Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15272 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u jgħid kemm kien hemm persuni gainfully occupied f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar, minn Ġunju 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom (numri u persentaġġ) kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kienu full-time u kemm part-time?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm persuni jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, xahar b’xahar minn Ġunju 2019 sa Novembru 2019 (l-aħħar ċifri ppublikati), maqsuma f’irġiel u nisa.
Persuni li naqsulhom is-sigħat ta' ħidma minħabba COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15273 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li naqsilhom in-numru ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa, tul il-perjodu tal-COVID-19, mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15274, 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor.Interpellant l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13096, tista’ l-Ministru tgħid il-hostels kemm huma awtorizzati li jraqdu persuni (sleeping capacity) f’kull każ li ssemmiet fit-tweġiba?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u/jew is-Segretarjat għall-Ugwaljanza u r-Riformi? Jekk iva, ta’ xiex huwa konsulent? Jekk le, x’inhu xogħolu? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-paga tiegħu u x’perkaċċi għandu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat bħala konsulent mas- Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fejn jipprovdi konsulenza fuq strateġija, implimentazzjoni u loġistika. Huwa ġie ngaġġat f’Marzu tal-2020 fuq kuntratt ta’ tlett snin fuq bażi part time (12 -il siegħa fil-ġimgħa) u jitħallas €10,804 fis-sena, mingħajr perkaċċi oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu minn fotografer privat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċċju tiegħu qed jagħmel użu minn fotografu privat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u mhux mill-fotografu tad-DOI kif inhi l-prassi? Jista’ jgħid jekk il-fotografu msemmi hux qed jagħmel dan f’ismu jew f’isem kumpanija? Jekk f’isem kumpanija, jista’ jgħid x’jisimha din il-kumpanija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor Interpellanta li l- Prim Ministru dejjem uża u għadu juża is-servizzi tal fotografi tad-DOI f’ kull avviniment uffiċjali li jkollu. Ninsab nformat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw b’mod separat, tipprovdi servizz ta' videographer.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15095, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-GU Clinic ikollux informazzjoni jekk il-mard jiġix trażmess minn attività sesswali marbuta mal-prostituzzjoni? Jekk iva, kemm kien hemm każijiet kull sena marbuta mal-prostituzzjoni minn Jannar 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita b'ċertezza assoluta r-rabta bejn esponiment sesswali speċifiku u t-trasmissjoni tal-infezzjoni virali trażmessa sesswalment peress li certu mard li jkun trasmess sesswalment jista’ jkun ilu għand il-persuna għal diversi snin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet l-età tal-persuni infettati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miġbura mill-GU Clinic il-chlamydia taffettwa l-aktar lill-adulti żgħażagħ dawk ta’ bejn 19 u it-30 sena filwaqt li informazzjoni dwar l-HPV qatt ma tista tkun b’ċertezza peress li dan il-virus jista’ jkun ilu għand il-persuna għal diversi snin u mingħajr ma jkun hemm sintomi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq l-istess perjodu ta’ snin (Jannar 2015 sa Mejju 2020), u għal kull sena, kemm kien hemm każijiet ta’ HPV li kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kien hemm każijiet ta’ HPV li żviluppat f’kanċer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 551 raġel u 231 mara infettati bl-HPV. Matul l-2019 kien hemm 16 il-mara li kellha high risk HPV/cervical intraepithelial lesion u li ġiet referuta għad-dipartiment tal-Ġinekoloġija għal aktar investigazzjonijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15049 u jgħid għal liema raġuni r-rapporti fuq Family Friendly Measures (FFM) ma baqgħux jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-People and Standards? Għalfejn l-aħħar rapport huwa tal-2014? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li l-People & Standards Division se jkunu qed jippublikaw din l-informazzjoni bħal ma jigri s-soltu fiż-żmien li ġej. Tajjeb jingħad li s-Servizz Pubbliku kien u għadu leader fejn jidħol it-teleworking u fejn jidħol il-bilanċ bejn ħajja u xogħol u dan intwera b’mod ċar waqt l-imxija ta’ Covid-19.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15048, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-figuri kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari, jiġifieri xahar b’xahar u mhux biss bħala total?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif jinsab hawn anness:
Xahar
Total
Jannar-19
28
Frar-19
31
Marzu-19
25
April-19
25
Mejju-19
31
Ġunju-19
23
Lulju-19
19
Awwissu-19
27
Settembru-19
21
Ottubru-19
32
Novembru-19
32
Diċembru-19
16
Jannar-20
50
Frar-20
26
Marzu-20
27
April-20
13
Mejju-20
31
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm tressqu l-qorti persuni fuq traffikar tal-persuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ kemm tressqu l-qorti persuni fuq traffikar tal-persuni, quddiem il-Qorti ta’ Malta hija kif muri fit-tabella ta hawn taħt:
2014 – 4 każijiet
2015 – 2 każijiet
2016 – 1 kawża
2017 – 3 kawżi
2018 – 5 kawżi
2019 – 1 kawża
2020 sat -8 ta’ Ġunju – nil.
Fil-Qorti ta’ Għawdex ma kien hemm l-ebda persuna li tressqu l-Qorti fuq traffikar tal-persuni.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15087, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Istrateġija Nazzjonali tal-HIV hux qed jikkonsidra li pazjenti jħallsu għall-mediċina permezz ta' installments?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15088 u 15087, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15088 u jikkonferma hux minnu li pazjenti li ma jkollhomx €600 fi żmien 72 siegħa minn meta possibbilment ikunu ħadu l-virus tal-HIV, ma jingħatawx mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa jagħti l-mediċini kollha ndikati u li huma fuq il-formularju tal-gvern irrispettivament mid-dħul finanzjarju tal-pazjent.
