Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett tal-Aġenzija Sapport qrib it-Trade Fair grounds fin-Naxxar? Peress li dan il-proġett iġġenera volum ta' trab li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti taż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan it-trab jitneħħa mill-aktar fis possibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett REACH fin-Naxxar huwa proġett ko-finanzjat mill-UE u x-xogħol hu mifrux fuq medda ta’ 3 snin, imniedi fl-2019. Għalhekk il-proġett hu mistenni li jitlesta sal-2022. L-Aġenzija Sapport li topera dan il-proġett tat struzzjonijiet permezz ta’ ittra legali lill-kuntrattur involut sabiex il-materjal kollu tal-iskavar jitneħħa.
Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux veru li anke jekk il-Genitourinary Clinic tagħti preskrizzjoni għall-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), il-pazjent irid iħallas €600 sabiex jingħatalu t-trattament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15651.
Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux veru li jekk il-pazjent ma jkunx jista’ jħallas l-ammont ta' €600 sabiex jixtri l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), anke jekk ikollu preskrizzjoni mill-Genitourinary Clinic, dan jintbagħat lura mingħajr trattament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15651.
Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk teżistix statistika dwar kemm-il persuna talbet il-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), u minħabba li ma kenitx kapaċi tħallas, intbagħtet lura bla trattament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-istatistika ma tinżammx.
Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid huwiex veru li jekk persuna ma jirnexxilix tixtri l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE) mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei fi żmien 72 siegħa, hemm riskju li sseħħ seroconversion, jiġifieri l-persuna issir HIV positive avolja kien hemm opportunità biex dan ma jseħħx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15388.
B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm erba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Ministeru għas-Saħħa, għaldaqstant jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għas-Saħħa dejjem jieħu nota, u ma jonjora qatt ir-rapporti kollha maħruġa mill-Ombudsman. Ta’ min isemmi li għaddiet komunikazzjoni regolari bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Kummissarju għas-Saħħa, fejn dan tal-aħħar ġie nfurmat, bosta drabi, li l-intitolament għall-mediċini bla ħlas huwa rregolat mill-protokolli, hekk kif stabbiliti mill-Awtoritajiet kompetenti tal-istess Ministeru għas-Saħħa, bis-setgħat mogħtija lilhom mill-liġi.
Il-Ministeru kien żied jinforma lill-Kummissarju għas-Saħħa li b’riżultat tal-emendi f’Artiklu 23 tal-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318.), l-intitolament għall-mediċini bla ħlas kien ġie suġġett ukoll għall-provvediment tal-Att Dwar is-Saħħa (Kap. 528). Artiklu 22 (5) tal-Att Dwar is-Saħħa jagħti l-poter lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa li jżomm id-dritt li jagħti l-parir lill-Ministru sabiex jirrestrinġi kull forma ta’ benefiċċju abbażi ta’ protokolli.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentri 14736, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar ir-recall tal-mediċina Venlafaxine 75 mg?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni interna ġiet iffinalizzata.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15529, 15274, 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Persuni li naqsulhom is-sigħat ta' ħidma minħabba COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15427 u 15273 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li naqsilhom in-numru ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa, tul il-perjodu tal-COVID-19, mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa
Question
B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm seba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Prim Ministru u/jew mill-Uffiċċju tiegħu, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni minn ħaddiema fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn it-talbiet huma pendent wara li l-applikanti għaddew mill-eżamijiet neċessarji biex tali promozzjoni tingħata? Kemm minn dawn it-talbiet huma ta’ nisa u kemm huma ta’ irġiel?
Sptar Mater Dei – spiża ta’ Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm tiswa l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE) meta tintalab mill-ispiżerija fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PEP tingħata mingħajr ħlas lill-pazjenti li jkunu intitolati għaliha. F’kas li tinxtara minn pazjenti oħra bi ħlas, il-prezz ivarja skont liema mediċina tingħata mill-konsulent kliniku.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15279 u 15062 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizz tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Socjali (FSWS) huwa servizz miftuħ għall-vittmi ta’ kull ġeneru. L-istess kwalità ta’ servizz tingħata lill-vittmi kemm irġiel u kemm nisa. Is-servizz ma jiddiskriminax abbażżi ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalita’, età, jew twemmin fost l-oħrajn.
Is-servizz li jingħata huwa wieħed kunfidenzjali u l-ħaddiema soċjali jagħtu sapport kemm emozzjonali u anke fuq livell personali lill-persuna li tkun qed tesperjenza dan it-tip ta’ abbuż. Il-ħaddiema soċjali jgħinu lill-persuna tagħraf dak li għaddejja minnu u tiġi infurmata ukoll b’alternattivi differenti li tista’ tadotta.
