B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13749, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titwaqqaf it-Taqsima speċjalizzata fuq reati ta' Vjolenza Domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif diġà ġie indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellant, diġà bdew l-arranġamenti sabiex titwaqqaf taqsima speċjalizzata fuq reati ta’ vjolenza li ser titwaqqf aktar tard din is-sena u fl-iqsar żmien possibbli. Fil-fatt diġà saret sejħa interna biex Membri f’diversi ranks fil-Korp li huma interessati li jagħmlu xogħol f’din it-Taqsima, ikunu jistgħu japplikaw.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13753, jista' l-Ministru jindika b'mod ċar kull items fit-tabella, lil min ingħata d-direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha tas-servizzi mixtrija, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 14415 - Direct Orders Answer for 2017 2018 and 2019.pdf
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13362, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet tal-erba' impjanti? Meta se jitlesa l-istudju ambjentali ta' kull impjant?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-applikazzjoni tal-Waste to Energy qiegħda fl-istadju ta’ screening (tracking number 234176) sakemm joħroġ il-clearance mill-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li l-istudju ambjentali għadu qed isir u mistenni jkun lest sa Ottubru 2020. Rigward il-proġetti l-oħra, kemm dak tal-Organic Processing Plant kif ukoll tal-Material Recovery Facility u Thermal Treatment Plant qegħdin fl-istadju finali li jiġu ingaġġati esperti tekniċi sabiex jibdew ix-xogħol fuq il-pjanti u studji neċessarji. Għadu kmieni biex wieħed jagħti data fuq meta ser ikunu lesti l-istudji ambjentali għaliex jiddependi wkoll fuq id-diskussjonijiet li ser isiru mar-regolatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-inkjesta fuq il-ħruq tal-impjant ta' Sant’ Antnin? Jekk tlesta meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista' jagħti indikazzjoni tad-data sa meta għandu jitlesta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin. Dwar dettalji oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-inkjesta fuq il-ħruq tal-impjant ta' Sant’ Antnin? Jekk tlesta meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista' jagħti indikazzjoni tad-data sa meta għandu jitlesta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Inkjesta Magisterjali li ħaliha qiegħda tirreferi l-Onorevoli Membru ma ġietx konkluża. Din titmexxa mill-Maġistrat u ħadd iżjed ma għandu setgħa fil-liġi biex jistabbilixxi data sa meta din trid tkun konkluża. Għalhekk ma huwiex possibbli li nagħti indikazzjoni tad-data kif mitlub.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13364, jista' l-Ministru jgħid, ladarba nbidel il-pjan oriġinali, fejn kien se jinbena bus shelters fil-bus stop indikat 'Nutar' fin-Naxxar, hemm xi pjan ġdid sabiex isir bus shelter jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li ma kien hemm l’ebda pjan li jsir bus shelter fuq bus stop li jġib l-isem Nutar (direzzjoni lejn iċ-ċentru tan-Naxxar).
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Xiri ta' karozzi li ma jagħmlux ħsara ambjentali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13449, jista' l-Ministru jindika meta se jixtri vetturi li ma jagħmlux ħsara ambjentali? Meta beħsiebu li dan isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu fil-pjanijiet tiegħu li jinkludi tali vetturi fix-xiri li ser ikun qiegħed isir.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13450, jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni kien hemm żieda daqshekk sostanzjali kif ġej:
a. SportMalta li żiedet l-infiq tagħha minn €18,120.40 (fl-2017) għall-€80,370.13;
b. Aġenzija Litteriżmu li żdiedet minn €11.00 (fl-2018) għall-€235.00 fl-2019; u
c. L-FES li żdiedet minn €597.75 għall-€1,254.89)?
Għal liema raġuni n-nefqa fi fuel min-naħa tal-NCFHE naqset minn €1,119.94 (fl-2017) għal €763.14 (fl-2019)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-risposti, fl-istess ordni alfabetiku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej:
a. SportMalta: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 il-pixxina nazzjonali kienet magħluqa għal perjodu ta’ tliet xhur minħabba xogħol ta’ rinovazzjoni tal-pixxina u l-art tad-deck.
Fis-Sena 2018 u 2019 il-pixxina baqgħet miftuħa s-sena kollha għal taħriġ tat-timijiet Nazzjonali Maltin tal-Waterpolo u Għawm minħabba impenji internazzjonali, għall-kuntrarju tas-snin preċedenti fejn għal perjodu ta’ ħmistax-il jum, bejn Jannar u Diċembru, il-pixxina kienet tkun magħluqa għall-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena. (Użu ta’ fuel f’dan iż-żmien ma jkunx hemm bżonn.)
Fis-snin ta’ wara kien hemm żieda fl-infiq minħabba:
· Kien hemm żieda fil-membri tal-pixxina minn 1,748 fl-2017 għal 2,349 fl-2019
· Kien hemm żieda fin-numru ta` klabbs li jużaw il-pixxina
· Kien hemm żieda fl-attivitajiet internazzjonali li jużaw il-pixxina
· Medja ta` Temperaturi baxxi li jaffetwaw it-temperatura tal-ilma
· Fil-perjodu ta’ Diċembru/Jannar il-pixxina baqgħet miftuħa f’liema żmien it-temperaturi jkunu baxxi u għalhekk hemm bżonn ta` iktar fuel.
