Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jbatu bid-dijabete (Type 2) - Ozempic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li jbatu bid-dijabete (Type 2) qed jingħataw l-Ozempic minn fuq il-Formolarju tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għaddej xogħol fuq l-injezzjonijiet ta’ GLP 1 agonst, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tkun b’mod sostenibbli u skont il-qafas regolatorju applikabbli.

Ministeru għall-Finanzi — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28680, 28987, 29175, 29423 u 29561 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa € 91,264.47. F’din l-istand fost oħrajn l-MTCA wieġbet mistoqsijiet dwar it-taxxa, il-VAT u d-dwana, filwaqt li l-MFSA indirizzat dawk relatati mas-servizzi finanzjarji. Saru wkoll podcasts diretti mill-MTCA u l-MFSA. Il-podcasts tal-MFSA ffokaw fuq il-protezzjoni u l-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, li jinkludu suġġetti bħal istituzzjonijiet finanzjarji, scams, investimenti, assigurazzjoni, u kripto-muniti. Filwaqt li l-podcasts tal-MTCA trattaw l-amministrazzjoni tat-taxxa u l-benefiċċji, inkluż il-preżentazzjoni tat-taxxa, il-VAT, l-istipendji, il-pensjonijiet, it-tranżazzjonijiet tal-proprjetà, u l-wirt. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna

Sound Stage

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28967, 29147, 29381 u 29562 u jgħid min iddiżinja s-Sound Stage li għamel referenza għalih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Mejju 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan id-disinn u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

Malta ilha żmien twil tikkonferma l-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni kreattiva u popolari għal produzzjonijiet internazzjonali tal-films. Pajjiżna ospita produzzjonijiet ta’ profil għoli bħall-Gladiator, Troy, Game of Thrones, Jurassic World, Napoleon u ħafna oħrajn. Minkejja dan is-suċċess, Malta għadha nieqsa minn aspett ta' infrastruttura fundamentali biex tkun tista’ tikkompeti bis-sħiħ fis-settur globali modern tal-films u t-televi¿joni: is-soundstage. Dan in-nuqqas qed tillimita l-kapaċità tagħna li nattiraw produzzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu ambjent kkontrollat fuq ġewwa. Matul dawn l-aħħar seba’ snin, f’Malta saru aktar minn 169 produzzjoni b’baġit kollettiv li jaqbeż is-€635 miljun. Madankollu, l-aspettattiva hi li nistgħu nattiraw produzzjonijiet akbar, bi investiment ogħla f’Malta, jekk ikollna soundstage modern. Il-kunċett ta’ soundstage ilu jiġi diskuss f’Malta għal aktar minn 60 sena. Kien hemm ħafna diskors, iżda ftit azzjoni konkreta. Illum għandna blueprint ċar għall-ewwel soundstage li hemm bżonn jinbena, fil-Malta Film Studios. Dan il-proġett hu ppjanat b’mod strateġiku biex Malta tkun f’pożizzjoni li tikkompeti fis-suq globali kompetittiv tal-films. Soundstage mibni apposta jkabbar il-kapaċità tal-industrija lokali tal-film, jagħmel possibbli x-xeni tekniċi aktar kumplessi, u jqiegħed lil Malta bħala destinazzjoni kompleta u kompetittiva għall-filming. Il-crew lokali jibbenefikaw minn aktar impjiegi stabbli, u l-ekonomija b’mod ġenerali tieħu spinta f’setturi bħall-kostruzzjoni, ospitalità, catering, loġistika u trasport. Il-multiple effect tal-infiq fil-produzzjoni joffri lura return ekonomiku sinifikanti. B’dan il-soundstage, inkunu qed nagħtu garanzija reali lill-karrieri tan-nies fl-industrija tal-film f’Malta. Id-domanda għal spazji ta’ studios madwar id-dinja qed tiżdied b’rata mgħaġġla, sforz il-kontenut li qed jiżdied b’mod esponenzjali minn pjattaformi bħall-Netflix, Amazon u Disney. Studios stabbiliti fl-Ewropa u lil hinn qed joperaw qrib il-kapaċità massima tagħhom. Malta għandha kemm il-vantaġġi naturali kif ukoll skemi ta’ inċentiv kompetittivi biex tikkompeti, iżda mingħajr soundstage, ma nistgħux insaħħu l-pożizzjoni tagħna fis-suq globali. Biex nassiguraw li l-proġett ikun ta’ livell għoli u ta’ suċċess fit-tul, Malta involviet diversi konsulenti speċjalizzati, fosthom PRP Architecture, kumpanija bba¿ata fir-Renju Unit b’esperjenza vasta f’infrastruttura kreattiva u kumplessa, biex tmexxi d-disinn tal-blueprint. Ġew ukoll ingaġġati konsulenti bi speċjalizzazzjoni fl-infrastruttura speċifika tal-industrija tal-film. Il-parteċipazzjoni tagħhom ti¿gura li l-faċilità proposta tkun konformi mal-aspettattivi globali u fl-istess waqt adattabbli għall-ħtiġijiet tal-industrija li qed jinbidlu kontinwament, b’hekk ikun imħares l-investiment pubbliku u jiġi żgurat vantaġġ kompetittiv. Il-faċilità proposta se tkun soundstage world class li tinkludi tank tal-ilma fuq ġewwa, li se jinbena qrib id-deep tank eżistenti. Dan is-soundstage se jkun wieħed uniku fid-dinja. L-ispeċifikazzjonijiet se jkunu kompatibbli mar-rekwiżiti internazzjonali tal-produzzjoni u jissodisfaw ukoll il-kriterji sostenibbli ambjentali. Dan huwa investiment li jżomm f’moħħu l-ġejjieni, investiment għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Is-soundstage ta’ klassi dinjija huwa l-impenn tagħna lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u lejn industrija tal-film bbażata fuq jobs reali u ta’ valur għal dawk li jixtiequ jaħdmu f’dan is-settur. L-onorarju ta’ PRP huwa ta’ €172,899.35.

Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility — Studju

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju b’rabta mal-impjant biex jiġi pproċessat id-demel tal-annimali fil-Magħtab li għalih ħarġet il-“Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility”?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din il-konċessjoni għadha fi stadju bikri, mhuwiex il-mument opportun sabiex jiġi ppreżentat l-istudju illi sar ġialadarba dan jista’ jippreġudika l-proċess ta’ aġġudikazzjoni tal-ewwel fażi. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, kwalunkwe rapport għandu jibqa’ kunfidenzjali.

Ftehim — Kulleġġ Maria Regina u San Nikola - Early Arrival and Dismissal Supervision

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29246, fejn ingħata r-ratio ta’ kemm għandu jkun hemm membri tal-istaff (inkluż SLT) għal kull skola f’dawn iż-żewġ kulleġġi għall-early supervision u dismissal supervision, jista’ l-Ministru jgħid kemm attwalment, bħalissa, qegħdin jiġu assenjati membri tal-istaff (inkluż SLT) għal kull skola f’dawn iż-żewġ kulleġġi għall-early supervision u dismissal supervision?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix x’inżid mat-tweġiba li diġa tajt, ħlief li nenfasizza l-fatt li l-edukaturi kollha inkluż dawk SLT jistgħu japplikaw sabiex joffru dawn is-servizzi.

Kunsilli lokali — Spejjeż addizzjonali għat-tindif mis-siti ta’ ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex mistennija jġorru (kif qed jagħmlu), spejjeż addizzjonali minn fondi pubbliċi biex inaddfu wara l-Iskemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) li mis-siti ta’ ġbir ta’ skart għandhom benefiċċji pekunjarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li dan jiddependi minn ftehimiet li jista’ jkun hemm bejn il-kunsilli rispettivi u l-Iskemi ta’ Responsabbilta tal-Produttur.

Policy P46 tal-2015 — Design Guidelines - Refuse Rooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) hijiex titlob li tkun osservata l-Policy P46 tal-2015 - Design Guidelines fir-rigward tar-“Refuse Rooms” meta jkun hemm applikazzjonijiet ta’ blokok residenzjali li għandhom 16-il unit jew aktar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm applikazzjonijiet ta’ blokok residenzjali li għandhom 16-il unit jew aktar, l-Awtorità tal-Ippjanar fil-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet titlob 'refuse room' skont kif inhu meħtieġ mill-Policy P48 tal-2015.

Ministeru għall-Finanzi — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28680, 28987, 29175 u 29423 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sound Stage

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28967, 29147 u 29381 u jgħid min iddiżinja s-Sound Stage li għamel referenza għalih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Mejju 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan id-disinn u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Magħtab — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294, tista’ l-Ministru tikkonferma li l-Gvern, il-Wasteserv u l-ERA m’għandhomx informazzjoni dwar kemm se jkun hemm bottom ash li jista’ jerġa’ jintuża fil-kostruzzjoni għax dan ikun irid jiġi ttestjat qabel jintuża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokumenti li diġà inġibitilha l-attenzjoni għalihom u li fihom hemm l-informazzjoni li qiegħda titlob. Nistedinha tieqaf tissensazzjonalizza s-suġġett għax flimkien ma’ kollegi oħrajn tagħha qed twassal għal diżinformazzjoni fuq fatti li diġà ġew spjegati u ilhom fid-dominju pubbliku. Kif diġà spjegajt, il-fly ash se jiġi esportat direttament f’konformità ma’ standards għoljin kif rikjest minn diversi normi Ewropej. Ukoll, kif inhu spjegat fid-dokumenti li l-istess Onor. Interpellanta ilha li għandha aċċess għalihom xhur, il-bottom ash se jiġi trattat fl-impjant innifsu u hekk kif hemm spjegat fl-EIA ser jinħażen f’żona apposta fil-kumpless ECOHIVE. Wara dan il-proċess, il-materjal se jkun jista’ jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni u jekk ma jkunx hemm suq għalih, jintuża fil-miżbliet. L-Onor. Interpellanta fid-diskors tagħha dwar it-tweġibiet preċedenti, kif għamlu esponenti oħrajn tal-Oppożizzjoni, qabblet l-irmied li se jiġi ġġenerat f’sena mal-knisja tal-Mosta u qed tipprova tallarma lin-nies billi titkellem b’mod vag u irresponsabbli fuq it-tossiċità. Niġbdilha l-attenzjoni li huwa madwar 10% biss ta’ dan il-materjal li se jkun jeħtieġ li jiġi esportat u kieku l-Gvern kellu jkompli fuq dak li sab mill-amministrazzjoni preċedenti, il-miżbliet ikunu qed jikbru b’aktar minn 8 darbiet id-daqs tal-knisja tal-Mosta f’sena. In-nies li jgħixu fil-viċin jafu x’inhuma l-impatti tal-miżbliet. Il-bdiewa Naxxarin jafu kemm ittiħditilhom art. Nistieden lill-Onor. Interpellenta tagħmel sforz biex tinforma ruħha sew u filwaqt li naqbel fuq dak li qalet fid-diskors tagħha, fejn ħeġġet lin-nies biex iżidu s-separazzjoni tal-iskart, nistedinha biex timxi pass ieħor u tagħraf li l-miżbliet huma xi ħaġa tal-passat u li l-Gvern qed jinvesti fl-aqwa teknoloġiji biex il-ġenerazzjoni li jmiss issib infrastruttura u ambjent ferm aħjar milli sibnihom aħna.

