Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Lija – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’Ħal Lija fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12960 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 307, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta.

L-Iklin – Triq il-Wied – Infrastruttura Malta — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħol li qed isir minn Infrastruttura Malta fuq Triq il-Wied fl-Iklin, jista' l-Ministru jgħid: a) meta beda x-xogħol; b) meta huwa ppjanat li jitlesta; u c) fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti u bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Infrastructure Malta qed tagħmel investiment ta’ €3.5 miljun biex tibni mill-ġdid żewġ toroq ewlenin li jgħaqqdu n-Naxxar mal-Mosta, Burmarrad, l-Iklin u Birkirkara. Dawn iż-żewġ toroq, Triq San Pawl u Triq il-Wied, jgħoddu flimkien maż-żewġ kilometri u nofs (2.5 km). Fihom hemm ħafna residenzi u f’waħda minnhom, Triq San Pawl, hemm anke żona kummerċjali ewlenija tan-Naxxar. Madankollu partijiet twal minnhom tħallew fi stat ħażin ħafna għal snin twal. F’ċertu postijiet lanqas kellhom bankini jew punti ta’ qsim pedonali. Dan minkejja li ħafna persuni jużawhom ta’ kuljum biex jivvjaġaw b’mezzi differenti bejn in-Naxxar u lokalitajiet oħra fl-inħawi. Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid dawn iż-żewġ toroq biex ikunu aktar siguri kemm għar-residenti, kif ukoll għal eluf ta’ persuni li ta’ kuljum jivvjaġġaw fihom. Fi Triq il-Wied, in-niżla twila li tgħaqqad in-Naxxar mal-Iklin u mal-Bypass ta’ Birkirkara, Infrastructure Malta qed tibdel is-servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ, Internet u telekomunikazzjonijiet oħra, kif ukoll tagħmel sistema ġdida ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita u tibni bankini ġodda f’postijiet fejn qabel ma kienx hemm ebda infrastruttura għall-mixi. Ix-xogħlijiet kollha huwa mmirat li jitlestew għall-aħħar ta’ Settembru bil-bdil tal-pedamenti u ta’ wiċċ it-triq, li bħalissa jinsabu fi stat ħażin ħafna. Din it-triq ser tinbena b’disinn ġdid li joffri aktar sigurtà għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw minnha, filwaqt li joħloq żoni mħaddra li fihom Infrastructure Malta se tħawwel siġar u pjanti ġodda.

Pazjenti f’long term care

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15662 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

COVID-19 — swabs

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15659, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jagħmel random swabbing fil-perjodu tas-sajf biex ikollu stampa aktar ċara tal-preżenza tal-COVID-19 fis-soċjetà tagħna? Jekk iva, x'inhu l-pjan? Kemm huwa t-targetta' persuni li se jagħmlu swabbing?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sajf se jitkompla r-random swabbing għal Covid-19 fid-djar tal-anzjani, fejn qed ikunu ttestjati kemm-il-ħaddiema kif ukoll ir-residenti. Ukoll qed isir testjar ta’ kull pazjent li qed jidħol l-isptar Mater Dei. Apparti dan, kull min jixtieq jagħmel l-iswab test għall-Covid-19, anki jekk m’għandux sintomi jista’ jagħmel dan fil-hubs li għandna f’Malta u Għawdex. Min ghandu is-sintomi importanti li jċempel 111 biex jagħmel dan it-test. Id-Dipartiment tas-Saħħa iħeġġeġ ukoll lill-persuni li jkollhom kuntatt ma numru kbir ta’ nies fuq bażi regolari sabiex minn żmien għal ieħor jagħmlu l-iswab test anki jekk ma jkollomx sintomi.

In-Naxxar – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta fin-Naxxar fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12956 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll link temporanja minn ħdejn ir-roundabout ġdida fi Vjal il-Labour lejn l-inħawi industrijali.

San Pawl il-Baħar – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’San Pawl il-Baħar fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12957 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq il-Port Ruman, Triq Annetto Caruana, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio u Triq Ġużeppi Despot.