Il-fuel fil-pixxina nazzjonali ma` jintużax għal tisħin tal-ilma tal-pools biss però jintuża wkoll biex isaħħan il-boilers tax-showers. Dawn ix-showers, minħabba żieda fin-numru ta’ nies li jużaw il-kumpless, qed jintużaw ħafna iktar. Wieħed irid ukoll iżomm f’moħħu li t-temperatura tal-ilma tiġi affetwata mir-riħ. Qed naraw li b’mod regolari nassiguraw li nżommu temperatura kostanti tal-ilma liema temperatura tiġi affetwata b’mod drastiku meta r-riħ ikun qed jonfoħ mit-tramuntana jew mill-punent.
Il-Management jieħu ħsieb li jara li t-temperatura tal-pool tinżamm kostanti għal 26.5 grad b’testijiet regolari matul il-ġurnata hekk kif mitlub mir-regolamenti tal-Federazzjoni Internazzjonali u dik tax-showers ta’ 50 grad kif mitlub mil-linji gwida ta’ sanità ta’ pool, kif ukoll għal showers użati mill- pubbliku biex ma jkunx hemm possibiltà ta’ legionella u jkun hemm iġene tajba.
b. Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu: Kien hemm żieda fin-nefqa fuq fuel/petrol/diesel minn €11.00 fl-2018 għal €235.00 fl-2019 minħabba li l-Aġenzija kellha domanda qawwija biex tqassam il-kotba tal-qari u r-riżorsi tal-litteriżmu lill-iskejjel.
c. FES: Iż-żieda fl-użu ta’ fuel għas-sena 2019 kienet minħabba li l-vettura tal-entità kellha tiġi użata aktar biex seta' sarix-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġ fiċ-ċentri u saru xi deliveries relatati oħra.
Rigward il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE), infurmat li n-nefqa fil-fuel naqset fl-2019 minħabba l-fatt li naqsilha l-Office Attendant li kellu r-responsabbiltajiet ta’ Driver u għalhekk il-vettura tal-Kummissjoni ma ntużatx daqshekk fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2019 u l-aħħar tas-sena 2019. Għal dan il-perjodu ħafna mill-impjegati użaw il-vetturi personali tagħhom. Barra minn hekk, minħabba l-ħinijiet tax-xogħol tas-sajf u tax-xitwa, il-vettura tal-Kummissjoni tintuża ħafna aktar fil-ħinijiet tax-xitwa u għalhekk fil-perjodu ta’ bejn Ġunju u Settembru l-vettura ntużat ħafna inqas milli kienet se tintuża fil-perjodu ta’ bejn il-bidu ta’ Ottubru u l-aħħar ta’ Diċembru. L-Office Attendant il-ġdid beda fl-2020.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12852, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 13760 - Tabella 'A' - MEDE Ministry-Departments - direct orders.pdfPQ 13760 - Tabella B - Entitajiet fi ħdan il-MEDE - direct orders_.pdf
Faċilitajiet tal-Iskart fil-Magħtab – pjanijiet ġodda u Environmental Impact Assessment
Question
B'referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Ministru fil-15 ta' April 2020 fuq il-faċilitajiet tal-iskart fil-Magħtab, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-pjanti l-ġodda u
b. l-Environmental Impact Assessment?
Jista’ jgħid ukoll jekk fil-Magħtab hux se jkun hemm skart kimiku u/jew skart li ġej mill-isptarijiet? Jista' jgħid ma' min ikkonsulta fuq dan il-pjan il-ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14095 li magħha kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta aġġornata. Ninsab infurmat ukoll li l-EIA għadu ghaddej. Sadanittant infakkar ftit lill-Onor. Interpellant fl-Isqarrija ghall-Istampa PR20068 maħruġa fil-15/04/2020, li ġa kont poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 13838, li fiha konna ġa għidna li fil-Magħtab ser jinbena wkoll impjant ieħor li se jkun qed jieħu post l-inċineratur eżistenti għal skart kliniku u skart mill-biċċerija. Din kienet parti mid-decizjoni strategika tal-Gvern dwar il-kumpless centralizzat ta’ impjanti li se ikun fil-Maghtab.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13213 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12635, jista’ l-Ministru jgħid:
1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ?
2. F’kull każ x’insteraq? u
3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13328 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12949, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ:
a. min kienu l-persuni, individwu jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id-
direct orders
;
b. x'kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-entità msemmija;
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12950 u 12600 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 13753.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12587 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fittabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali — direct orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12954, jista’ l-Ministru jindika b’mod ċar, kemm kien l-ammont li ngħatat f’direct order kull persuna u/jew entità indikata fil-lista?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12952, jista’ l-Ministru jgħid b’mod ċar lil min ingħatat kull direct order u kemm kien il-valur ta’ kull direct order?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta huwa kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12951, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Direct order ingħatat lil :
Ammont eskl. VAT
Carmelo Cauchi
€99,480.67
Powered Knowledge
€19,800.00
Gaetano Borg Financial Advisors Ltd.
€76,800
Continental Cars Ltd
€13,599.32
MITA
€12,033.40
DAB Electronica Co Ltd
€21,136.00
Burmarrad Commercials Ltd.
€15,259.43
Vodafone Malta Ltd
€72,612.00
Forestals FGL Information Technology Ltd.
€15,775.00
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12854 u 12590, u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12590 li ngħatat fl-4 ta’ Frar 2020.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-ilma — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12853 u 12589, u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 12589.