Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.

Żjara tal-GREVIO fuq Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret iż-żjara tal-GREVIO f’Malta fuq il-Vjolenza Domestika u b’rabta mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-rapport tal-GREVIO ġiex konkluż u meta se jiġi ppubblikat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-eżercizzju tal-moniteraġġ tal-GREVIO f’Malta seħħ bejn is-17 u l-21 ta’ Frar 2020. Ir-rapport uffiċjali tal-GREVIO mistenni jiġi ppublikat f’ Novembru 2020 fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Ewropa.

Gender Wellbeing Clinic – persuni reġistrati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni reġistrati mal-Gender Wellbeing Clinic? Kemm minnhom ingħataw dan is-servizz mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Il-Gvern xi pjan għandu biex ikompli jagħti dan is-servizz bżonnjuż?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta' Mejju, kien hemm 150 persuna reġistrata mal-Gender Wellbeing Clinic. Saret klinika ta' sitt initial assessments fid-9 ta' Marzu ta’ din is-sena. Minħabba l-mi¿uri tal-pandemija COVID-19 is-servizzi psiko-soċjali ( social worker, family therapy u psychologist ) baqgħu għaddejjin fuq mezzi ta' telekommunikazzjoni u pjattaformi virtwali. Il-komunikazzjoni mal-klijenti man- nurse tal-klinika baqgħet għaddejja permezz tal- email ġeneriku u telekomunikazzjoni. Huwa skedat illi s-servizz kliniku jerġa jibda fil-ġranet li ġejjin.

Female Genital Mutilation — każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm każijiet ta’ Female Genital Mutilation (FGM) f’Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar tal-2015 u Diċembru tal-2019 ma kien hemm l-ebda hospital discharge fejn id-dijanjosi irreġistrat kien Personal history of Female Genital Mutilation. Bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019, is-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar l-Obstetrika (NOIS), li tiġbor informazzjoni dwar it-twelidijiet kollha f’Malta u Għawdex, irreġistrat 19 il-omm li kellha Female Genital Mutilation (FGM) fil-passat.

Intersex Genital Mutilation — każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm każijiet ta’ Intersex Genital Mutilation (IGM) f’Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15048 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku – Employee Support Programme

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-settur publiku li għamlu użu mill-Employee Support Programme xahar b’xahar minn Jannar 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Minn liema gradi tax-xogħol huma dawn il-ħaddiema?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm 457 ħaddiem li għamlu użu mill-Employee Support Programme minn Jannar 2019 sal-lum. 62% tal-ħaddiema kienu nisa.
Leg 13 PQ #15049 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Family Friendly Measures — pubblikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni r-rapporti fuq Family Friendly Measures (FFM) ma baqgħux jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-People and Standards? Għalfejn l-aħħar rapport huwa tal-2014? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14739, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni: a. kienu nisa/rġiel marbuta ma' massage parlours ; b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingġata waqt seduta oħra.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14739, jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi oriġinaw il-vittmi ta' traffikar ta' persuni? Jista' jindika n-numru ta' vittmi għal kull pajjiż u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Tweġiba: Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabelli ta’ hawn taħt. SENA: 2018 RĠIEL NISA TOTAL Mawritanja 0 4 4 Moldava 0 1 1 Nepal 1 0 1 Pakistan 0 1 1 Philippines 6 11 17 Rumanija 1 0 1 Ukrajina 11 12 23 Total 19 29 48 SENA: 2019 RĠIEL NISA TOTAL Bangladexx 1 0 1 Gambja 0 1 1 Indja 1 0 1 Mauritanja 0 4 4 Moldava 0 1 1 Nepale 1 0 1 Philippines 8 15 23 Rumanija 1 0 1 Ukrajina 7 8 15 Total 19 29 48

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jindika kemm minn dawn il-każijiet kienu ta': a. vjolenza fiżika; b. vjolenza psikoloġika/emozzjonali; c. abbuż finanzjarju/materjali d. abbuż sesswali; u e. abbandun (neglect) F'kull kategorija, kemm kienu nisa, kemm irġiel u x'kienet l-età tal-vittmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal-link pprovduta hawn isfel, minn fejn tista’ taċċessa r- rapport statistku komprensiv dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni u l-Aġenzija Appoġġ, fil-qasam tal-vjolenza domestika matul l-2019. L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn paġna 15 sa paġna 24 tar-rapport, mill-link elenkata hawn taħt: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/FSWS%20Publications/Appogg%20Yearly%20statistical%20report%202019%20%20(online%20version).pdf