In-Naxxar – Triq San Pawl – Infrastruttura Malta — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħol li qed isir minn Infrastruttura Malta fuq Triq San Pawl fin-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid: a) meta beda x-xogħol; b) meta huwa ppjanat li jitlesta; u c) fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti u bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Infrastructure Malta qed tagħmel investiment ta’ €3.5 miljun biex tibni mill-ġdid żewġ toroq ewlenin li jgħaqqdu n-Naxxar mal-Mosta, Burmarrad, l-Iklin u Birkirkara. Dawn iż-żewġ toroq, Triq San Pawl u Triq il-Wied, jgħoddu flimkien maż-żewġ kilometri u nofs (2.5 km). Fihom hemm ħafna residenzi u f’waħda minnhom, Triq San Pawl, hemm anke żona kummerċjali ewlenija tan-Naxxar. Madankollu partijiet twal minnhom tħallew fi stat ħażin ħafna għal snin twal. F’ċertu postijiet lanqas kellhom bankini jew punti ta’ qsim pedonali. Dan minkejja li ħafna persuni jużawhom ta’ kuljum biex jivvjaġaw b’mezzi differenti bejn in-Naxxar u lokalitajiet oħra fl-inħawi. Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid dawn iż-żewġ toroq biex ikunu aktar siguri kemm għar-residenti, kif ukoll għal eluf ta’ persuni li ta’ kuljum jivvjaġġaw fihom. Fi Triq San Pawl, li testendi 1.3 kilometri bejn l-inħawi tat-Telgħa t’Alla u Ommu (Burmarrad) u ċ-ċentru tan-Naxxar, ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini ta’ bankini ġodda, żewġ punti għall-qsim pedonali ġodda (pedestrian crossings), bdil tas-servizzi taħt il-livell tat-triq għall-ilma, drenaġġ, Internet u telekomunikazzjonijiet oħra kif ukoll titjib tas-sistema ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita. Wara se jinqala’ l-wiċċ eżistenti tat-triq, isirulha pedamenti aktar b’saħħithom u tinkesha b’saffi t’asfalt ġodda. Ix-xogħol kollu huwa mmirat li jitlesta fl-aħħar ta’ Settembru.

In-Naxxar – Triq il-Fortizza tal-Mosta – Infrastruttura Malta — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħol li qed isir minn Infrastruttura Malta fuq Triq il-Fortizza tal-Mosta fin-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid: a) meta beda x-xogħol; b) meta huwa ppjanat li jitlesta; u c) fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet tas-sistema tad-drenaġġ minn entità oħra u wara li dawn jitlestew, imbagħad ikun jista’ jibda x-xogħol minn Infrastructure Malta.
Leg 13 PQ #15905 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15648 u ċjoè: B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm seba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Prim Ministru u/jew mill-Uffiċċju tiegħu, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern ma jinjorax rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u lanqas ta’ istituzzjonijiet oħra. Għall-kuntrarju ta’ dak li kien jiġri fil-passat, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman mhux talli ma jiġux injorati, iżda ta’ kull sena jingħata rendikont permezz ta’ publikazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li tagħti viżibiltà lill-pubbliku dwar kull rakkomandazzjoni implimentata u oħrajn fil-proċess. Fejn ma jkunx hemm qbil mar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman, tingħata wkoll raġuni għalfejn. Għat-tagħrif tal-Onor Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar rapport maħruġ li jagħti rendikont li qed insemmi hawn.
Leg 13 PQ #15906 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15649 u jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għall-promozzjoni minn ħaddiema fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn it-talbiet huma pendent wara li l-applikanti għaddew mill-eżamijiet neċessarji biex tali promozzjoni tingħata? Kemm minn dawn it-talbiet huma ta’ nisa u kemm huma ta’ irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-applikazzjonijiet fis-Servizz Pubbliku jinfetħu fuq sejħiet li jiġu regolati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u jirriflettu vakanzi eżistenti u mhux talbiet tal-impjegati. Għaldaqstant m’hemmx talbiet pendenti.
Leg 13 PQ #15907 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-settur pubbliku – applikazzjonijiet għal transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15650 u jgħid kemm hemm talbiet/applikazzjonijiet pendenti għal transfer minn ħaddiema fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat illi ċentralment ma hemmx applikazzjonijiet pendenti għal transfers fis-Servizz Pubbliku.

