-impjant tal-autoclave liema prattika ġiet introdotta fl-2019, apparti l-użu tal-incineratur; żieda ta’ spezzjonijiet fl-2019 (12%) flimkien ma’ spezzjonijiet oħra biex isir assessjar ta’ danni mġarrba mill-bdiewa kawża tal-maltemp; żieda ta’ attivita’ relatata ma’ kampanji ġodda ta’ għarfien; u vjaġġi addizzjonali relatati ma’ xogħol amministrattiv. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellanta li preżentament fil-Ministeru tiegħi kif ukoll fl-entitajiet rispettivi m’hemm l-ebda karozzi li jaħdmu bl-elettriku, pero’ qed jiġi kkonsidrat li jinxtraw jew jinkrew vetturi ta’ dan it-tip.
Leg 13 PQ #13161 Sitting 317 2020-04-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – rapport ta’ serq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12622, jista’ l-Prim Ministru jgħid: 1. x’tip ta’ serqa kienet li ġiet irrapportata lill-Pulizija u li saret fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? 2. kemm kienet il-valur tagħha? 3. x’passi ttieħdu kontra min għamel din is-serqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li din is-serqa li saret f’Diviżjoni fid-dekasteru tiegħi, kienet tikkonsisti f’ċurkett tad-deheb li kien propjetà personali ta’ impjegata u li l-informazzjoni dwar il-valur tiegħu m’hijiex disponibbli. Infurmat li sar rapport lill-pulizija dwar il-kaz iżda d-Diviżjoni m’għandiex informazzjoni ulterjuri. Il-persuna li fuqha sar ir-rapport mal-pulizija ma kenitx impjegata tal-Gvern imma tal-kuntrattur.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – rapporti ta’ serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12624, jista’ l-Ministru jgħid: 1. x’tip ta’ serqiet kienu li ġew irrapportati lill-Pulizija u li saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol? X’insteraq? 2. kemm kien il-valur ta’ kull serqa? 3. speċifikament, minn fejn saru dawn is-serqiet? 4. kemm kien il-valur totali ta’ dawn is-serqiet? 5. x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ min wettaq dawn is-serqiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-ilma – rapporti ta’ serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12625, jista’ l-Ministru jgħid x’diffikultà għandu biex jgħid kemm saru serqiet fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li ġew irrapportati lill-Pulizija? Il-Ministru huwa konxju li l-Ministeri kollha (jew kważi) wieġbu din il-mistoqsija? Għaċ-ċarezza, kull sena, kemm saru rapporti ta’ serq fl-2017, fl-2018 u fl-2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala rapporti ta’ serqiet ġew irrappurtati biss tnejn minn naħa tal-Enemalta u dawn ir-rapporti saru f’Diċembru tal-2019. Il-kumplament tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda rapport ta’ serq.