Il-Magħtab — Inċineraturi - Ash

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29294, tista’ l-Ministru tgħid fejn se jinħażnu s-27,000 metru kubu (ekwivalenti għal 27,000 tunnellata) ta’ rmied li se jiġġeneraw iż-żewġ inċineraturi sakemm jiġi esportat jew jintuża skont kemm ikun tossiku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 29619.

Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility — Studju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, il-WasteServ u l-ERA għandhomx informazzjoni li kienet ħarġet “Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility” għal impjant biex jiġi pproċessat id-demel tal-annimali viċin ħafna tal-proġett tal-iskart fil-Magħtab? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tal-impatt ambjentali li tali proġett se jkollu fuq ir-residenti kollha taż-żona u tindika b’mod ċar jekk impjant bħal dak jistax ikun ta’ periklu għall-impjanti l-oħrajn, jew viċi versa, b’mod partikolari ż-żewġ inċineraturi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

In-Naxxar — Skola Primarja - Indafa u żamma ta’ madwar l-iskola

Question

Fid-dawl tal-fatt li qed jinġabar ħafna ħmieġ madwar il-binja tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid min suppost qed jieħu ħsieb l-indafa u ż-żamma ta’ madwar l-iskola, mill-kanċell ’l ġewwa, sakemm titwaqqa’ u tinbena l-Iskola Primarja tan-Naxxar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni hu responsabbli miż-żamma u l-indafa mill-kanċell il-ġewwa.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28669, 28950 u 29132 u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li jinkludu fih is-Segretarju Parlamenti għad-Djalogu Soċjali u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, ħa sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju 2025, permezz tad-diversi entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. L-edizzjoni ta’ din is-sena kienet suċċess kbir fejn żaruha 76,264 persuna li jinkludu madwar 12,000 student. L-EXPO sservi ta’ vetrina tas-servizzi governattivi li jingħataw u mezz biex nattiraw l-aqwa talenti lejn l-amministrazzjoni pubblika. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni ta’ 13-il entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u l-ispiża ġiet tiswa €180,966. Rappreżentanti minn dawn l-entitajiet kienu preżenti biex jilqgħu u jassistu għall-bżonnijiet tal-pubbliku. Barra minn hekk, P&SD u l-IPS laqgħu studenti li jixtiequ japplikaw u jipparteċipaw f’numru ta’ skemi tal-istudenti għal xogħlijiet tas-Sajf. L-entitajiet preżenti kienu servizz.gov, il-MITA, l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, People & Standards, MCCAA, NDSF, EUPA, SEM, Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ARUC, DIER, Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Fondi Ewropej u Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. L-iStamperija tal-Gvern u d-Dipartiment tal-Informazzjoni kellhom stand għalihom li ġiet tiswa €65,220 fejn intwerew filmati storiċi mill-arkivji tad-DOI f’forma ta’ ċinema u il-pubbliku seta’ jieħu ritratti li jiġu stampati dak il-ħin stess. Filwaqt li l-park prinċipali u l-hub tas-Servizz Pubbliku ġew jiswew €320,003. Waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tħabbru 19-il inizjattiva fosthom investiment mal-Microsoft fl-AI, it-tnedija tal-Legal Aid Management System għall-ġustizzja aktar aċċessibbli, l-iffirmar ta’ tlett ftehimiet kollettivi, il-ġabra tal-iskemi kollha mmirati għall-first time buyers f’pubblikazzjoni waħda, it-tnedija tal-inizjattiva Minn Pjazza għal Pjazza u l-portal Mychild, fost oħrajn.

Sound Stage

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28967 u 29147 u jgħid min iddiżinja s-Sound Stage li għamel referenza għalih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Mejju 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan id-disinn u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28680, 28987 u 29175 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28682, 29015 u 29205 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Fejn jirrigwarda l-istand tal-Fondi Ewropej nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija parlamentari 29380.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28686, 29019 u 29207 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29380.