Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15062 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15085, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019, kemm tressqu persuni l-qorti marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor Membru Parlamentari ma kien hemm l-ebda persuni li tressqu l-qorti marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation, bejn Jannar 2015 u Dicembru 2019
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15084, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija marbuta ma’ Female Genital Mutilation?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma kien hemm l-ebda rapport lill-Pulizija marbuta ma’ Female Genital Mutilation.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15085, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma kien hemm l-ebda rapport lill-Pulizija marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm rapporti ta’ traffikar ta’ persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Mejju 2020, in-numru ta’ rapporti ta’ traffikar ta’ persuni li rċeviet il-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Totals
2014
4
2015
2
2016
1
2017
4
2018
6
2019
0
2020 (sa Mejju)
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni gainfully occupied f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar, minn Ġunju 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom (numri u persentaġġ) kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kienu full-time u kemm part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat
Persuni li naqsulhom is-sigħat ta’ ħidma minħabba COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li naqsilhom in-numru ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa, tul il-perjodu tal-COVID-19, mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ghada qed tingabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ Sexual Health Services qed jiġu offruti f’Għawdex? Xi pjan għandu l-Gvern biex jiżdiedu u jitjiebu s-Sexual Health Services?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isiru diskussjonijiet rigward Sexual Health Services fil-gżira Għawdxija. Filwaqt li preżentament talbiet għal tali servizzi qed jiġu riferuti għal GU Clinic f’Mater Dei.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, kemm attendew persuni l-GU (Genitourinary) Clinic, minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu eterosesswali u kemm omosesswali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 kien hemm 4,504 attendenzi fil-GU Clinic, fl-2016 6,022, fl-2017 6,277, fl-2018 7,218 filwaqt li fl-2019 kien hemm 7,469.
Dawn l-attendenzi fost oħrajn jinkludu diversi trattamenti, testijiet u konsultazzjonijiet.
Minn dawn l-attendenzi fl-2015 kien hemm 1,132 li kienu nisa u 1,615 li kienu irġiel, l-2016 1,355 nisa u 2,044 irġiel, fl-2017 2,038 nisa u 3,826 irġiel, fl-2018 2,197 nisa u 4,058 irġiel filwaqt li fl-2019 kien hemm 2,172 nisa u 4,227 irġiel.
Fl-2015, minn dawk li attendew kien hemm 2,248 li kienu eterosesswali u 488 li kienu omosesswali, fl-2016 eterosesswali kien hemm 2,628 u 572 omosesswali, fl-2017 4,327 eterosesswali u 1,534, fl-2018 4,449 eterosesswali u 1,806 u fl-2019 kien hemm 4,472 li kienu eterosesswali u 1,853 li kienu omosesswali.
Ninfurmaha ukoll illi persuna tista’ tattendi l-GU Clinic għal aktar minn darba fis-sena kif filfatt jiġri.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema mard trasmess sesswalment huwa l-iktar komuni f’pajjiżna u kemm huma l-persuni infettati b’dan il-mard sena b’sena minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iktar marda li kienet komuni fl-2015 u fl-2016 kienet Chlamydia. Fl-2015 kien hemm 154 każ filwaqt li fl-2016 kien hemm 270. Mill-2017 sal-2019 l-iktar marda li kienet trasmessa sesswalment kienet l-HPV. Fl-2017 kien hemm 842 il-każ, fl-2018 937 u fl-2019 798.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema mard trasmess sesswalment f’pajjiżna ġie trasmess wara żjarat ta’ klijenti f’massage parlours u kemm huma l-persuni infettati b’dan il-mard sena b’sena minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li żżomm l-GU Clinic hija relatata mat-tip ta’ kuntatt sesswali li kellu l-pazjent u mhux direttament fejn sar dan il-kuntatt.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15082, jista’ l-Ministru jikkonferma li f’dan l-istadju l-Gvern ta’ Malta suppost li għandu f’idejh l-ewwel rapport tal-GREVIO sabiex jagħti feedback lill-istess GREVIO imma dan wara li jinqaleb għall-Malti, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u jiġi diskuss fil-Parlament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika ħejjiet l-ewwel rapport tagħha lill-GREVIO is-sena l-oħra u fi Frar ta’ din is-sena Malta kellha żjara fejn sar l-eżerċizzju tal-moniteraġġ. Intant infurmat li r-rapport tal-GREVIO għad irid jiġi ppublikat u għalhekk dan ir-rapport għadu mhux f’idejn il-Gvern.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15084, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 kemm tressqu persuni l-qorti marbuta ma’ Female Genital Mutilation?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li tressqu l-qorti marbuta ma’ Female Genital Mutilation, bejn Jannar 2015 u Dicembru 2019.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni infettati bl-HIV f’pajjiżna, sena b’sena, minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni nfettati bl-HIV f’pajjiżna minn Jannar tal-2015 sa April ta’ din is-sena huwa 326.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li persuni li m’għandhomx minn fejn iħallsu €600 għall-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) kontra t-tixrid tal-HIV, jibdew jħallsu fuq perjodu ta’ żmien minn meta jingħataw il-mediċina, jiġifieri by installments?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed titħejja Strateġija Nazzjonali dwar l-HIV li fost oħrajn se tindirizza l-użu ta’ mediċini għal skop profilatiku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti li jiġu bżonn il-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) f’pajjiżna u li ma jkollhomx minn fejn iħallsu €600 fi żmien 72 siegħa minn meta possibbilment ħadu l-HIV, ma jingħatawx din il-mediċina?
HIV — Post-Exposure Prophylaxis – traħħis ta’ prezz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux pjan li l-prezz tal-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) li tgħin biex jitnaqqas it-tixrid tal-HIV jitraħħas, peress li bħalissa huwa ta’ €600?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fi Frar 2020 kien hemm sejħa għall-mediċini ġodda biex jiġu trattati pazjenti bl-HIV? Jista’ jgħid jekk il-formolarju ġiex aġġornat bil-mediċini l-ġodda? Jekk le, għalfejn? Jekk iva, meta ġie aġġornat il-formolarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-għażla wasal biex jiġi konkluż. Dan kien jinvolvi proċess kumpless ma’ erbgħa kumpaniji li tefgħu l-offerti tagħhom għal din is-sejħa. Hu mistenni li t -trattament il-ġdid se jiġi aġġornat għall-aktar wieħed effettiv u modern għall-pazjenti b’din il-kundizzjoni f’Malta u Għawdex. Dawn il-mediċini ġodda se jiġu riflessi fil-formularju li dejjem jinsab aġġornat bl-aħħar żviluppi.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista; l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet (sena b'sena) kienu bejn koppji tal-istess sess u kemm kienu bejn koppji eterosesswali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.