Mediċina Venlafaxine 75mg

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15657, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ħareġ mill-investigazzjoni dwar ir-recall tal-mediċina Venlafaxine 75 mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni interna li saret irriżulta li: 1. Meta nħarġet is-sejħa rispettiva għax-xiri tal-mediċina in kwistjoni, l-ispeċifikazzjoni ta’ rilaxx prolungat (modified/prolonged release) li l-prodott kellu jkollu tħalliet barra bi żball u mhux intenzjonalment; 2. L-iżball baqa ma ġiex identifikat fi stadji sussegwenti tal-proċess ta’ xiri u distribuzzjoni tal-medicina; 3. Hekk kif l-inċident inġieb għall-attenzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ittieħdet azzjoni immedjata sabiex il-mediċina li kienet għadha maħżuna ma tinħariġx għall-użu, filwaqt li l-mediċina li kienet ġa nħarġet ingħajtet lura (recalled) u nġabret. 4. Konsonanti mar-rakkomandazzjonijiet tal-istess investigazzjoni, sar u qed ikompli jsir tisħieħ tal-iStandard Operating Procedures li jkopri l-proċess tax-xiri u li jinkludi d-disinjar tal-ispeċifikazzjonijiet, l-evalwazzjoni tal-offerti tax-xiri sottomessi, x-xiri nnifsu, ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott mal-wasla u qabel jinħażen is-CPSU kif ukoll il-katina ta’ distribuzzjoni tal-prodott li ssegwi wara sa l-istadju li fih il-mediċina titqassam lill-pazjent. Dan kollu qed isir sabiex filwaqt li jkomplu jissaħħu l-proċessi u jinkiseb l-ogħla valur possibbli, sitwazzjoni simili tiġi evitata fil-futur. Ma jirriżultax li kien hemm rapporti ta’ pazjenti li sofrew xi effetti t’avversament, kawża tat-teħid ta’ din il-mediċina. Infurmat ukoll li l-ingredjent attiv kien l-istess fiż-żewġ formati tal-mediċina in kwistjoni.

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru swabs għal COVID-19 s’issa, maqsuma xahar b’xahar minn Frar 2020 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal lum saru 102,394 swab tests għal COVID-19. Nirreferiha ukoll għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ swabs li saru kull xahar mill-1 ta’ Frar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Xahar Numru ta' Swabs Frar 2020 156 Marzu 2020 7655 April 2020 26207 Mejju 2020 37767 Ġunju 2020 26521

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi li fil-fatt għamlu l-iswabs għal COVID-19 wara li tneħħew ir-re swabbings ta’ individwi, xahar b’xahar minn Frar 2020 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ individwi li għamlu l-swab test (individwi li għamlu re-swabbing esklu¿i) minn Frar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Xahar Numru ta' Individwi Frar 2020 150 Marzu 2020 6835 April 2020 22185 Mejju 2020 28961 Ġunju 2020 17721

COVID-19 — swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi li għamlu re-swabbing għal COVID-19 minn Frar 2020 sal-lum u kemm-il darba swabbjaw dawn l-istess individwi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ individwi li għamlu re-swabbing kif ukoll in-numru ta’ swabs li għamlu dawn il-persuni, minn Frar ta’ din is-sena sal-1 ta’ Lulju. Numru ta’ Swabs Numru ta’ Individwi 2 10027 3 2513 4 870 5 429 6 228 7 158 8 60 9 44 10 jew iktar 47

Sptar Monte Carmeli – pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli jistennew biex jidħlu f’long term care?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa ġewwa l-isptar Monte Karmeli qed ikompli jsir assessjar lir-residenti kollha sabiex jiġu ddentifikati dawk il-pazjenti li jkun ta’ aktar benefiċċju għalihom li jidħlu f’long term care, filfatt f’dawn l-aħħar sentejn harġu 185 pazjent minn dan l-isptar għal-LTC.

Pazjenti f’long term care

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.