Sptar Mater Dei – spiża ta’ Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15651, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min fil-fatt hu intitolat għall-PEP b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għal-protokoll rispettiv (Numru 209), kemm dawk il-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li jkunu ġew esposti għar-riskju tal-HIV waqt il-qadi ta’ dmirijietom kif ukoll il-vittmi ta’ abbuż sesswali huma intitolati għal-PEP b’xejn.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16105 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15945 u 12959, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija fir-risposti tlestewx? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol imsemmi?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12959 u 15945 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’seba’ toroq f’Birkirkara. Dawn huma Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq it-Torri u Triq Notabile” u “Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq Kanonku Karmenu Pirotta”.
Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16104 u ċjoè: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15946 u 12961, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 tlestiex?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12961 u 15946 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Balzan. Dawn huma Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied.”
Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16103 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 12960 u 15947, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2019 ma saret ebda triq f’Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll liema toroq ser isiru fl-2020 fl-istess lokalità?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12960 u 15947 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Lija. Dawn huma Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin” u “Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta”.
Għall-2020 hemm ippjanati li fl-istess lokalità jsiru wkoll Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca,Triq is-Salvatur u Triq il-Kbira.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16100, irrispettivament mir-raġuni għalfejn iż-żewġ aħwa qed jaħdmu flimkien, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'se jagħmel biex din is-sitwazzjoni li hija ċarament fi ksur tal-kodiċi tat-tmexxija tas-servizzi pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wieħed mill-persuni msemmija minnha jirrapporta direttament lid-Direttur tas-Servizz tal-Infermiera tas-Saħħa Mentali.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15944 u 12962, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 fil-fatt tlestiex? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12962 u 15944 li saru mill-istess Onorevoli Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq fl-Iklin. Dawn huma Triq il-Prinjol u Triq in-Naxxar”.
Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9487 fejn il-Ministru rrefera għal xogħol fuq parti minn Triq il-Fortizza tal-Mosta fin-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid, fil-fatt, x’tip ta’ xogħol sar fl-2019? Jista’ jgħid kemm kienet kbira fil-fatt din il-“parti”?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq il-Fortizza tal-Mosta hija triq twila bejn il-Mosta u n-Naxxar u x-xogħol fiha kien ġie ppjanat li jsir fi tliet fażijiet. Ix-xogħol beda fuq ix-xaqliba tal-Mosta fejn saru l-ewwel żewġ fażijiet li fihom saret manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq. Fil-parti tat-triq li fadal biex issir in-naħa tan-Naxxar, fil-jiem li għaddew tlestew xogħlijiet tas-sistema tad-drenaġġ li saru minn entità oħra u issa se jitkompla x-xogħol minn Infrastructure Malta biex isir main tal-ilma u wara l-wiċċ tat-triq bl-asfalt.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16031, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx jaf dwar il-każ taż-żewġt aħwa fir-rwol ta’ Chief Nursing Manager (Scale 5) u Senior Nursing Manager (Scale 6) fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk iva, jaħseb li din ir-realtà hija ġusta speċjalment meta hija fi ksur tal-kodiċi tat-tmexxija tas-Servizz Pubbliku? Jista’ jgħid x’biħsiebu jagħmel fuq dan il-każ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dwar il-ka¿ imsemmi minnha jirri¿ulta illi s-Senior Nursing Manager ġie promoss għal din il-kariga wara sejħa għal applikazzjonijiet li ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa għal Senior Nursing Managers.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma s-CEOs ta’ kull Sptar f’Malta u Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Entita’
Titlu
Kunjom
Isem
Gozo General Hospital
Dr
Fenech
Joseph
Karen Grech Hospital
Dr
Zammit
Stephen
Mater Dei Hospital and SAMOC
Ms
Falzon
Celia
Mount Carmel Hospital
Dr
Xuereb
Stephanie
Sir Paul Boffa Hospital
Mr
Sultana
Stephen
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15662 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-mistoqsija parlamentari 15956 u jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 16059.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 12960 u 15947, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2019 ma saret ebda triq f’Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll liema toroq ser isiru fl-2020 fl-istess lokalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15946 u 12961, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 tlestiex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15945 u 12959, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija fir-risposti tlestewx? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol imsemmi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15956 u 15662 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm daħlu pazjenti f’long term care fil-perjodu bejn Jannar 2020 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tul il-perjodu msemmi, daħlu 437 anzjan f’long term care.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15660, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm min dawk li għamlu reswabbing huma:
a. ħaddiema tal-emerġenza u tas-servizzi tas-saħħa; u
b. pulizija u/jew fl-armata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ma tinżammx għal dawk li jagħmlu swabbing test u li r-riżultat tagħhom ikun negattiv.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15656, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Ombudsman ġibidx l-attenzjoni fuq il-każ ta' żewġt aħwa, Chief Nursing Manager (Scale 5) u Senior Nursing Manager (Scale 6), li jaħdmu flimkien fl-Isptar Monte Carmeli u li tmur kompletament kontra l-Kodiċi tat-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku? Jista' jgħid għalfejn dan il-każ qed jibqa' jiġi injorat mill-Ministeru u mid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-Ombudsman qatt ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa dwar il-każ msemmi minnha. Bħal ma taf hi stess l-Ombusdman jaqa’ taħt ir-reponsabbilita’ tal-president tal kamra tad-deputati għaldaqstant għandha tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lilu direttament.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’Birkirkara fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12959 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq Kanonku Karmenu Pirotta.