Il-persuna li tersaq għall-għajnuna se tiġi mgħarrfa ukoll bid-drittijiet tagħha u mwieżna sabiex tieħu dawk id-deċiżjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tagħha u tat-tfal li jistgħu ikunu involuti. Il-ħaddiema soċjali jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi oħra inkluż dawk residenzjali u flimkien mal-vittmi jaħdmu fuq pjan skont l-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi tal-każ.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-vittmi rġiel jistgħu jaċċessaw shelters li joffru akkomodazzjoni għal dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom f’Malta u Għawdex. In-numru ta’ vittmi rġiel li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dawk is-shelters jammonta għal 3.
Persuni li talbu għajnuna minħabba problemi ta' saħħa mentali
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15277, peress li fir-risposta qed jingħataw biss il-figuri totali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-figuri xahar, b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt, ninfurmaha ukoll illi n-numri ta’ persuni li rrikorrew għal għajnuna permezz tal-helpline 1770 f’Marzu ta’ din is-sena kienu 48, f’April 152 u f’Mejju 138.
2019
Jan
Feb
Mar
Apr
May
Jun
Jul
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Admissions at MCH
162
157
151
164
162
163
199
174
163
161
151
140
CYPS
46
29
24
30
43
29
30
38
35
32
20
13
Psychology Dept at MCH ( GP referrals)
18
9
22
37
19
22
31
39
36
34
26
15
POP (MDH) & HC mental clinics
101
119
116
146
163
123
171
161
151
163
146
122
2020
Jan
Feb
Mar
Apr
Admissions at MCH
163
170
111
91
CYPS
28
24
11
39
Psychology Dept at MCH ( GP referrals)
32
29
25
104
POP (MDH) & HC mental clinics
131
128
48
88
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15282, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ, kemm kienu hemm persuni li ġew traffikati? F'kull każ, x'kienu l-konklużjonijiet wara l-proċess ġuridiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet deċizi huwa kif muri hawn taħt, Il-każijiet l-oħra għadhom pendenti.
2014 – 2 Każi deċiżi
· 2 vittmi – l-imputat weħel sentejn priġunerija u spejjez perizja. Kien hemm appell pero ġie ċedut.
· 1 vittma – l-imputat weħel sentejn priġunerija, multa ta’ €5000 u spejjez perizja – Hemm appell li għadu pendenti.
2015 – 1 Każ deċiż
· 1 vittma – 2 imputati fejn wieħed weħel multa ta’ €1500 u l-ieħor weħel multa ta’ €50 u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn. Il-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni ta’ 3 snin fil-konfront tal-vittma. Ma kien hemm l-ebda appell.
2017 – 1 każ deċiż
· 2 vittmi – 2 imputati li weħlu 12-il sena priġunerija kull wieħed u spejjeż peritali. Il-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni ta’ 5 snin fil-konfront tal-vittmi. Hemm appell li għadu pendenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15280, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn dawn ir-rapporti ma baqgħux jiġu ppubblikati? Jista' jgħid ukoll meta se jiġu ppubblikati l-imsemmija rapporti għas-snin 2015, 2017, 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill- Onor. Interpellanta li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15280.
B’referenza għar-risposti parlamentari 15087, 15088 u 15090, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se titlesta l-istrateġija tal-HIV u x’se jiġri minn dawk il-persuni infettati li ma jistgħux jixtru l-mediċini u li bħalissa qed jiddependu minn NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15388, ninfurmaha ukoll illi l-istrateġija tal-HIV mistennija tkun mnedija fit-tieni nofs ta’ din is-sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15086, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-persuni infettati kienu nisa, kemm irġiel, kemm kienu omosesswali u kemm kienu eterosesswali? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll, għall-istess perjodu (Jannar 2015 sa April 2020) kemm kien hemm każijiet ta’ AIDS f’pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Total number of cases
HIV
AIDS
326
11
Gender
Males
Females
Unknown
275
59
3
Transmission Mode
Heterosexual transmission
Homosexual transmission
Through drugs
Through blood products
Mother passing it to child transmission
Unknown transmission
93
216
1
0
5
22
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15271, jista' l-Ministru jgħid, f'kull każ/rapport kemm kienu n-numri ta' persuni li allegatament traffikaw u kemm kienu l-vittmi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numri ta' persuni li allegatament traffikaw persuni u dawk li kienu vittmi tat-traffikar fuq il-ka¿i li jidhru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15271, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Każ
i Skwadra kontra Vizzji
Numru ta’ Traffikanti
Numru ta’ Vittmi
2014
Każ 1
1
1
Każ 2
1
1
Każ 3
1
1
Każ 4
2
11
2015
Każ 1
2
1
Każ 2
1
1
2016
Każ 1
4
31
2017
Każ 1
2
3
Każ 2
2
2
Każ 3
1
3
Każ 4
1
1
2018
Każ 1
2
19
Każ 2
7
14
Każ 3
2
1
Każ 4
1
1
Każ 5
1
1
Każ 6
1
3
2019
-
-
-
2020
(sa Mejju)
Każ 1
1
3
Total
18
33
98