Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16508, jista' l-Ministru jgħid x'valur finanzjarju kellha l-assistenza tal-Forzi Armati ta' Malta lill-Marigold Foundation fl-għawma annwali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2015 u l-2019? Jista' jgħid liema għaqdiet ibbenefikaw mid-donazzjonijiet imsemmija u kemm kienu l-ammont li ħadet kull għaqda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16748, l-Onorevoli Interpellant għandha tkun infurmata illi l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta marbuta mal-għawma msemmija kienet tinvolvi u¿u ta’ laneċ żgħar jew RHIBs (Rigid Hull Inflatable Boats), li użaw €1,843 fi fuel mifruxin fuq 5 snin (2015 – 2019).
Ninsab infurmat li l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħi jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-fondazzjoni msemmija ma ngħatat l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonji jew xi benefiċċju ieħor kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett mill-Ministeru tiegħi u/jew minn xi entità, dipartiment jew awtorità.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li ma ngħataw l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u lin-National Alliance for Rare Diseases Support, jew inkella lill-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, mill-Ministeru illi tiegħu jiena responsabbli.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16466 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta assistiet b’assi minn fuq il-baħar fl-għawma annwali organizzata minn Marigold Foundation bejn l-2015 u l-2019, u pprovdiet spazju għall-ballu li sar f’Ottubru tas-snin 2017 u 2018. Fl-2017, l-MRVA tat id-donazzjoni ta’ €5,000 lill-Marigold Foundation u Identity Malta kkontribwiet €2,000 għall-kampanja Pink October tas-sena l-oħra. Dawn il-fondi huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, u mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16462 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Water Services Corporation tat lill-Marigold Foundation l-ammont ta’ € 2,500 fl-2016, € 2,755 fl-2017, € 2,500 fl-2018, € 8,750 fl-2019 u € 3,750 fl-2020, filwaqt li fis-sena 2019, l-Enemed tat lill-Marigold Foundation is-somma ta’ €5,665.
Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa ħareġ grants ta’ €5,000, €10,000, €10,000 u €5,000 bejn l-2017 u l-2020. Fl-2019, l-Occupational Health & Safety ukoll tat sponsorship ta’ €200. Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi kienu ndirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Teatru Manoel ipprovda b’xejn stage lill-Fondazzjoni Marigold matul żewġ kunċerti li saru f’Marzu 2017 u Ottubru 2019.
Barra min hekk, l-Orkestra Filarmonika Maltija organizzat avveniment u wara li nqatgħu l-ispejjeż involuti biex jittella l-avveniment, il-kumplament tal-fondi ngħataw bħala donazzjoni lill-Marigold Foundation li tammonta għal €3,500. Ta’ min jirrimarka li dawn il-flejjes huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti b’mard rari.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku (Sezzjoni Kultura) sellef is-sala tas-Sentinella fiċ-Ċittadella fl-2019 għall-attività Light It Blue b’riżq aktar għarfien dwar l-awtiżmu, waqt li l-Gozo Channel tat id-donazzjoni ta’ €10,000 fl-2018 u l-2019. Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali (inkluż id-dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu) ma ħareġ l-ebda direct order, donazzjoni jew benefikat dirett jew indirett lill-Fondazzjoni Marigold u/jew il-Fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Madankollu ngħarrfu li fl-2017, wara inizjattiva u idea tal-istess Marigold Foundation, il-Ministeru gawda minn fondi Ewropej bil-għan li jinfetaħ ċentru, li llum iġib l-isem The Meeting Place, fejn għaqdiet fis-settur soċjali, edukattiv u tas-saħħa, ikollhom post fejn jiltaqgħu bħala grupp kif ukoll mal-membri u benefiċċjarji tagħhom.
Iċ-ċentru għandu l-għan li jservi bħala post għal laqgħat u seminars għal dawn l-għaqdiet, fejn jiġi offrut appoġġ meħtieġ u jkun ukoll post ta’ integrazzjoni. Il-proġett, li twettaq fl-2019, jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru.
Irrid inżid li, tant emmnet fil-proġett, li Marigold Foundation ikkontribwiet €60,000 għall-ħolqien tiegħu u kompliet tagħti kontribuzzjonijiet oħrajn.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma ta l-ebda kuntratt jew Direct Order jew donazzjonijiet lill-Kumpannija jew individwu li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-MFSA tat €1,000 fl-2015, €26,000 fl-2019 u €25,000 f’din is-sena sa Settembru lill-Marigold Foundation, waqt li l-MGA tat lill-istess fondazzjoni €20,000, €20,000, €40,000, €40,000 u €50,000 fis-snin bejn l-2015 u l-2019.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
Fl-2015 Dar il-Mediterran għal Konferenzi offrew il-La Valette Hall b’xejn għal konferenza.
Fl-2018 u l-2019, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) taw
vouchers
għal ikliet ġewwa l-ITS
Training Restaurants
lil Marigold Foundation, liema
vouchers
kienu jammontaw għal total ta’ €120 u €150 rispettivament biex jintużaw f’lotteriji. Fl-2020 ingħataw
vouchers
lin-National Alliance for Rare Diseases Support li kienu jammontaw għal €150.
Fl-2018 il-Kummissjoni Maltija għal Films tat donazzjoni ta’ €1000 lil Marigold Foundation.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura sas-6 t’Ottubru 2020, l-ebda’ dipartiment, entita’ jew aġenzija li jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi ma provdew kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew beneffiċċji oħra lill-fondazzjonijiet msemmija jew lill-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament.
Magħtab – proġett ta’ skart ECOHIVE – Environment Impact Assessment tal-inċineratur ta’ skart tossiku
Question
B’referenza għall-istqarrija PR201731 tal-15 ta’ Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jippubblika l-Environment Impact Assessment tal-inċineratur ta’ skart tossiku li se jkun parti mill-proġett ta’ skart ECOHIVE fil-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà stqarrejt diversi drabi, kwalunkwe proġett li se jsir bħala parti mill-ECOHIVE se jkun suġġett għall-istudji neċessarji kif meħtieġ mir-regolamenti. Dawn l-istudji jsiru bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjoni għall-permessi rispettivi. Kif indikat fl-istqarrija msemmija fil-Mistoqsija, l-proġett ta’ impjant ġdid tal-ogħla livell biex jieħu post l-inċineratur tal-Marsa għadu fl-istadji bikrija tiegħu u għalhekk l-istudju tal-impatt ambjentali għadu ma bediex. Dawn l-istudji kollha jsiru pubbliċi bhala parti mill-proċess tal-ippjanar li huwa wieħed trasparenti.
Għajnuna Ħolistika – użu minn vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
B’referenza għall-istqarrija PR201722 tal-14 ta’ Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ Vjolenza Domestika li għamlu użu minn dan is-servizz ġdid, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li s-servizz għall-aċċess ta’ parir legali mill-avukati tal-għajnuna legali lill-vittmi tal-vjolenza domestika beda mis-26 t’April 2020. Hemm tliet (3) avukati speċifikament għal dan is-servizz li jiġu assenjati, lill-klijenti, mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta. Sat-2 t’Ottubru 2020, mija u ħamsa u tletin (135) vittma / allegat vittma tal-vjolenza domestika ġew assenjati avukat sabiex itihom il-pariri meħtieġa imqassmin kif ġej:
XaharNumru
April (mis-26 April)3
Mejju22
Ġunju41
Lulju32
Awwissu14
Settembru18
Ottubru (sat-2 Ottubru)5