HIV — Post-Exposure Prophylaxis - traħħis ta' prezz
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15089 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk għandhiex pjan li l-prezz tal-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) li tgħin biex jitnaqqas it-tixrid tal-HIV jitraħħas, peress li bħalissa huwa ta’ €600?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li din il-mediċina ma tinbiegħx mill-ispiżerji fil-komunità u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onoervoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tingħata fis-seduta li jmiss.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15043, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet ir-raġuni li s-seba’ bajjiet indikati ma laħqux l-istandard ta’ eċċellenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15043 ninsab infurmat li l-klassifika tinħadem fuq in-numru ta’ riżultati tal-analiżi ta’ kampjuni tal-ilma baħar li jkunu nġabru sa’ dik il-ġimgħa jiġifieri kampjuni tal-ilma baħar li ttieħdu bejn it-18 ta’ Mejju sal-24 ta’ Mejju.
Filwaqt ukoll li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jikkonferma li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi impatt minn drenaġġ li seta` far f’dawn il-bajjiet, iżda l-klassifikazzjoni ġiet affetwata minn numru ta’ batterji li rriżultaw mill-analiżi. L-ebda minn dawn ir-riżultati ma qabeż il-livelli tal-mikrobi li għaliha kella tiskatta l-għeluq temporanju ta’ xi żoni tal-għawm.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15043, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn, skont it-tieni rapport maħruġ għall-perjodu 25 sal-31 ta’ Mejju 2020:
a. Il-Bajja ta’ San Ġorġ, f’Biżebbuġa kienet “
good
” u “
poor
”;
b. Anchor Bay, Mellieħa Bay u Balluta Bay baqgħu “
good
”;
c. Golden Bay, parti minn Kemmuna (D22) u Marsalforn kienu “
sufficient
”; u
d. parti mill-Qawra kienet “
poor
”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kampjuni jiġu analiżżati għall-għadd ta’mikrobi enterokoċċi intestinali u Escherichia coli. L-ammont ta’ mikrobi f’kull kampjun individwali m’għandux jaqbeż aktar minn 500 cfu/100 ml u aktar minn 1000cfu/100 ml repittivament.
Meta dawn il-livelli jinqabżu il-kampjun jerġa jiġi repetut u fil-każ li l-livell ta’ mikrobi jaqbeż wieħed minn dawn il-livelli l-bajja tiġi uffiċjalment temporanjament magħluqa.
Il bajja terġa tinfetaħ meta mill-inqas tliet riżultati konsekuttivi ta’ kampjuni li jinġabru kuljum ikunu jindikaw li l-għadd tal-mikrobi ikun f’livelli anqas minn dawk indikati hawn fuq.
Nixtieq ninforma li s’issa dawn il livelli ma nqabżu f’ebda kampjun miġbur sa issa.
Il-klassifikazzjoni tal-bajjiet tinħadem statistikament skont kif rikjest mid-direttiva tal-Unjoni Ewropeja maqluba bil-Leġislazzjoni Sussidarja 465.09 dwar “ir- Regolamenti Dwar il- Maniġġar tal- Kwalita’ tal- Ilma Tajjeb għall-Għawm” u l-klassifika toħroġ kif muri fit tabella hawn taħt.
Għal ilma kostali u ilma transizzjonali
A
B
C
D
E
Parametru
Kwalità Eċċellenti
Kwalità tajba
Suffiċjenti
Metodi ta' analisi ta' referenza
1
Enterokoċċi intestinali (cfu/100ml)
100 (*)
200(*)
185 (**)
ISO 7899-1 jew ISO 7899-2
2
Escherichia coli
(cfu/100ml)
250(*)
500(*)
500(**)
ISO 9308-3 jew ISO 9308-1
(*) Bażat fuq valutazzjoni ta' 95-perċentwali. Ara l-Iskeda II
(**) Bażat fuq valutazzjoni ta' 90-perċentwali. Ara l-Iskeda II
L-ilma tajjeb għall-għawm għandu jiġi klassifikat bħala ‘batut’ jekk, fis-sett ta’data dwar il-kwalità ta’ ilma tajjeb għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ valutazzjoni (a), il-valuri perċentwali (b) għal-enumerazzjonijiet mikrobiologici jkunu agħar (ċ) mill-valuri ‘suffiċjenti’ stabbiliti fl-Iskeda I, kolonna D tal-Leġislazzjoni Sussidarja 465.09.
Għaldaqstant, minħabba li dawn huma biss it-tielet sett ta’ kampjuni minn tlieta u għoxrin kampjun, din id-data tista tiġi affettwata b’ mod negattiv.
Għalhekk minn ġimgħa għal oħra jista jkun hemm varjażżjoni fil-klassifika ta’ xi siti. Dan huwa kkonfermat minn tibdil li kien hemm għal xi siti bejn l-ewwel rapport u t-tieni rapport.
Persuni li talbu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15045, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-figuri xahar b’xahar, ta’ kemm persuni talbu għall-għajnuna minħabba problema ta’ saħħa mentali, kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15045.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15061 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet (sena b'sena) kienu bejn koppji tal-istess sess u kemm kienu bejn koppji eterosesswali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, peress li hija fid-diskrezzjoni tal-vittmi li jgħidu x’tip ta’ orjentazzjoni sesswali għandhom u x’tip ta’ relazzjoni qegħdin fiha din it-tip ta’ data mhux dejjem tkun miġbura bil-mod kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.