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi indirizzata l-problema tal-vjolenza domestika mill-perspettiva ta' min qed jabbuża (il-perpetrator)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-ħidma kollha tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, fil-qasam tal-vjolenza domestika, inkluż dik l-għajnuna li tingħata lill-aggressuri (perpetrators), tinsab dettaljata fir-rapporti annwali tal-istess Fondazzjoni mill-2009 ’l hawn. Dawn ir-rapporti huma aċċessibbli fuq dan is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni, fil-link li qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta, hawn taħt: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqisjaħiet parlamentari 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bathing Water Monitoring Programme

Question

B’referenza għar-rapport Bathing Water Monitoring Programme 2020 (18-24 May 2020) maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal-liema raġuni dawn il-bajjiet (jew partijiet minnhom) ma laħqux l-istandard ta’ eċċellenza tal-bajjiet l-oħra? a. B’Bugia (St George’s Bay – A 10 & A11) b. Xgħajra (A02) c. Golden Bay (C05) d. Mellieħa Bay (C11) e. Salini (C31) f. Balluta Bay (B08) g. Spinola (B07) Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm periklu għas-saħħa ta’ min mar jgħum? Jekk iva x’tip ta’ periklu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kull sena hekk kif jibda l-istaġun tal-għawm joħroġ rapport kull gimgħa fuq il-monitoraġġ tal-kwalita` tal-ilma baħar minn 87 sit madwar Malta u Għawdex. Mill-kampjuni tal-ewwel ħmistax tal-ittestjar li bdew fl-ewwel ġimgħat ta’ Mejju, 78 minn dawn is-siti huma klassifikati bħala ta’ livell eċċellenti. Ninfurmaha ukoll illi fis-87 siti kollha ma kien hemm l-ebda periklu għal min mar jgħum fihom. Nfakkarha illi f’każ li jkun hemm xi tip ta’ periklu jew riskju, dan id-Direttorat għandu l-obbligu li jagħlaq dik jew dawk iż-żoni affetwati u jinforma lill-pubbliku kemm billi jwaħħal tabelli fil-post kif ukoll billi joħroġ stqarrija fil-media.

Każijiet ta’ Suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm suwiċidji kull xahar minn Jannar 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet kien hemm 23 mwiet minn suwiċidji f’residenti f’Malta u Għawdex matul is-sena 2019 kif ukoll 6 mwiet matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2020. Minn dawn 4 kienu nisa u 25 kienu raġel. Dawn huma maqsuma skont it-tabella hawn taħt: Perjodu numru ta' mwiet Jannar-Marzu 2019 8 April-Ġunju 2019 5 Lulju-Settembru 2019 6 Ottubru-Diċembru 2019 4 Jannar-April 2020* 6 * hemm ċertifikati tal-mewt li għadhom provviżorji u qed jistennew aktar investigazzjonijiet

Persuni li talbu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu għall-għajnuna minħabba problema ta’ saħħa mentali kull xahar minn Jannar 2019 sa kemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar tal-2019 u l-aħħar t’April ta’ din is-sena, t-total ta’ pazjenti ġodda li ġew ammessi fl-isptar Monte Karmeli kien ta’ 2,482, n-numru ta’ każijiet ġewwa l-CYPS kien 471, 498 persuni li ġew referuti għas-servizz ta’ psycologist fl-isptar Monte Carmeli, kien hemm ukoll 2,077 persuni li għal ewwel darba ħadu servizz mis-Psychiatric Outpatient Department ta’ Mater Dei u mill-kliniċi taċ-ċentri tas-saħħa. Ninfurmaha ukoll illi bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 338 persuna li esperjenzaw diffikultajiet ta’ saħħa mentali u rrikorrew għal għajnuna permezz tal-helpline 1770.

Ħaddiema tas-Servizz tas-Saħħa – użu tal-Employee Support Services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-servizz tas-saħħa (primarjament nurses u midwives) li għamlu użu mis-servizz tal-Employee Support Services offrut min-Nursing Services Directorate?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Employee Support Services ma jagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa. Dan is-servizz huwa anonimu. L-impjegati li jagħmlu użu minnu m'għandhomx il-ħtieġa li jinfurmaw lill-Ministeru rispettiv għalhekk l-Ministeru għas-Saħħa ma għandu l-ebda informazzjoni jew data.

Ħaddiema tas-Settur tas-Saħħa – sapport morali u psikoloġiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ sapport (morali u psikoloġiku) qed jingħata lill-ħaddiema tas-settur tas-saħħa marbut mal-ħidma tagħhom tul il-pandemija tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex ikun jista’ jingħata sapport morali u psikoloġiku lill-ħaddiema, wieħed jista’ jirreferi għas-servizz tal-Employee Support Services. Apparti minn hekk, f’każ ta’ ħtieġa/appoġġ urġenti, l-frontliners huwa possibbli li jagħmlu użu ukoll mis-servizzi tad-Dipartiment tal-Psikoloġija tal-isptar Mater dei. Matul il-pandemija tal-COVID 19 saru ukoll diversi sessjonijiet dwar resilience u self care lill-ħaddiema f’numru ta' dipartimenti li huma frontliners. Bħal ma dejjem isir, baqa’ ukoll jingħata appoġġ speċifiku u assistenza lill-professjonisti li għandhom bżonn appoġġ fejn għandu x’jaqsam l-holistic wellbeing tagħhom (fiżiku, mentali, emozzjonali, soċjali, u spiritwali kif ukoll dwar il-mediċina).

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
Leg 13 PQ #14771 Sitting 336 2020-05-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14590 u 13761 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12850, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ traffikar ta’ persuni, il-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, sena b’sena, bejn is sena 2014 u s-sena 2019? Kemm kien hemm persuni f’kull każ? Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom il-Fondazzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? Kemm kienu tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, it-tagħrif mitlub minnha, huwa spjegat fit-tabelli preżentati aktar ‘l isfel, flimkien ma’ din it-tweġiba parlamentari. Tajjeb li ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li dan is-servizz issa huwa wieħed distint b’ tim dedikat ta’ professjonisti jaħdmu fih, kif ukoll numru ta’ safe houses li nkrew mis-settur privat apposta biex il-vittmi ta’ traffikar uman ikunu jistgħu jkollhom fejn joqgħodu sakemm il-professjonisti tagħna jgħinuhom isibu impjieg alternattiv skont il-liġi. Għandi pjaċir wkoll nirreġistra li s-sena l-oħra, fl-2019, l-FSWS organizzat kemm l-ewwel konferenza interministerjali dwar is-suġġett kif ukoll taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti tagħha li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan it-taħriġ kien jinkludi wkoll ġimgħa ta’ familjarizzazzjoni fir-Renju Unit, liema żjara kienet faċilitata mill-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Malta Intake & Family Support Service - Human Trafficking Service Data was first reported in 2018 Numru ta’ każijiet New case Re-contact cases Known case Total no. of cases worked with No. of individuals worked with 2014 - - - - - 2015 - - - - - 2016 - - - - - 2017 - - - - - 2018 25 0 23 48 48 2019 9 0 39 48 48 N.B. L-istess individwi jistgħu jattendu għas-servizz f’ aktar minn sena waħda. Individwi skont il-ġeneru 2014 2015 2016 2017 2018 2019 Male - - - - 19 19 Female - - - - 29 29 Total - - - - 48 48 Individwi skont l-età 2014 2015 2016 2017 2018 2019 <17 - - - - 0 0 18-19 - - - - 0 0 20-24 - - - - 8 8 25-29 - - - - 15 12 30-34 - - - - 10 11 35-39 - - - - 5 6 40-44 - - - - 6 7 45-49 - - - - 3 3 50-54 - - - - 1 0 55-59 - - - - 0 1 >60 - - - - 0 0 Age not specified - - - - 0 0 Total - - - - 48 48